Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 Sports 28 Min kienu l-aqwa 10 plejers tul l-2017? Numru 1 - Lionel Messi (Arġentina) Età – 30 sena Tim – Barcelona Pożizzjoni – Attakkant Dan il-plejer m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif ser ikun qed jilgħab ir-raba' Tazza tad-Dinja tiegħu wara dawk tal-2006, 2010 u 2014. Messi kien fundamentali sabiex jgħin lil pajjiżu jikkwalifika għal din il-manifestazzjoni sportiva meta skorja hat-trick fl-aħħar konfront deċiżiv illi kellhom kontra l-Ekwador. Wara dik il-partita, il-kowċ tal-Arġentina Jorge Sampaoli qal hekk fuqu: "Illum b'xorti tajba għalina n-nazzjonalita' tal-aqwa plejer fid-dinja hija Arġentina. Huwa plejers straordinarju, li tieħu gost tarah jilgħab. Bla dubju huwa l-itjeb plejer fl-istorja." Il-ħolma ta' Messi hi illi jirrepeti s-suċċess illi għamel tletin sena ilu plejer ieħor leġġenda Diego Armando Maradona u jgħolli t-Tazza tad-Dinja. Numru 3 – Neymar (Brażil) Età: 25 Tim: Paris St Germain Pożizzjoni: Attakkant Bħalissa dan huwa l-iktar plejer li sewa flus fl-istorja tal-futbol mondjali bis-somma ta' €222m illi bih ingħaqad mal-klabb multi-miljunarju ta' Paris St Germain mingħand Barcelona. Kien transfer illi ħoloq polemika kbira kif din il-logħba tant sabiħa saret biss flus u xejn aktar. Minkejja kollox, dan it-talent Brażiljan qed juri logħob verament sabiħ u lest ikun il-'leader' il-ġdid ta' pajjiżu hekk kif ser ikun qed jilgħab it-tieni turnament dinji tiegħu. Wara d-diżappunt kbir illi kellhom fl-aħħar edizzjoni, Neymar lest illi jgħin lill-Brażil jirbaħ is-sitt trofew tiegħu għalkemm jaf li mhux ser tkun biċċa xogħol faċli. Ta' 25 sena dalwaqt jgħaqqad il-mitt dehra man-nazzjonal hekk kif qiegħed biss 17-il partita 'l bogħod. Numru 4 – Kevin De Bruyne (Belġju) Età: 26 Tim: ManchesterCity Pożizzjoni: Plejer f 'nofs il-grawnd Darba Jose Mourinho meta kien jikkowċja lil Chelsea saħaq illi dan il-plejer kellu jinbiegħ lil Wolfsburg minħabba illi kellu karattru ta' tifel żgħir u kien jibki l-ħin kollu. Erba' snin wara min jaf kemm il-Blues iddispjaċihom illi ħallew lil dan il-plejer jitlaq hekk kif ma' Manchester City dan il-plejer Belġjan kabbar ferm il-ħiliet tiegħu. Guardiola jarah bħala wieħed mill-aqwa midfielders fid-dinja bħalissa u bassar illi jista' jispira lill-Belġju lejn post importanti fit-Tazza tad-Dinja illi jmiss. Huwa s'issa lagħab 58 darba mat-tim nazzjonali u skorja 13-il gowl fis-seba' snin illi ilu jissejjaħ mill-kowċ nazzjonali Belġjan. M'hemmx dubju illi anke din id-darba l-kowċ preżenti Roberto Martinez ser jiġi bżonn it-talent ta' dan il-plejer ħalli jgħin lil pajjiżu jasal iktar 'il quddiem f 'din l-edizzjoni. Numru 2 – Cristiano Ronaldo (Portugall) Età: 32 Tim: Real Madrid Pożizzjoni: Attakkant Minkejja illi issa m'għadux daqshekk żagħżugħ, Cristiano Ronaldo jinsab fl-aqwa tal-karriera tiegħu hekk kif qed juri l-aqwa logħob tiegħu kemm fuq livell ta' klabb ma' Real Madrid kif ukoll fuq livell internazzjonali mal-Portugall. Is-sena 2017 kienet waħda tad-deheb għal Ronaldo għax barra li rebaħ diversi unuri kellu s-sodisfazzjon jieħu l-ħames ballun tad-deheb ftit tal-ġranet ilu. Wara li s-sena l-oħra wassal lill-Portugall għall-ewwel unur tagħhom fl-istorja, Ronaldo jinsab lest illi jagħti sfida anke matul it-Tazza tad-Dinja li jmiss minkejja illi għandhom grupp iebes bi Spanja magħhom. Għall-attakkant Portugiż din ser tkun it-tielet Tazza tad-Dinja tiegħu u qatt daqs illum il-poplu Portugiż mhu joħlom illi jistgħu jaslu 'l bogħod f 'din il-kompetizzjoni bi plejer fenomenu bħalu. Hekk kif is-sena 2017 se tkun qed tintemm dalwaqt, f 'dan l-artiklu ser inkunu qed nagħtu ħarsa lejn l-aqwa għaxar plejers tul din is-sena: Numru 5 – Harry Kane (Ingilterra) Età: 24 Tim: Tottenham Hotspur Pożizzjoni: Attakkant Kane huwa dak l-attakkant tipiku li minn kull pożizzjoni kapaċi jsib il-lasta. Għandu kollox favurih saħħa, tul u x-xamma għall-gowl. L-istaġun illi għadda kien wieħed tal-ħolm għal Kane hekk kif barra li rebaħ iż-żarbuna tad-deheb għen lill-Ispurs jaslu għal UEFA Champions League. Din il-konsistenza qed iġorrha miegħu anke mat-tim nazzjonali Ingliż immexxi minn Gareth Southgate illi qed jara lil Kane bħala arma letali illi tista' tgħin lill-Ingliżi jpattu għad-diżappunti ta' dawn l-aħħar snin f 'dan it-turnament. Zinedine Zidane sejjaħlu bħala "in-numru disgħa perfett" u kellu raġun biex ibigħ għax diġà skorja 12-il gowl fi 23 dehra bil-flokk tat-Three Lions.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017