Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 Sena waħda. Żewġ mexxejja. Muscat isalpa sal-port minkejja tempesti qliel Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat kellu sena impenjattiva ħafna, u kien fil-qofol ta' diversi kontroversji, allegazzjonijiet u anke terremoti politiċi. Fil- verità ħafna minn dawn il-kwistjonijiet kellhom il-potenzjal li, politikament, jordmuh jew ituh damdima tajba. Minkejja kollox iżda, u huwa dan li mmarka l-2017 bħala sena tajba ħafna għal Muscat, dan xorta mexxa lill- Partit Laburista għall-akbar rebħa li qatt akkwista dan il-partit, l-akbar rebħa għal kwalunkwe partit politiku lokali fl-istorja politika kontemporanja u r-raba' rebħa Laburista b'distakk ta' aktar minn 30,000 vot mill-2009 sal-lum. Ir-rebħa Laburista ta' din is-sena nkisbet minkejja li l-elezzjoni ssejħet fil-qofol ta' terremot politiku kkawżat minn allegazzjoni li tolqot direttament lill-Prim Ministru u lil martu Michelle Muscat. Tfaqqa' l-maltempata 'Egrant'... l-akbar 'theddida' għal Muscat Kien nhar il-Ħamis 20 ta' April illi fil-blogg tagħha Daphne Caruana Galizia ppubblikat artiklu illi fih tallega li t-tielet kumpanija fil-Panama, magħrufa bħala 'Egrant' kienet fil-fatt ta' mart il-PM Michelle Muscat. Kienet din l-aħbar wara sigħat ta' stennija u xhur ta' mistoqsijiet illi wasslet għal terremot politiku kbir. Mhux biss minħabba l-allegazzjoni nnifisha, imma iktar minn hekk minħabba l-allegazzjoni li minn kont fil-Bank Pilatus, allegatament ta' Muscat, għaddew mal-$1 miljun mill- Ażerbajġan. Din l-allegazzjoni wasslet għal kampanja koordinata mill-Partit Nazzjonalista għar-riżenja u passi kriminali kontra Muscat, martu u l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri. Bdew telgħin streamers tal-PM u martu f 'ċella u minn hemmhekk l-atmosfera politika lokali bdiet titqal sew. Muscat ċaħad mill-ewwel u sejjaħ din l-allegazzjoni bħala 'l-akbar gidba politika fl-istorja tal-pajjiż.' L-elezzjoni ġenerali kienet msejħa nhar l-1 ta' Mejju, fid-dawl ta' din l-allegazzjoni u fid-dawl ukoll ta' inkjesta maġisterjali li talab li ssir l-istess Muscat għax dejjem sostna li m'għandux x'jaħbi. Fil-fatt, minkejja kull proposta pre-elettorali, l-elezzjoni tal- 2017 tibqa' waħda li saret taħt l-isħaba ta' Egrant, kif ukoll b'Muscat taħt l-attakk minħabba li Mizzi u Schembri kellhom kumpanija l-Panama (Hearnville Inc u Tillgate Inc). Il-PN u bosta vuċijiet kritiċi tal-Gvern ta' Muscat ikkritikawh għax quddiem dan kollu ma ġegħelx lill-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri jirreżenjaw. Kritika li fir-realtà għadha ssir sal-lum. Iżda apparti l-kwistjoni tal-governanza u l-gravità ta' din l-allegazzjoni, l-elezzjoni ssejħet ukoll f 'perjodu illi matulu Malta kompliet tikseb riżultati ekonomiċi tajbin ħafna, fost l-aqwa riżultati fl-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifri kienu jagħtu stampa ta' ekonomija li qed toħloq ħafna xogħol, ta' negozju li kien sejjer tajjeb, ta settur turistiku li qed jikser ir-rekords u settur b'saħħtu ħafna ta' kostruzzjoni, kiri, bejgħ u xiri ta' proprjetà. Kien