Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 Aħbarijiet jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino WARA investiment ta' aktar minn €14-il miljun, nhar l-Erbgħa li ġej se jerġa' jiftaħ uffiċjalment is-Suq tal-Belt, liema proġett sar bħala parti mir-restawr abbinat għall-V18, iż-żmien meta l-Belt Valletta se tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal- Kultura. Dan hekk kif il-parti li takkomoda l-kafeteriji u l-postijiet tal-ikel kienu diġà aċċessibbli għall-pubbliku matul dawn l-aħħar ġranet tal-Milied. Il-binja kienet ingħatat b'ċens għall-perjodu ta' 65 sena lill-kumpanija Arkadia Group wara approvazzjoni unanima li kien hemm fil-Kamra tar- Rappreżentanti biex isir dan l-iżvilupp. Id-disinn tal-binja l-ġdida tas-Suq tal-Belt sar mill-perit Taljan Marco Casamonti u se jkun qed jamalgama flimkien l-ikel u l-arti mal- prodotti artiġġjanali u dawk tradizzjonali Maltin. Is-Suq tal-Belt se jkun maqsum fi tliet taqsimiet li jinkludu spazju kulturali, parti kummerċjali u żona oħra ta' ikel tradizzjonali fosthom prodotti tal-laħam, frott u ħaxix, ħut u furnar. Iż-żona allokata għall-arti u l-kultura se tkun aċċessibbli għall- pubbliku minn Frar li ġej. Fis-Suq tal-Belt sar restawr estensiv ta' partijiet antiki tal-binja fosthom il-kantina, l-istrutturi tal-azzar u s-saqaf, li huma karatteristiċi ewlenin tal-post li fil-passat kien inbena mill-Imperu Ingliż. Sar restawr estensiv ukoll ta' fdalijiet li nstabu waqt ix-xogħlijiet tal- iżvilupp u li se jkun possibbli li jitgawdew min-nies li se jżuru l-post. Il-postijiet kummerċjali li ġew allokati fis-Suq tal-Belt se jkunu qed joffru x-xogħol lil 250 persuna. Is-Suq tal-Belt se jiftaħ uffiċjalment nhar l-Erbgħa • Ikel, artiġjanat u arti fi żvilupp ta' €14-il miljun li se jimpjega 250 persuna u jagħti ħajja mill-ġdid lis-suq tal-Belt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017