Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 16 Mediaspot G ħal Malta din tibqa' s-sena li fiha ġurnalista nqatlet għall- investigazzjonijiet tagħha u għal kitbietha. Aħna m'għandniex tradizzjoni ta' intellettwali ippersegwitati għall-mewt minħabba ħsibijiethom u kitbiethom. Għalhekk hemm il-periklu li l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jinftiehem b'mod dejjaq. U ma nifhmux ir-riperkussjonijiet kollha tal-qtil brutali ta' persuna li tikkomunika bil-kitba. Fuq il-palk globali, l-organizzazzjoni Greenpeace tqis li s-sena li għadha kemm spiċċat kienet waħda "iebsa". Is-sentiment kontra l-immigranti baqa' jikkarga, kien hemm 'swing' lejn politika populista bil-movimenti lemini estremi jkomplu jissaħħu. L-inugwaljanza kompliet tiżdied. Il-moviment Greenpeace jara xaqq dawl fin-numru ta' nies li immilitaw favur il-paċi u l-ġustizzja. Il-front ambjentali kien karatterizzat minn kundizzjonijiet estremi tat-temp: nirien slavaġ għamlu ħerba minn partijiet kbar tan-Nofsinhar tal- Ewropa filwaqt li urugani qawwija iktar mis-soltu heżżew lill-kontinent Amerikan u n-nixfa kompliet tixtered madwar il-pjaneta. Għall-NGO Human Rights Watch, l-2017 ma setgħetx tkun agħar milli kienet għal ħafna tfal madwar id- dinja. Mijiet ta' eluf ta' tfal Rohingya ħarbu mill-attakki atroċi tal-forzi tas-sigurtà f 'Burma. Miljuni oħra qed isofru minħabba l-gwerer. Inħolqot kriżi umanitarja minħabba l-imblokk fuq il-provizjonijiet tal-ikel u l-mediċini fil-Jemen mill- qawwiet tal-Arabja Sawdita. Iżda, il-Human Rights Watch rat żviluppi inkoraġġanti fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal. Pereżempju, tul l-2017 erbatax-il pajjiż ieħor irratifikaw id-"Dikjarazzjoni tal-Protezzjoni tal-Iskejjel" u wiegħdu li jħarsu l-istituzzjonijiet edukattivi fi stat ta' gwerra. Illum hemm 71 pajjiż li ffirma din id- dikjarazzjoni. Fuq it-torrijiet ilellxu, mixgħulin kull kulur, il- murtali u x-xampanja, il- pronostku għas-sena li ġejja jibqa' wieħed li ma jinbidilx. VALLETTA 18 – Mill-'hype' għar-realtà L-organizzaturi tal-Valletta 2018 ħarġu pubblikazzjoni lussuża u dettaljata bl- avvenimenti kollha mħejjija għas-sena tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il- proġetti jvarjaw minn dawk li jsiru ta' kull sena u li issa ġew inkorporati fil-programm tal-Valletta 18, bħall-Festival tal-Barokk, il-Festival tal- Ktieb, Notte Bianca, Żigużajg u oħrajn sa attivitajiet speċifikament imfassla għall-2018. Il-livell jidher li jvarja, minn proġetti li mhuma xejn għajr bżieżaq tas-sapun, sa oħrajn li huma iktar impenjattivi, kemm kreattivament kif ukoll soċjalment. Il-proġett tal-formazzjoni teatrali Laika bl-isem Cantina jidher li hu interpretazzjoni dinamika tad-dramm klassiku ta' Bertolt Brecht Saint Joan of the Stockyards. Id-dramm se jinvolvi wkoll bejjiegħa, sajjieda u bdiewa Maltin. Din mhix xi idea ġdida u kienet intużat bħala esperiment miċ- Ċentru Espressjoni Popolari, inizjattiva kulturali li kienet tqarreb lill-artisti lejn nies li mhux soltu tinteressahom l-arti. Li joħroġ minn dan il- programm hu li iktar ma s-soċjetà qed issir kumplessa, iżjed l-ambjent naturali jkompli jinqered, ir-rispons artistiku lokali hu inadegwat. Ħu l-proġett bl-isem ta' "L-Ikla t-Tajba" minn Teatru Malta, il-formazzjoni nazzjonali li suppost qed tippromwovi t-teatru Malti. Liema ikla komunitarja fl-irħula se toffri analiżi tar- realtajiet u t-tensjonijiet ta' Malta tal-lum? Fejn huma d-drammi kkummissjonati għall-Valletta 2018 minn drammaturgi bħal Alfred Sant, Oreste Calleja, Alfred Buttigieg, Joe Friggieri u oħrajn tal-kalibru tagħhom? Is-sena tal-wirt kulturali Ewropew L-2018 hi mmarkata wkoll bħala s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali. Il- Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il- Kunsill tal-Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħra se jniedu serje ta' inizzjattivi bil-għan li n-nies ikunu eqreb tal-patrimonju kulturali tagħhom. Jekk ma nħossux li l-wirt kulturali jappartjeni għalina; jekk bilkemm nafu dwaru, insibuha faċli ħafna li neqirduh. Dan ġara u għadu jseħħ f 'pajjiżna, minkejja li l-għarfien kiber. Skont il-Kummissjoni Ewropea, il- patrimonju kulturali jinkludi i) bini u monumenti (jew il-wirt tanġibbli); ii) il-lingwa u tradizzjonijiet orali, l-arti performattiva u l-artiġġjanat (il-wirt intanġibbli); iii) l-ambjent naturali u iv) riżorsi maħluqa f 'forma diġitali bħall-arti diġitali jew l-animazzjoni. L-organizzazzjoni ewlenija f 'pajjiżna li taħdem biex tippriserva l-patrimonju tanġibbli tagħna hi Din l-Art Ħelwa, li tippubblika wkoll ir- rivista Vigilo. L-edizzjoni ta' Diċembru 2016 kellha rapport twil iffirmat minn Simone Mizzi, il-Viċi-President tal-Għaqda, dwar il-ħsieb li r-restawr tal-Knisja tal- Vitorja, il-Belt, jitlesta sa din is-sena biex fi kliem l-awtriċi "naqsmu l-wirt Ewropew tagħna ma' kulħadd." L-2017: Retrospettiva MARIO AZZOPARDI Pronostku li ma jinbidilx qalb il-bżieżaq tax-xampanja. Fejn huma d-drammi kkummissjonati għall-Valletta 2018 minn drammaturgi bħal Alfred Sant, Oreste Calleja, Alfred Buttigieg, Joe Friggieri u oħrajn tal-kalibru tagħhom? Għall-NGO Human Rights Watch, l-2017 ma setgħetx tkun agħar milli kienet għal ħafna tfal madwar id- dinja. Mijiet ta' eluf ta' tfal Rohingya ħarbu mill-attakki atroċi tal-forzi tas-sigurtà f 'Burma. Miljuni oħra qed isofru minħabba l-gwerer.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017