Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429
14 illum | Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 Films ITTENDENZA fiċ-ċinema matul l-2018 tidher li se tkun kontinwazzjoni ta' din is- sena li waslet biex tintemm. Il-kumpaniji maġġuri ta' Hollywood diġà għandhom ippreparati produzzjonijiet bit-3D u anki l-IMAX għall-ewwel ftit xhur tas- sena dwar is-supereroj tal-kotba komiks Marvel u DC, xogħlijiet animati (dawn huma l-aktar żewġ ġeneri li qed jattiraw nies), 'sequels' serje oħrajn li għamlu flus, kummiedji, films tal-biża', thrillers bl- azzjoni, eċċ. Proġetti oħra jinsabu fl-aħħar preparazzjonijiet tagħhom, jew diġà f 'nofs leħja biex joħorġu fix-xhur tas-sajf li ġej, l-aktar perjodu profittabbli fl- Istati Uniti, jew aktar tard fis-sena, speċjalment fil- ġimghat ta' qabel il-vaganzi tal-Milied. Xi xogħlijiet notevoli li nistgħu nistennew sa Mejju 2018, huma: Bħala 'blockbusters' insibu: Avengers: Infinity War. L-Avengers flimkien mal- alleati tagħhom hemm bżonn li jissagrifikaw kollox f 'attentat biex jiżolaw lill-qawwi Thanatos, qabel l-attakki ta' qerda ta' dan il-kattiv b'wiċċ vjola jġib fit-tmiem lill- univers. Pacific Rim: Uprising. Kontinwazzjoni mal-film ta' qabel, 'PACIFIC RIM', fejn Jake, it-tifel ta' Stecker Pentacost jingħaqad ma' Maku Mori biex flimkien b'sinkronija jiggwidaw armata ta' mostri tal-ħadid (Jaegers) kontra minaċċja kbira minn razza ġdida ta' annimali ġganteski [kaiju] li ħarġu mill-qiegħ l-oċean. ALPHA jirrakkonta storja ta' madwar 20,000 sena ilu, ta' sopravivanza matul l-aħħar perjodu ta' Żmien is-Silġ (Ice- Age). Tomb Raider. Alicia Vikander tiret il-parti ta' Lara Croft mingħand Angelina Jolie. Din l-avventuriera gwappa u indipendenti se tazzarda ħafna iżjed mis-soltu meta ssib ruħha fuq gżira fejn missierha kien għeb xi żmien qabel. Is-suċċess fenominali ta' 'Star Wars', ħoloq produzzjonijiet indipendenti bi stejjer li joħorġu bejn l-episodji ta' din is-sensiela. Solo: A Star Wars Story se jeħodna qabel il-bidu nett fuq l-avventuri ta' Hans Solo (Harrison Ford fis-serje oriġinali) u s-sieħba tiegħu Chewbacca qabel ingħaqdu mar-Reżistenza. Il-films animati qed jiġu prodotti b'regolarità sorprendenti. Dalwaqt nistennew Coco tal-kumpanija Disney. Iż-żagħżugħ Miguel dejjem jittama li jsir mużiċist prim bħall-idolu tiegħu Ernesto de la Cruz, minkejja li l-familja tiegħu timpedixxi dan. Biex juri t-talent tiegħu jsib ruħu fil-post eżotiku fl-Art tal-Mejtin f 'ambjent Messikan. Early Man. Dan il-film jiżvolġi meta d-dinja tagħna kienet għadha fl-ewwel żminijiet tagħha u meta d-dinosawri kienu jirrenjaw l-art. Niltaqgħu ma' Dug, waħdu mal-ħabib Hognob meta jingħaqdu mat-tribù tiegħu kontra għadu potenti, Lord Nooth li t-tribù tiegħu għandu armi metalliċi (Bronze Age), biex isalvaw arthom. Il-figuri ħelwin li jżejnu l-ġnien iqabbdu investigatur biex ifittex min qed ikisser oħrajn bħalhom f 'Gnomeo and Juliet - Sherlock Holmes, ikompli d-divertenti wara l-ewwel film. L-appuntament fix-xahar ta' Frar se jkun għat-tielet sena konsekuttiva għal Fifty Shades Freed, it-tielet puntata tat-trijologija 'sexy' ta' Fifty Shades of Grey, bl-atturi Arielle Kebbell, Luke Grimes u Dakota Johnson. Wasal ukoll it-tielet episodju u forsi wkoll l-aħħar wieħed, Maze Runner - The Death Cure. F'dan ix-xogħol epiku tax-xjenza fittizja, Thomas se jkompli jmexxi l-grupp maħrub minn The Glade fuq l-aħħar missjoni tagħhom u l-iżjed perikoluża. Huma se jerġgħu, bħall-film oriġinali, isibu ruħhom f 'labirint ikkontrollat b'nases fatali ma' kullimkien. Min joħroġ minnu ħaj biss jista' jsolvi r-raġuni ta' dan kollu. Il-films ta' azzjoni misteru u kriminalità jkomplu b' The Commuter bis-soltu Liam Neeson bħala Michael, bejjiegħ ta' xi polza tas-sigurtà li jivvjaġġa d-dar kuljum bil-ferrovija. Meta jkun involut biex ifittex l-identità ta' passiġġier moħbi qabel l-aħħar stazzjon, jirrealizza li daħal f 'nasba mortali u jrid jiġġieled mal-ħin biex isolvi dan il-misteru malajr. Bruce Willis se jilbes iż- żarbun tal-mibki Charles Bronson f 'adazzjoni ġdida ta' Death Wish. Hu jaħdem il-parti tal-kirurgu, Dr. Paul Kelsey li għandu ħjiel biss tal-vjolenza fil-belt tiegħu mill-pazjenti li jidħlu l-isptar fejn jaħdem. Meta martu u bintu jinqatlu u l-pulizija tant mgħobbija bix-xogħol li ma jistgħux ikopru, jimbarka fuq vendetta spjetata ta' qtil, bil- lejl, fuq il-marmalja tal-belt. Xi wħud iqisuh bħala l-anġlu kustodju u oħrajn bħala l-Bojja tal-Ġustizzja. Żgur li l-kummiedji mhux se jonqsu b' The War with Grandpa. Tifel ikollu jaqsam il-kamra tiegħu ma' nannuh (Robert DeNiro) u jiġġieled biex jikkapparaha lura. Super Troopers 2 jiżvolġi meta jinqala' l-inkwiet fuq il-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Kanada. Grupp ineffiċjenti ta' uffiċjali li jieħdu ħsieb t-toroq ewlenin jistabilixxu stazzjon hemm. The Strangers: Prey at Night hu film ta' tensjoni u biża' dwar familja li jgħixu ġo karavan f 'kamp mimli bihom. Bil-lejl ikunu attakkati minn tliet figuri lebsin il-maskri u jridu jsibu l-kuraġġ biex jifqulhom. Xogħlijiet oħra tal-biża', jinkludu: Insidious 4: The Last Key u Winchester: The House that Ghosts Built. Fiċ-ċinema għalikom; Xi films li se tkunu Mill-avventura, għalL-kriminalità u l-istejjer bibbliċi...kollha fi ċ-ċinemas Maltin Carmel Bonnici