Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet mexxejja. Fortuni differenti Muscat kellu warajh kampanja estravaganti li kienet tidher li kellha ħafna iktar mezzi minn dik tal-PN. Kien x'kien, ir-rebħa ta' aktar minn 36,000 vot favur il-PL poġġiet lil Muscat fuq pedamenti b'saħħithom ħafna mal-elettorat u tagħtu status ta' statista fuq il-livelli tal-eks PM Dom Mintoff ma' ħafna Laburisti. Minkejja l-mewġ li kompla u se jkompli jqum, se tkun iktar diffiċli issa li tkisser l-eġemonija li Muscat irnexxielu jibni madwar partit li meta sar mexxej tiegħu kien jissejjaħ 'serial loser' mill-PN. Muscat bena madwaru forza ta' negozjanti kbar u influwenti, nies mill- kostruzzjoni, persuni mill-midja, miljunarji, sidien u magħhom firxa wiesa' ta' ħaddiema, nies li jaqilugħha u jiekluha u persuni li jistennew il-manna mill-Gvern biex jissopravivu f 'ekonomija ultra-kapitalista. Muscat bħal donnu kapitalist prim, li b'xi mod irnexxielu jżomm u jirrinforza l-isfumaturi soċjalisti tal-partit u l-Gvern li jmexxi. Iċekċek it-tazzi mal- miljunarji u joħloq skemi ta' bejgħ tal-passaporti għall-multi miljunarji, filwaqt li joħloq benefiċċji soċjali ġodda u jżid dawk eżistenti biex xorta jibqa' meqjus bħala 'soċjalist' f 'għajnejn biżżejjed nies, biex jibqa' fil-Gvern. Kellha tkun sena ħafna aħjar għal Simon... Din kellha tkun sena ħafna aħjar milli fil-fatt kienet għal Simon Busuttil. Għalkemm kien ċar mill-istħarriġli kien qed isir illi kienet se tkun diffiċli biex Busuttil jidħol Kastilja wara erba' snin biss ta' Gvern Laburista, kien hemm ukoll is-sensazzjoni li dan kien se jirnexxielu jnaqqas id-distakk bejn iż-żewġ partiti. Fil-fatt dan ma ġarax. Busuttil, bħala Kap tal-PN, kellu diversi preġji. L-ewwel nett jibqa' politiku illi s'issa m'għandu ebda allegazzjoni ta' ħmieġ, korruzzjoni, tixħim jew ħabi mwaħħla ma' ismu. Dan ifisser li Busuttil jibqa', ironikament bħal Alfred Sant, meqjus bħala politiku 'nadif '. Preġju ieħor ta' Busuttil kien illi dan għamel l-almu tiegħu biex ikun ir-risposta ta' dawk l-eluf li darrsithom l-idea li Gvern Laburista kien tilef ħafna, jew perċeput li tilef ħafna, mir-ruħ soċjali tiegħu. Busuttil għamel sforz serju biex iressaq lill-PN aktar lejn iċ-ċentru xellug u fil-fatt kien akkoljenti ħafna mal-għaqdiet mhux governattivi dwar kwistjonijiet bħall-kirjiet privati u l-paga minima. Sfortunatament dan l-isforz ma ħalliex il-frott mixtieq. Busuttil kellu ħafna nies qed jaqblu miegħu fuq il-kwistjoni tal-governanza, ħafna iktar milli jaħseb u ħafna iktar milli l-PL jixtieq jammetti. Iżda għamel, jew seta' għamel, għażla strateġika ħażina wkoll. Busuttil għażel li jiftaħ il- kanuni kollha u jidher li qed jinvesti l-enerġija kollha fuq l-allegazzjoni ta' Egrant, li dwarha, għallinqas sa meta ħeġġeġ lill-Pulizija, is-servizzi sigrieti u l-President 'biex jagħmlu dak li għandhom jagħmlu' u jneħħu lill-PM Muscat, kien għad hemm biss allegazzjoni. Dan meta hu stess kellu f 'idejh affarijiet/ allegazzjonijiet li għalkemm kienu inqas spettakolari fin- natura tagħhom u jqajmu inqas furur, kienu ħafna iktar tanġibbli f 'termini ta' evidenza li tista' twassal ximkien. Busuttil seta' faċilment żamm tiegħu allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus fil-konfront ta' Keith Schembri u Adrian Hillman, għax fi kliemu stess il-whistleblower mar għandu u għax kellu biżżejjed provi (għal darb'oħra fi kliemu stess) biex jimla diversi box files. Fl-istess ħin seta' faċilment żamm ċertu distanza minn Egrant mingħajr ma jimpinġi xejn fuq il-ġlieda tiegħu favur governanza tajba. Sfortunamanet Egrant (kif ġara sal-elezzjoni u għadu jiġri sal- lum) għadha verità suġġettiva; kulħadd jemmen li jrid, skont dak li jaqbillu jew skont min jikkonvinċih l-aktar! Naturalment ir-riżultat elettorali kien devastanti għall- PN u ħafna iktar għal Busuttil, politiku pjuttost ġdid li kellu kull ċans u kull raġuni għalfejn