ukoll u għadu jeżisti sentiment ottimist li l-ekonomija se tkompli tikber. Jidher illi minkejja l-gravità tal-allegazzjonijiet fil-konfront tal-PM u martu, liema allegazzjonijiet għadhom bil-mannara tal-ġudizzju fuq rashom, il-maġġoranza tal- poplu; jew emmnet iktar lil Muscat li dik ta' Caruana Galizia kienet gidba, jew inkella ħassew li l-fattur importanti għal fejn kellu jmur il-vot tagħhom huwa skont il-but u l-prospetti ekonomiċi, jew inkella waslu għall-konklużjoni li bejn iż- żewġ partiti l-PL kien bil-wisq aktar superjuri mill-PN. Ma'; dawn jingħaqdu wkoll dawk li kienu ilhom erba' snin jgħidu li 'mweġġgħin' u li 'l-PL nesihom' u li fl-aħħar ġimgħat qabel l-elezzjoni kellhom l-ilmenti tagħhom indirizzati. Ta' min wieħed jinnota wkoll l-fattur li Muscat mexxa kampanja elettorali effettiva ħafna li tappella ħafna għall- emozzjoni. Waqt l-erba' ġimgħat ta' kampanja l-abbilitajiet ta' oratrija tiegħu kienu fl-aqwa tagħhom kif kienu l-abbilitajiet tiegħu li jikkonvinċi. Ma' dan wieħed irid jiftakar ukoll li L-2017 kienet ħelwa għal Muscat għax rebaħ, imma morra għax iff aċċja mewġ qalil. Ħelwa għal Busuttil għax għaqqad lill-PN taħt għajta waħda, imma morra għax tilef bil-kbir... Delia: Il-kap il-ġdid tal-PN li Minn Albert Gauci Cunningham FL1 ta' Jannar 2017, l-isem 'Adrian Delia' kien kompletament ġdid fid-dinja politika lokali. Kien isem iktar magħruf fid-dinja tal-futbol, imma xejn wisq iktar minn hekk. Nhar l-24 ta' Ġunju 2017 jitfaċċa Adrian Delia u l-fatt li dan kien se jikkontesta l-elezzjoni għall-Kap tal-PN. Minn hemmhekk Delia, spara 'l fuq u spara 'l isfel u reġa' 'l fuq, imbagħad 'l isfel b'veloċità liema bħala. Kif? Malli ħabbar il- kandidatura tiegħu, instantanjament beda jinġabar moviment ta' nies madwaru. Delia huwa persuna kariżmatika ħafna, li għandu kuntatt u għeruq aktar fondi man-nies fit-triq u iktar għarfien ta' dak li jaħseb u dak li jixtieq votant Malti milli kellu Simon Busuttil. Naturalment Delia huwa xi ħadd ġdid u allura bla irbit żejjed mal-passat u simbolu ta' bidu ġdid għall-partit li kien għadu kif qala' daqqa elettorali kbira, deher bħala l-kandidat idoneu. Iżda malli kien qed jidher ċar li Delia kien se jirbaħ l-elezzjoni għall-Kap il-ġdid tal- PN b'kumdità u wara li l-istess Delia kien wera ċerta riluttanza biex jagħmel awditjar sħiħ tan-negozji u l-assi tiegħu, Daphne Caruana Galizia tefgħetlu xkiel ikrah. Fit-23 ta' Awwissu Caruana Galizia allegat illi Delia għandu kont f 'Jersey li hu ma ddikjarax li kellu. Iktar tard hija kienet allegat illi minnu qed jgħaddu flus li ġejjin minn qligħ ta' prostituzzjoni li allegatament qed issir fi blokka ta' appartamenti f 'Soho, Londra. Minkejja li Delia ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u fetaħ numru ta' libelli kontra DCG, l-allegazzjonijiet, tant qrib ta' battalja Nazzjonalista favur il- governanza xellfu waħda sew l-immaġini ta' Delia. Minn hemmhekk infetħu l-bibien tal-kritika lejn Delia u l-integrità ta' nies li jkunu madwaru. DCG kitbet diversi bloggs dwar persuni allegatament agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham