Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 27 CHELSEA għalqu s-sena kalendarja 2017 b'rebħa kbira fuq Stoke City hekk kif huma għelbuhom bl-iskor ta' 5-0, bil- gowls għalihom jaslu minn Antonio Rudiger, Danny Drinkwater, Perdo Rodriguez, Davide Zappacosta u minn penalty ta' Willian. Doppjetta ta' Moahamed Salah tat tliet punti prezzjużi lil Liverpool meta huma għelbu lil Leicester City bl-iskor ta' 2-1 bil-gowl uniku għall- Foxes jasal mis-solitu Jamie Vardy wara biss tliet minuti. Swansea City barra minn darhom għelbu lil Watford bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Jordan Ayew u minn Luciano Narsingh. Intant, kien Andre Camillo li fetaħ l-iskor għal Watford fil-11- il minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn AFC Bournemouth u Everton b'tal-ewwel ikunu huma li joħorġu rebbieħa biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Ryan Fraser waqt li Idrissa Gana Gueye skorja l-gowl uniku għal Everton. Intant, iż- żewġ partii bejn Huddersfield Town u Burnley u Newcastle United u Brighton & Hove Albion intemmew fi draw ta' mingħajr gowls. SPORTSillum Chelsea jagħlqu s-sena b'rebħa kbira fuq Stoke City Draw ġust bejn Fiorentina u AC Milan FIORENTINA u AC Milan temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ġust ta' 1-1 bil-gowl għall- Vjola jasal minn Giovanni Simeone fil-71 minuta waqt li Hakan Calhanoglu ġab l-iskor indaqs għar- Rossoneri tliet minuti biss wara. Roma u Sasuolo wkoll temmew il-partita ta' bejniethom fi draw ta' 1 -1 liema draw jista' jitqies bħala wieħed ferm diżappuntanti għall-Giallorossi. Kien Lorenzo Pellegrini li fetaħ l-iskor għal Roma fil-31 minuta waqt li Simone Missiroli ġab l-iskor indaqs għal Sassuolo fit-78 minuta. Sampdoria ġewwa darhom għelbu lil Spal bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Fabio Quagliarella fi spazju ta' ftit sekondi lejn tmiem il-partita, bl-ewwel gowl minn dawn it-tnejn jasal minn penalty. Udinese barra minn darhom għelbu lil Bologna bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għall-Friulani jaslu mnnn Silvan Widmer u minn Kevin Lasagna. Intant, kienu Bologna li fetħu l-iskor fis-27 minuta minn awto-gowl tal- plejer ta' Udinese, Danilo. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Cagliari u Atalanta bit-tim minn Sardinja jkun hu li joħroġ rebbieħ bil-gowls għalih jaslu minn Leonardo Pavoletti u minn Simone Padoin. Atalanta skorjaw il-gowl tal-bandiera fid-90 minuta permezz ta' Alejandro Gomez. Cagliari spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fid- 90 minuta meta tkeċċa għalihom Senna Miangue wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Benevento ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Chievo Verona bil- gowl uniku għalihom jasal minn Massimo Coda fl-64 minuta. Intant, il-konfront bejn Torino u Genoa ntemm fi draw ta' mingħajr gowls. Hakan Calhanoglu jġib l-iskor indaqs għal AC Milan -74 minuta Plejers ta' Chelsea jirħu wara r-rebħa kbira li kisbu kontra Stoke City RIŻULTATI Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 30 ta' Diċembru Fiorentina vs AC Milan 1-1 Atalanta vs Cagliari 1-2 Benevento vs Chievo Verona 1-0 Bologna vs Udinese 1-2 Roma vs Sassuolo 1-1 Sampdoria vs SPAL 2013 2-0 Torino vs Genoa 0-0 RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 30 ta' Diċembru AFC Bournemouth vs Everton 2-1 Chelsea vs Stoke City 5-0 Huddersfield Town vs Burnley 0-0 Liverpool vs Leicester City 2-1 Newcastle United vs Brighton & Hove Albion 0-0 Watford vs Swansea City 1-2 FIXTURES Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 13:00 Crystal Palace vs Manchester City 17:30 West Bromwich Albion vs Arsenal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017