Illum previous editions

illum 18 February 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018 | illum 19 19 Opinjoni M eta x-xahar l-ieħor il- Parlament Taljan approva missjoni ġdida ta' 470 suldat fin-Niġer, il-kwistjoni qajla qajmet kontroversja minkejja illi l-qiegħa qiegħda tisħon sew qabel l-elezzjoni tal-4 ta' Marzu li ġej. Anke partiti fl- oppożizzjoni bħal Forza Italia fehmu l-ħtieġa illi t-Taljani jibgħatu t-truppi tagħhom sabiex tinżamm l-ordni fit- territorji vasti sub-Saħarani u jkun hemm kontroll aħjar fuq it-toroq li jintużaw għall-immigrazzjoni llegali. It-Taljani ser jingħaqdu mal-Amerikani u l-Franċiżi li wkoll għandhom truppi fin-Niġer. Minkejja li qegħdin fix- xifer tagħha, ftit huma dawk il-Maltin illi jagħrfu l-importanza tat-tieni l-akbar kontinent li għandu populazzjoni ta' 1.2 bn jiġifieri 16% tal-populazzjoni dinjija u jkopri 20% tal- art kollha tad-dinja. Imma l-potenzi l-kbar ilkoll jagħrfu l-importanza ta' dan il-kontinent. L-aktar li qed turi interess fl-Afrika u qed tinvesti kapital kbir f 'dan il-kontinent hija ċ-Ċina. Tant kemm qiegħda ssir importanti ċ-Ċina f 'diversi pajjiżi illi huwa ferm verosimili illi qabel ma l-armata taż-Zimbabwe daret dan l-aħħar kontra l-President Robert Mugabe li kien ilu fil-poter 37 sena, il- kap tal-armata għamel żjara ċ-Ċina fejn presubilment ġab l-approvazzjoni tal- awtoritajiet Ċiniżi qabel ma ħa dan il-pass. Anke bosta imprendituri Maltin qed juri interess kbir fl-Afrika u l-investiment Malti f 'dan il-kontinent qed dejjem jiżdied. Bosta imprendituri illi qabel kellhom interessi kummerċjali fil-Libja issa dawru l-interessi tagħhom għal pajjiżi oħra fil-kontinent bħal Ghana u l-Etjopja. U bir-raġun għax dawn il- pajjiżi qed ikollhom rata impressjonanti ta' tkabbir ekonomiku. L-Etjopja huwa l- pajjiż Afrikan bit-tieni l-akbar populazzjoni (wara n-Niġerja) ta' 100 miljun. Fis-sena 2000, il-populazzjoni kienet 65 miljun u l-pajjiż kien it-tielet l-ifqar fid-dinja bi Prodott Gross Domestiku ta' xi $ 650. Aktar min-nofs il-populazzjoni kienet taħt il-linja tal-faqar, l-ogħla rata ta' faqar, fid-dinja. Skont il-Fond Monetarju Internazzjonali, mill-2000 sal-2016, l-Etjopja kienet it-tielet l-aktar pajjiż illi kellu tkabbir fil-PGD ras imb'ras. It-tkabbir ekononiku kien għas-snin bejn l-2005/2006 u l-2015/2016 medja ta' 10.5% fis-sena u r-rata ta' faqar niżlet għal 31%. Id-dħul ras imb'ras għadu baxx imma żdied għal $ 1608 fl-2016. L-Etjopja għandu prospetti ekonomiċi ferm tajbin minkejja illi kellu gvern ferm repressiv matul dawn l-aħħar snin. L-Etjopja hija l-unika pajjiż afrikan li ma ġiex ikkolonizzat ħlief għall- interludju qasir Taljan. Fl-1975, l-imperatur Haile Selassie ġie mneħħi f 'kolp ta' stat militari u t-tmexxija tal-pajjiż waqgħet f 'idejn ir-reġim militari repressiv ta' Mengistu Haile Mariam illi qatel eluf ta' opposituri. Dan ir-reġim militari tilef il-poter