Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429
Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 31 li sawru s-sena 2017 4. Tour de France Għal darb'oħra saret edizzjoni oħra tat-Tour de France li b'kollox għandu distanza ta' 2,200 mil bejn Franza u l-Ġermanja u li għandha taħlita ta' ħiliet atletiċi taċ-ċiklisti ma' veduti spettakolari. Kien l-Ingliż Chris Froome illi għalkemm qatt ma rebaħ wieħed mill-'istages' ta' din is-sena kien veloċi biżżejjed biex għal 54 sekonda jieħu r-raba' titlu fi l-karriera tiegħu. 3. Mayweather vs McGregor Waħda mill-iktar ġlidiet tal-boxing msemmija matul din is-sena kienet dik bejn Floyd Mayweather u ConorMcGregor. Minkejja kollox kienet ġlieda ferm diżappuntanti illi għalkemm ġabet rekord ta' spettaturi kemm fil- padiljun fejn intlagħbet kif ukoll dawk illi segwewha minn djarhom. Kien Mayweather illi ħareġ rebbieħ meta bi TKO fl- għaxar rawnd għeleb lil arċi-rivali tiegħu. 5. World Series Il-World Series tas-sena 2017 fil-baseball Amerikan kien iddominat minn Astros illi f 'finali ferm kumbattuta għelbu lil Dodgers bl-iskor ta' 5-1 wara seba' logħbiet. Kienet logħba ferm sabiħa b'diversi extra- innings, homeruns u finishes li ħalliet lil dawk preżenti fl-istejdum Amerikan fuq ix- xwiek. B'hekk iċ-ċittadini tal-belt ta' Houston, wara l-uragan Harvey illi ħalla diversi danni, kellhom daqsxejn tat-tbissima hekk kif it-tim tal-belt tagħhom rebaħ dan l-unur. 2. Super Bowl Fl-American Football kienet is-sena ta' New England Patriots illi wara li dawru telfa f 'rebħa b'25 punt huma għelbu lil AtlantaFalcons 34-28. Kienet logħba illi ħa titniżżel fl-istorja ta' dan l-isport f 'avveniment illi kellu wkoll xeħta artistika meta fl-intervall ħarġet tkanta l-kantanta ċelebri Lady Gaga. Kien hemm ukoll ħafna riklami illi ġabu tbissima lil kull min kien fis-SuperBowl. 1. Wimbledon F'avveniment ieħor prinċipali tat-tennis mondjali kien Roger Federer illi ħareġ rebbieħ fl-Open ta' Wimbledon meta fil-finali rebaħ lill-Kroat Cilic 6-3, 6-1, 6-4 sabiex kiseb it-tmien titlu fil-karriera tiegħu. Federer sar l-ewwel tennista maskili illi ma tilifx set sabiex kiser ir- rekord ta' Bjorn Borg li kien ilu 41 sena. Fis-singles tan-nisa kien hemm is-suċċess tal-Ispanjola Garbine Muguruza illi rebħet it-tieni Grand Slam tagħha personali.