Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429
Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 | illum Intervista 13 matul is-sena 2017 Dione Borg Ġurnalist ta' Media.Link Communications "Il-Kriminalità organizzata donnha, għandha l-libertà topera għax mhux qed jinqabdu" 22 ta' Ottubru 2017 Carmel Cacopardo Chairperson tal-AD "Id-diffikultà tal-PD hija li l-forma tal-koalizzjoni titfa' taħt dell lil dan il-partit, allura trid toqgħod tagħmel it-teatrini Marlene, biex tagħmel tajjeb għal dan il-fatt." 24 ta' Settembru 2017 Alex Perici Calascione Eks kandidat għall-kariga ta' kap tal-PN "Joseph Muscat hu intelliġenti, makkjavelljan u ċertament ukoll kemxejn fortunat, Simon Busuttil hu konsistenti, serju u onest." 27 ta' Awwissu 2017 Adrian Delia Kap tal- Oppożizzjoni "Jien ma naqrahiex lil Daphne, min jgħix fid-dinja tal-bloggs separat mir-realtà, maqtugħ mir-realtà jikkummenta dwar dak li hemm fil-blogg." 10 ta' Settembru 2017 David Casa MEP PN "It-tradituri veru tal-pajjiż huma; il-Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi. Inkun traditur ta' pajjiżi kieku nagħlaq ħalqi u ma nitkellimx dwar dak li qed issir f 'pajjiżi" 10 ta' Diċembru 2017 Clyde Puli Seg. Ġen. PN "L-elezzjoni ġenerali ġabet riżultat li kien agħar minn dik tal-2013 u li l-partit jaf biċ-ċert li se jitlaq minn dak ir-riżultat" 26 ta' Novembru 2017 Ian Borg Ministru PL "Il-mod kif qed jaġixxi Simon Busuttil se jwasslu għal possibbiltà reali li hu jkun l-uniku kap mill-Indipendenza 'l hawn li ma jkunx fdat mill-poplu biex imexxi dan il-pajjiż." 30 ta' April 2017 Chris Said Eks kandidat għall-kariga ta' kap tal-PN "Jekk inbigħu ruħna, 140 sena ta' storja se jispiċċaw fix-xejn." 10 ta' Settembru 2017 Ahmed Bugri Fondazzjoni għall-Appoġġ lill-Immigranti "In-nies tal- Marsa għandhom raġun sa ċertu punt. Twikkew bi problema li ma kinitx tagħhom meta l-awtoritajiet tefgħu l-immigranti l-Marsa." 17 ta' Settembru 2017 Chris Fearne Viċi PM PL "Jien qatt ma kont involut f 'xi allegazzjonijiet fondati jew mhumiex, u din naħseb li hija xi ħaġa importanti." 25 ta' Ġunju 2017