Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 Għat-tieni darba f 'ħames snin, f 'Malta mhux se jkun hawn elezzjonijiet u b'hekk il-poplu se jkun qed jieħu nifs minn dik li hija 'electoral exhaustion'. Dan iżda ma jfissirx li s-sena li ġejja mhux se jkun fiha avvenimenti mistennija jew interessanti. L-ILLUM se tagħti ħarsa lejn l-avvenimenti lokali u internazzjonali li se jħallu marka fuq l-2018. Matul 2018 se nieħdu nifs mill- elezzjonijiet Is-sena 2018 se tkun waħda mingħajr elezzjonijiet f 'Malta, dan wara r-referendum tal- kaċċa u l-elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali u l-elezzjoni ġenerali din is-sena. Ta' min jgħid li xorta waħda se tkun sena impenjattiva għall-partiti politiċi, dan għaliex se tintuża bħala tħejjija għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir flimkien ma' dik tal- Kunsilli Lokali kollha fl-2019. Dan se jkun bla ebda dubju test importanti għall-partiti politiċi. Se jkunu importanti għall-Partit Laburista sabiex jara eżattament fejn qiegħed mal-elettorat u jekk żiedx fil-popolarità meta mqabbel mal-elezzjoni ġenerali, filwaqt li se jkunu importanti għall-Partit Nazzjonalista biex il-Kap il-ġdid Adrian Delia jeżamina jekk issaħħaħx fil- pożizzjoni tiegħu u jekk hux se jkun avversarju iebes għal Joseph Muscat, li f 'Novembru tas-sena ta' wara jaf ikun qed jieħu post Donald Tusk fil- Kunsill Ewropew. Valletta 2018: L-avveniment ewlieni f 'Malta għas-sena d-dieħla Is-sena 2018 f 'Malta se tibda bil-ftuħ tal-avveniment ewlieni li se jimmarka l-Belt bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Dan se jibda b'festa nazzjonali bejn l-14 u l-21 ta' Jannar u l-ftuħ uffiċjali tal- programm tal-attivitajiet fl-20 ta' Jannar li ġej, meta dakinhar se terġa tinfetaħ mill-ġdid għall-pubbliku l-Pjazza Tritoni. Dan il-programm se jkun qed jinvolvi mal-140 proġett u mal-400 attività matul is-sena kollha 2018. Is-sena dieħla, aktar minn 1,000 artist minn kull qasam tal-arti se jkunu qed jipparteċipaw f 'xi forma jew espressjoni artistika fil-Valletta 2018. Artisti oħra Maltin se jkunu qed jieħdu sehem f 'attivitajiet li se jittellgħu f 'Leeuwarden fl-Olanda, li flimkien mal- Belt Valletta se tkun ukoll Belt Kapitali Ewropea tal- Kultura. Il-Valletta 2018 se ssir b'investiment ta' €10 miljun fis-settur kulturali. Hawnhekk ta' min isemmi proġetti kapitali li saru fil-Belt Valletta apposta għal din is-sena, li jinkludu s-Suq tal-Belt u l-investimenti fi Strada Stretta. Putin u Trump jaf ikunu daharhom mal-ħajt u l-aħħar Castro għal Kuba Mix-xena internazzjonali, se nkunu qed nistennew bosta attivitajiet ta' livell mondjali mhux biss politiċi imma sportivi wkoll. Wisq probabbli li l-aktar avvenimenti politiċi mistennija fl-2018 se jkunu l-elezzjoni Presidenzjali fir- Russja li se ssir fit-18 ta' Marzu, biċ-ċans li Vladimir Putin jirbaħ ir-raba' terminu tiegħu. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino 2018: Mill-V18 f 'Malta għat-Tazza tad-Dinja Din se tkun sena mingħajr elezzjonijiet iżda b'ħafna avvenimenti kulturali u sportivi Iż-żwieġ irjali bejn il-Prinċep Harry u Meghan Markle għal Mejju Wieħed jispiċċa barra l-Kabinett u l-ieħor Minn Albert Gauci Cunningham GĦAL Michael Falzon, din kienet sena politika tajba ħafna dan għaliex Falzon irnexxielu jirrestawra b'mod komplet l-immaġini tiegħu u jerġa' jsib postu fil-kabinett. Falzon kellu jirreżenja wara l-kwistjoni ta' Gaffarena u l-proprjetà fi Strada Zekka, skandlu li qajjem ħafna diskussjoni iżda wieħed li Falzon dejjem insista li hu m'għandu assolutament xejn x'jaqsam miegħu. Falzon dejjem ċaħad illi b'xi mod kien hu li ta l-approvazzjoni għall-esproprijazzjoni ta' partijiet ta' proprjetà mill- Gvern, mingħand Gaffarena. Mir-riżenja tiegħu Falzon żamm 'il bogħod mill-għajn pubblika, biex imbagħad fl-aħħar elezzjoni reġa' żied it-total ta' voti li akkwista bi kważi 700 biex kiseb total ta' 4,353 vot. Falzon reġa' daħal fil- Kabinett, din id-darba fil-qasam soċjali bħala Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali. Il-qasam li qed imexxi Falzon huwa wieħed kruċjali ħafna, mhux biss għax huwa l-Ministeru b'wieħed mill-akbar baġits imma wkoll għaliex huwa qasam politikament importanti ħafna għall- Gvern Laburista. Falzon se jkollu ħafna testijiet politiċi, mhux l-inqas il-proġett tal- 'housing' li mistenni jkun lest f 'din il-leġiżlatura u li jkopri l-akbar proġett ta' qasam tad-djar tal-Gvern li

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017