iqarreb liż-żewġ partiti lejn xulxin. U x-xitan irid li Busuttil sofra din it-telfa meta kien fl-aqwa tiegħu fost il-votanti Nazzjonalisti li damu ftit ma draw lilu u l-istil tiegħu. Kien ukoll ġibed lejh u lejn il-PN numru ta' persuni li kienu lesti jaħdmu mal-partit. Iżda din hija l-politika, ix-xorti taf tidħaqlek jew tbikik. L-akbar għadu ta' Simon Busuttil jibqa' ż-żmien (u din għidtha u nibqa' ngħidha f 'kull analiżi li nikteb fuq din il-gazzetta li tagħha jien Editur, jew oltrè). Mexxa l-PN wara telfa ta' 36,000 vot (2013), bi djun astronomiċi, b'ħafna mill-għeruq li jew kienu telquh jew kienu diżillużi ħafna u f 'pajjiż fejn l-aptit għall-PN fil-Gvern kien kwazi ineżistenti. Min-naħa l-oħra, kellu avversarju politikament stuż, popolari mal-Maltin u li favurih kellu r-riħ ta' ekonomija sejra tajjeb. Wara l-elezzjoni seta' deher xi ftit indeċiż dwar jekk għandux jibqa' jew jitlaq, sakemm iddeċieda li ma jibqax Kap tal-PN. Il-fatt li deher attiv biex ma jkunx elett Adrian Delia bħala Kap tal-PN, għalkemm kien dritt demokratiku tiegħu, ma niżel tajjeb xejn ma' numru ta' Nazzjonalisti. (Fejn kien ikun il-PN illum kieku fil-fatt baqa' Busuttil huwa suġġett ta' analiżi separat) Ibbażat biss fuq il-karattru u l-intenzjonjijiet tiegħu, Simon Busuttil suppost kellu sena bil- wisq aħjar milli kellu. Il-fatt li ma kellux hija taħlita ta' diversi aspetti, uħud direttament marbutin miegħu, oħrajn lil hinn minnu. li għadu qed jimxi fuq art tiżloq sew marbutin mat-traffikar tan-nies u prostituzzjoni li jkunu madwar Delia u Deputati bħal Jason Azzopardi ttimbrawh bħala 'Żiemel tat-Trojja' mibgħut minn Kastilja. Il-Kunsill Amminitrattiv tal-PN talab, bil-pulit, lil Delia biex jirtira mill- elezzjoni f 'deċiżjoni li kompliet tgħerreq lill-PN f 'aktar inkwiet. Din il-gazzetta rrappurtat kif kienu, saħansitra, qed isiru telefonati mid-Dar Ċentrali biex it-tesserati ma jivvutawx lil Delia. Minkejja dan kollu, Delia rebaħ l-ewwel tiġrija mal- Kunsillieri u anke rebaħ l-appoġġ tal-maġġoranza tat-tesserati li vvutaw. Dan minkejja li b'52.7% tal-voti hu kiseb riżultat ħafna inqas pożittiv milli kienu qed jobsru li se jikseb ħafna. Minn hemmhekk Delia kellu: Jiġġieled u jqatta' sigħat jinnegozja (għalxejn) biex xi ħadd mid-Deputati tal-PN iċedilu s-siġġu fil- Parlament, ribelljoni interna fil-Grupp Parlamentari minn madwar 16-il Deputat li kienu lesti illi jtajruh minn Kap tal-Oppożizzjoni u kien injorat minn uħud mid-Deputati tiegħu stess fuq vot dwar il-'leave' lil koppji leżbjani li jagħmlu l-IVF. Delia qed ikollu jiffaċċja wkoll numru kbir ta' leaks fil-midja dwar, fost oħrajn, is-sitwazzjoni tal-finanzi tal-PN. Din kienet is-sena li fiha Delia tela' għax rebaħ elezzjoni li għamlitu Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni. Imma huwa ċar li l-pożizzjoni tiegħu għadha waħda dgħajfa ħafna. Minkejja li għandu appoġġ qawwi fost firxa ta' attivisti, Delia għadu ma ħalliex il-marka tiegħu bħala Kap tal-partit u l-ewwel tliet xhur u nofs tat-tmexxija tiegħu kienu pjuttost fjakki f 'termini ta' kontenut. Kien nieqes fil-preżenza tiegħu fl-attivitajiet tas- Civil Society Network u l-attentat tiegħu biex jibni pont mal-familja Caruana Galizia (kważi awtorità fil-PN) falla miżerjament meta oħt DCG għajritu 'maħmuġ' u għadu qed ifalli milli jqajjem il- fervur tant meħtieġ fost eluf ta' Nazzjonalisti. Delia jeħtieġ joqgħod attent illi fil-ħeġġa biex ikun 'pożittiv' u differenti, ma jispiċċax jinnewtralizza lill-Oppożizzjoni Nazzjonalista fuq materji ta' prinċipji u governanza. Jekk jagħmel hekk, ikun qed jagħmel żball kbir u jkun qed jaqra s-sitwazzjoni politika b'mod kompletament żbaljat. Naturalment għadu kmieni, u għalkemm Delia tela' fl-istatura politika x-xhur li ġejjin jistgħu jkunu volatili daqs dawk li għaddew għall-eks President tat-tim tal- futbol ta' Birkirkara.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017