fl-1991 meta tneħħa minn koalizzjoni ta' ribelli li kienu mmexxijin minn Meles Zelawi illi eventwalment sar Prim Ministru. Minn mindu miet Zelawi fl-2012, fil-pajjiż kien hemm bosta protesti minn gruppi etniċi diversi bir-riżultat illi ħafna spiċċaw il-ħabs u mijiet inqatlu. Il-gvern iddikjara stat ta' emerġenza imma dina d-dikjarazzjoni ma solvietx il-problemi tar-reġim. F'Jannar li għadda, il-gvern ħeles il-priġunieri politiċi ħalli illi l-protesti fil-pajjiż jieqfu. Din il-ġimgħa, il- Prim Ministru Hailemariam Desalegn irriżenja bit-tama illi r-riżenja tiegħu sservi sabiex il-pajjiż jikkalma u titjieb il-klima politika. Ftit sigħat qabel kien irriżenja president ta' pajjiż afrikan ieħor, l-Afrika t'Isfel. Pajjiż ta' 54 miljun b'riżorsi naturali bla rażan, it-tmiem tal-apartheid 23 sena ilu ma ġabx emanċipazzjoni ekonomika għal maġġiorparti tal-populazzjoni sewda. Wara s-snin ta' tama taħt Nelson Mandela u l-interludju tal-presidenza ta' Thabo Mbeki, l-aħħar disa' snin tal-presidenza ta' Jacob Zuma kienu kkaratterizzati b'deklin ekonomiku, stanjazzjoni u korruzzjoni kbira. Zuma pprova jikkompensa għat- tkabbir ekonomiku ferm baxx billi espanda s-settur pubbliku u taħt il-presidenza tiegħu, il-klijentaliżmu żdied ferm. Matul l-aħħar għaxar snin, it-tkabbir ekonomiku kien medja ta' 1.4 % u l-qagħad illum hu ta' 27%. L-Afrika t'Isfel hu wieħed mill-aktar pajjiżi illi għandu disugwaljanzi ekonomiċi, frott l-era tal-apartheid. Imma 23 sena ta' tmexxija mill-Kungress Nazzjonali Afrikan ma rnexxielhiex tnaqqas tali disugwaljanza. L-infrastruttura għadha ferm batuta u s-sistema edukattiva hija ferm defiċjenti. Studju riċenti wera illi l-Afrika t'Isfel hija l-pajjiż bl-ogħla rata ta' illiteriżmu b'78% tal- istudenti fi Grade 4 Mhumiex kapaċi jiktbu u jaqraw. Fl- Ingilterra r-rata hi 3% mentri fiċ-Ċili hi 13%. Zuma huwa persuna kontroversjali ferm: kien anke akkużat illi stupra t-tifla ta' ħabib tiegħu illi miegħu kien qatta' għaxar snin il- ħabs f 'Robbin Island fejn anke kien inżamm Mandela. F'Robbin Island, Zuma ġie edukat mill-ħabsin sħabu u wara li ħareġ il-ħabs, mar fl-eżilju fil-Mozambique fejn bil-mod il-mod tela l-ġerarkija tal-Kungress Nazzjonali Afrikan. Il- presidenza ta' Zuma kienet ikkaraterizzata b'episodji spissi ta' korruzzjoni. Bena palazz presidenzjali enormi u l-Ombudsman tal-pajjiż ordnalu jirrifondi parti mill-ispejjeż li nefaq f ' din il-propjetà minħabba li kienet għal użu strettament personali. Il-Qorti Kostituzzjonali tal- pajjiż kienet unanimament ordnatlu jirrifondi € 230,000 lill-Istat. Dwar dan kont ktibt f 'dan il-ġurnal fit-3 t'April 2016 ("Lezzjonijiet min- Nofsinhar"). Ir-rabtiet tiegħu mal- familja ta' oriġini asjatika Gupta, waħda mill-aktar familji sinjuri tal-pajjiż qanqlu ħafna tħassib. Din il-familja ġawdiet ferm mill-kuntratti tal-gvern u ngħad li anke kellha s-saħħa tneħħi l-ministru tal- finanzi. L-ekonomija