Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 Intervista 12 Qaluha fuq l-illum matul Konrad Pulè General Manager MPT "Mhux reali li nistennew li x-xarabank se tasal fil-ħin, kuljum, fuq kull waqfa' " 15 ta' Jannar 2017 Rosianne Cutajar Deputat PL "Jien ma nemminx li mar f 'Burdell, lil Chris Cardona nafu, u ma naħsibx li għandu bżonn iħallas biex ikollu x'jaqsam ma' mara" 19 ta' Frar 2017 Lorenzo Vella Rapp Perm. ta' Malta fl-UE "Niftakar li ċċekkjajt jekk il-partijiet kollha ta' ġismi u ta' marti kinux għadhom hemm. Dik ukoll trawma li spiċċajt niċċekkja għadnix sħiħ." 26 ta' Marzu 2017 Carmelo Abela Ministru PL "L-immigranti li ġejjin minn pajjiżi fejn hemm gwerer u perikli għal ħajjithom, trid tingħatalhom il- protezzjoni kollha biex jibqgħu fl-Ewropa, mentri l-immigranti ekonomiċi, għandhom jintbagħtu lura fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom." 08 ta' Jannar 2017 Prof Saviour Formosa "Hemm il- faqar assolut, li jġiegħel bniedem iwettaq reati... u l-affluenza kbira li twassal biex il-livell ta' kriminalità jikber" 16 ta' April 2017 Yasmin Hamilton Direttriċi ta' kumpanija tal- ivvjaġġar "Illum il-ġurnata, issib ħafna persuni li jkunu jridu jiddevjaw mit-'tour' tradizzjonali u jżidu u jnaqqsu l-attivitajiet partikolari skont il- preferenzi tagħhom." 23 ta' April 2017 Miriam Dalli MEP PL "Qed terġa' tgħolli rasha l-predominanza klassista fil-PN ta' huma, u aħna li jqisuna ħamalli u inferjuri minnhom." 12 ta' Frar 2017 Kevin Bonello Eks President tal-MUT "Għad fadal dawk il-bħaħen f 'Malta li għadhom jaħsbu li l-għalliem hu xi ħaġa glorifikata għax għandu l-vaganzi tas-sajf." 29 ta' Jannar 2017 Michelle Muscat Mart il-Prim Ministru "Għad irrid nikteb l-istorja ta' din il-'gidba' (Egrant) li saret fuqi." 28 ta' Mejju 2017 Michael Briguglio Eks Chairperson tal-AD "Muscat jurik x'qed jagħmel b'din l-id imma bl-id l-oħra jkun qed jagħmel xi ħaġa oħra" 19 ta' Marzu 2017 illum Miġburin minn Liam Carter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017