Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/943659
3 Il-Ħadd 18 ta' Frar 2018| illum Aħbarijiet ILKORPORAZZJONI għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qed tisħaq li Malta għandha kapaċità li tlaħħaq mad-domanda tal-ilma f 'kull eventwalità, iżda l-idrologu Marco Cremona insista mal-ILLUM li l-Korporazzjoni mhux qed tieħu inkonsiderazzjoni inċidenti jistgħu jwasslu biex id-djar Maltin jispiċċaw bla ilma fil-vit. Il-kwistjoni kollha qamet wara flyer li tqassam minn 'think thank' u li skont il-Korporazzjoni għas- Servizzi tal-ilma kien ippubblikat mill-Malta Water Association. Skont il-flyer, f 'każ ta' ħsara fl-impjant tar- reverse osmosis, ir-riserva tal-ilma hija biss ta' jumejn. Iżda ma' din il-gazzetta, Marco Cremona saħaq li l-fuljett ġie ppubblikat minn grupp ta' studenti universitarji, li ħadmu fuq proġett biex iqajmu kuxjenza dwar il-konservazzjoni tal- ilma u talbu lill-Malta Water Association biex jgħinuhom. Għalkemm il- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tisħaq li l-informazzjoni mogħtija fil-fuljett hija skorretta u tista' twassal biex jinħoloq allarm fost il-pubbliku, Marco Cremona qed jibqa' jinsisti li f 'każ li l-impjanti tar-reverse osmosis jiefqu jaħdmu, Malta tista' biss tipprovdi provvista tal-ilma għal jumejn u anke inqas. L-idrologu qal ukoll li din l-informazzjoni hija kkonfermata f 'diversi dokumenti uffiċjali fosthom fil-Malta Water Resource Review tal-2006 u aktar riċentament fl-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima. Minkejja dan, skont il- Korporazzjoni filwaqt li huwa vera li f 'Malta hawn nuqqas ta' riżorsi naturali tal-ilma, bħall-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Mediterran, investimenti li saru fuq medda ta' snin wasslu biex Malta tkun lesta għal kull eventwalità, tant li skontha, il-WSC kapaċi tigarantixxi b'aktar minn xahar forniment ta' ilma. Filfatt tkompli tispjega kif f 'każ li jkun hemm ħsara fl-akbar impjant minn tlieta, dan il-perjodu ta' żmien huwa "ferm aktar minn biżżejjed biex isiru t-tiswijiet neċessarji." Fi kliemha, f 'każ remot ta' ħsarat fis-sistema kollha ta' impjant sħiħ, iż-żewġ faċilitajiet l-oħra jagħmlu tajjeb u jinżamm livell għoli ta' produzzjoni. "Il-WSC ma ħaditx inkonsiderazzjoni x-xenarji kollha" Madanakollu, ma' din il- gazzetta, l-idrologu Marco Cremona saħaq li l-Korporazzjoni mhux qed tieħu inkonsiderazzjoni inċidenti li jistgħu jwaqqfu l-impjanti kollha. Staqsa x'jiġri f 'każ li jinqata' d-dawl mal-pajjiż kollu, att terroristiku jew inkella tixrid ta' żejt fil-baħar li jaffettwa lit-tliet impjanti. F'intervista oħra li kien ta lil din il-gazzetta, f 'Awwissu tal-2017, Cremona kien fakkar f 'avveniment li seta' waqqaf għalkollox l-impjanti tar-Reverse Osmosis. Cremona fakkar kif fl-eqqel tar-rivoluzzoni Libjana, il-Prim Ministru ta' dak iż- żmien, Lawrence Gonzi, kien irrifjuta li jagħti lura żewġ ajruplani maħrubin mil-Libja bl-awtoritajiet Libjani jheddu li jisplodu viċin Malta vapur li kien fih 250,000 barmil ta' gażolina. L-għan ta' dan l-attakk, skont Cremona, kien li jwaqqaf għalkollox l-impjanti tar-reverse osmosis. "Dan kien ifisser li Malta kienet tbati minn konsegwenzi koroh ta' nuqqas gravi ta' ilma," kienet saħaq Cremona. Filwaqt li wera d-dubji tiegħu dwar l-istqarrija tal-Korporazzjoni, li kapaċi tiggarantixxi b'aktar minn xahar forniment ta' ilma, Cremona insista li mhux possibbli tiggarantixxi l-provvista tal-ilma f 'kull eventwalità. Fil-ħarġa tal-gazzetta ta' nhar il-Ħadd 14 ta' Awwissu 2016, l-eks Assistent Direttur fid-Direttorat għall- Protezzjoni tal-Ambjent fil- MEPA Alfred Baldacchino kien qal li "Malta riesqa lejn diżastru ekoloġiku u xitwa oħra xotta se jkollha riperkussjonijiet kbar fuq pajjiżna għax se tgħaġġel il-proċess li bih jispiċċa l-ilma, qed imutu s-siġar l-agrikoltura qed tmut u l-għelieqi jitħallew żdingati. Resqin lejn deżert bla ilma." Marco Cremona kemm-il darba wissa dwar ippompjar tal-ilma tal-pjan "bil-goff " u ddeskriva l-istqarrija ta' Baldacchino dwar deżertifikazzjoni bħala 'reali mhux sensazzjonali'. Jumejn jew inqas ta' ilma f 'każ ta' kriżi ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio L-Idrologu Marco Cremona jinsisti minkejja stqarrija tal-WSC li tgħid il-kontra Cremona saħaq li l-Korporazzjoni mhux qed tieħu inkonsiderazzjoni inċidenti li jistgħu jwaqqfu l-impjanti mal-pajjiż kollu, jew inkella tixrid ta' żejt fil-baħar li jaffettwa lit-tliet l-impjanti tar-Reverse Malta Water Resource Review Stateġija Nazzjonali dwar it-Tibdil fil-Klima L-Idrologu Marco Cremona