Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017| illum Aħbarijiet FILBIDU tal-2017 l-Ewropa kienet għadha qed tibki dik li tista' tkun it-telfa tar-Renju Unit. Ix- xenarju politiku li ħoloq il- BREXIT, ġab miegħu sfida għall-UE. Dan is-sens ta' populiżmu kien evidenti tul il-bosta elezzjonijiet li saru madwar l-Ewropa fl-2017, b'xi wħud mill-kandidati jew partiti jħallu l-marka tagħhom fl-istorja tal-pajjiż u oħrajn jgħibu fl-eku tal- passat. L-elezzjoni ġenerali fl- Olanda f 'Marzu Fil-15 ta' Marzu 2017, saru l-elezzjonijiet ġenerali fl-Olanda biex ikunu eletti l-150 membru tal-Kamra tad-Deputati. Il-Partit tal- Poplu u l-Libertà (VVD) taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru attwali Mark Rutte, tilef numru ta' siġġijiet però xorta waħda rnexxielu jibqa' l-akbar partit fil-Parlament. Intant il-Partit għal- Libertà (PVV) ta' Geert Wilders għamel gwadann sostanzjali ta' siġġijiet sabiex stabillixxa ruħu bħala t-tieni l-akbar partit fil-Parlament. L-elezzjoni fl-Olanda kienet meqjusa bħala prova għall-UE għaliex Wilders kien wiegħed li joħroġ lill-Olanda mill-UE. Elezzjoni Presidenzjali Franċiża f 'Mejju Fl-elezzjoni presidenzjali Franċiża tal-2017, il- poplu Franċiż kellu għażla, bejn il-kandidat ċentrali Emmanuel Macron mill- partit tal-En Marche bl- aġenda proEwropea jew inkella lil Marine Le Pen, il-Kap tal-Front National li wiegħdet li toħroġ lil Franza mill-UE u li tkun 'tarka' kontra l-globalizzazzjoni. Finalment, Macron rebaħ l-elezzjoni u sar l-iżgħar kap ta' stat Franċiż minn żmien Napuljun Bonaparte. L-elezzjoni ġenerali fir- Renju Unit f 'Mejju Intant f 'Mejju tal-2017, Theresa May tilfet il- maġġoranza parlamentari tagħha wara li din sejħet elezzjoni ġenerali bikrija. May kellha ddur għall-partit tal-Unjonista Demokratiku (DUP) biex tifforma l-Gvern. Il-Partit Laburista ta' Jeremy Corbyn żied is-siġġijiet b'31 siġġu. L-elezzjoni ġenerali fil- Ġermanja f 'Settembru Angela Merkel bħala l-Kap tal-Unjoni Demokristjana assigurat ir-raba' mandat tagħha bħala l-Kanċillier tal- Ġermanja. Madankollu, il- maġġoranza tagħha tnaqqset b'mod konsiderevoli. Il-Partit Demokratiku Soċjali ta' Martin Schulz kiseb l-agħar riżultat mit-tieni gwerra dinjija 'l hawn. Sadanittant il-partit 'radikali' l-Alternattiva għall-Ġermanja AfD daħal fil-Bundestag bħala tielet l-akbar partit. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 2017: Il-populiżmu u l-lemin jerfa' rasu fl-Ewropa Illejla fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta jsiru l-attivitajiet annwali tal-aħħar tas-sena INGĦATAW id-dettalji tal- attivitajiet tal-lejla abbinati mat-tmiem tas-sena, li se jkunu qed isiru qabel il-ftuħ uffiċjali tar-rikonoxximent tal-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-20 ta' Jannar li ġej. Pjazza San Ġorġ se tospita għal darb'oħra l-palk prinċipali tal-attivitajiet fejn se jkunu qed jagħtu sehemhom fost l-aqwa artisti u gruppi mużikali f 'Malta. Magħhom se jingħaqdu wkoll artisti internazzjonali. Kollox se jibda fit-8 ta' filgħaxija sas-2 ta' filgħodu. Se jkun DJ Mykill se jagħlaq is-serata. Ġie spjegat kif sar investiment kbir fil-programm tal-Valletta 2018, li se jkun jinkludi aktar minn 140 proġett, b'400 attività matul is-sena kollha. Iċ-Chairman tal-Valletta 2018 Jason Micallef qal li "l-festa finalment waslet. Se nilqgħu s-sena 2018 meta l-Belt Valletta se tkun inkurunata bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Nistiednu lill-pubbliku sabiex jingħaqad f 'dawn il-festi speċjali ta' tmiem is-sena u biex jattendi għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ftuħ ix-xahar id-dieħel. Dawn l-attivitajiet se jkunu l-akbar li saru fil-Belt bis- sehem tal-artisti lokali u internazzjonali." Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li "l-pubbliku qed jistenna bi ħġaru l-attivitajiet annwali li jsiru fil-Belt Valletta. Dawn jgħinu biex il-Belt Kapitali tagħna ssir aktar vivaċi u twassal il-kultura aktar qrib tan-nies." Għall- preżentazzjoni attenda wkoll il-Kap tal-Attivitajiet fl-MTA Lionel Gerada. L-attivitajiet se jiġu organizzati mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bil- kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Ministeru għat-Turiżmu, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Kultura u G7 Events.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017