Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293
Nr 594 • 04 ta' Marzu 2018 www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Illum l-Italja tivvota... x'futur għalihom, għalina u għall-UE kollha? Ara paġni 8 u 9 "Mhux se ninkwieta żżejjed jekk jitneħħew il-kurċifissi" Ara paġna 14 Biex issib min irid jaħdem bouncer, trid tagħmel wegħda. Imma għalfejn? Kulħadd għall-fosos tal-Furjana. Imma jifl aħhom dawk in-nies kollha? 32,300 student jitwasslu l-iskola bil-karozza... x'qed jip- proponi l-Gvern? Ara paġna 3 Ara paġna 10 u 11 Żblokk għall-kunsill staġnat Ara paġni 12 u 13 Minn Albert Gauci Cunningham ĠIMGĦA wara li l-Gvern ta struzzjoni biex issir laqgħa u jinħatar Sindku ġdid għall- Kunsill ta' San Pawl il-Baħar, li ilu staġnat għal dawn l-aħħar ġimgħat, din il-gazzetta tista' tiżvela kif l-affarijiet issa bdew jiċċaqalqu u jidher li wara titubar mill-Partit Nazzjonalista minħabba tħassib illi jista' jkun elett Robert Piscopo Sindku tal-lokalità, mistennija tissejjaħ laqgħa. L-eżitu jaf ifisser li tkun maħtura Sindku Ann Marie Fenech. Kien il-Ministru Owen Bonnici li ħareġ struzzjoni biex il-post ta' sindku "jimtela minn dik il-persuna tal-istess partit (PN) li tkun ġabet l-akbar ammont ta' voti fl-ewwel għadd wara s-sindku li jkun qed jispiċċa mill-kariga (Graziella Galea)." Din il-gazzetta tinsab infurmata li l-PN wera tħassib serju, hekk kif wara r-riżenja ta' David Thake mill-Kunsill f 'Ottubru li għadda, l-aktar Kunsillier li ġab voti mill- PN huwa Robert Piscopo. Piscopo rreżenja mill-PN u allura minn kunsillier tal-PN ukoll, imma baqa' Kunsillier indipendenti. Aqra aktar f 'paġna 6 jekk jitneħħew il-kurċifissi" Ara paġni 12 u 13 Kuntrarjament għal Adrian Delia, l-Isqof ta' Għawdex mhux talli ma jinkwetax jekk jitneħħew il-kurċi ssi talli jgħid li xi drabi aħjar ma jkunux hemm