Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 35 permezz tal-basketball fl-Italja Huwa plejer żagħżugħ tal-basketball li tant qed jagħmel isem u unur għal pajjiżna bis-suċċess li qed jikseb f 'dan l-isport li tant iħobb -Italja ma' Stella Azzurra Roma. Fis-sajf tal-2015 lagħab ma' Malta l-FIBA European Tournament ta' taħt is-16-il sena li h pajjiżna kklassika t-tielet post u ġie magħżul mal-aqwa 5 tat-Tournament. Ġie vvutat bħala l-Most Valuable Plejer (MVP) ta' Tournaments li ħa sehem hom għal diversi drabi. Kurt Cassar jidher forsi kemmxejn ħażin imma konna qed nilagħbu ma' pajjiżi kbar u l-livell tal- Basketball hu enormi. Kienet esperienza tajba għal kull plejer kif ukoll għal kowċis li ħadna sehem f 'dan il-livell. Kelli average ta' 15.9 punt u 10.1 rebounds f 'kull logħba Issa qed nilgħab ir-raba' staġun ma' Stella Azzurra Roma. Apparti Serie B, din is-sena għandi wkoll il- kampjonat ta' Taħt l-20 sena wkoll. Ta' min isemmi li l-kowċ Nazzjonali tagħna li jikkowċja ma' Luiss University f 'Ruma, Andrea Paccarie, jien nilgħab kontrih fil-Kampjonat tas-Serie B. Kemm għenek il-fatt li int ġej minn familja li tant tħobb il- basketball? Jien ġej minn familja magħrufa għall-Basketball f 'pajjiżna. Missieri Silvio lagħab għal 20 sena mat-tim nazzjonali u rebaħ ħafna unuri. Anke ommi Doreen li ħallietna ftit tal-ġimgħat ilu, lagħbet il-Basketball imma għażlet karriera oħra. Ħut missieri u kuġini wkoll lagħbu l-Basketball. Issa ħija Neil qed jilgħab mal-Hibernians Basketball fejn jien kont bdejt ma' dan il-klabb. X'sagrifiċċji jinvolvi l-basketball? Bla dubju s-sagrifiċċju hu kbir. Però kuljum inħares biex nista' nitjieb u ntejjeb il-prestazzjonijiet tiegħi. Dan jiġi bit-taħriġ intensiv li jsir regolari kuljum, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. Jalla jkolli staġun ieħor pożittiv u mingħajr injuries.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017