tant iddeterjorat illi żewġ aġenziji tar-rating iqisu d-dejn tal- pajjiż bħala junk. Wara illi fl-elezzjonijiet muniċipali ta' Awwissu 2016 il-perċentwal ta' voti li ġab il-Kungress Nazzjonali Afrikan niżel għal 53% u l-oppożizzjoni rebħet il-kontroll ta' bosta bliet fosthom Johannesburg, il- pressjoni sabiex l-affarijiet fi ħdan il-Kungress Nazzjonali Afrikan jinbidlu kibret sew. Fil-kungress ta' Diċembru li għadda saret l-elezzjoni sabiex jinħatar is-suċċessur ta' Zuma. Iż-żewġ kontendenti kienu l-eks mara ta' Zuma u ex ministru tas- saħħa u tal-affarijiet barranin kif ukoll kap tal-Unjoni Afrikana, Nkosana Diamini Zuma u l viċi-president Cyril Ramphosa. Ramphosa kien il-favorit ta' Mandela biex jilħaq warajh imma tilef it-tellieqa tas-suċċessjoni. Imwieled f 'Soweto, laħaq avukat imma taha għat- trejdunjoniżmu u organizza l-ħaddiema tal-minjieri illi għadha trejdunjon ferm f 'saħħietha fil-pajjiż. Magħruf bħala negozjatur ferm abbli, kien ferm involut fit-trattattivi sabiex jispiċċa r-reġim tal-apartheid. Meta tilef it-tellieqa għas- suċċessjoni ta' Mandela, taha għan-negozju u akkumula fortuna diskreta. Zuma pprefera illi tintgħażel Diamini Zuma imma din tilfet b'xi 179 vot. Id-destin ta' Zuma kien issiġġilat u minkejja illi rreżista kemm felaħ il- pressjoni illi beda jagħmillu l-partit tiegħu stess sabiex jirriżenja, fl-aħħar kellu jirrassenja ruħu għad- destin flok ma jaffaċja vot ta' sfiduċja. B'hekk Ramphosa ġie kkonfermat President unanimament mill-Parlament u issa jrid jipprepara għall-elezzjoni presidenzjali tas-sena d-dieħla illi huma mistennija illi jkunu ferm diffiċli għall-Kungress Nazzjonali Afrikan. Din il-ġimgħa wkoll miet il-mexxej tal-opposizzjoni taż-Zimbabwe, Morgan Tvazigarai b'kanċer. Anke ż-Zimbabwe mistennija elezzjonijiet presidenzjali dalwaqt u wieħed jittama illi l-ekonomija taż-Zimbabwe titjieb wara d-diżastru tal-era ta' Mugabe. Il-prospetti għal Zimbabwe tjiebu wara illi l-armata keċċiet lil Mugabe mill-poter imma żammet lura milli tieħu l-poter f 'idejha. Meta jkun hemm bidla paċifika tal-poter, it-tama hi illi pajjiż akkwista l-istabbilità mixtieqa sabiex il-qagħda ekonomika titjieb. L-istabbilità fl-Afrika kienet ferm rari fis-snin wara t-tmiem il-kolonjaliżmu imma avvenimenti riċenti qed jagħtu lok għal tama ġdida. L-Afrika mhijiex kontinent tal-iddisprati imma kontinent fejn hemm ħafna prospetti illi jeħtieġ illi jiġu realizzati. Għandna nibqgħu attenti u ninvolvu ruħna aktar. Jagħmel sew il-gvern Malti illi jkabbar il-preżenza diplomatika tagħna fl-Afrika u jgħin dawk l-imprendituri li qed jinvestu f 'dan il-kontinent vast. It-titjib ekonomiku fl-Afrika hu l-aħjar rimedju għall-immigrazzjoni illegali u kulħadd igawdi minn aktar integrazzjoni ekonomika bejn l-Ewropa u l-Afrika. ellisjoseph@gmail.com Tama ġdida fl-Afrika JOE ELLIS

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 February 2018