Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Sports 25 minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ................... 2 Lija A .......................... 1 Birkirkara għelbu lil Lija Athletic b'iktar tbatija milli mistenni bl-iskor ta' 2-1. Birkirkara li ħoqlu l-ewwel periklu wara tmien minuti permezz ta' freekick insidjuż ta' Srdjan Dimitrov, bil- ballun iżda jistampa mal- mimduda bl-azzjoni tisfuma fix-xejn hekk kif id-difiża ta' Lija Athletic ikklerjat il- ballun 'il bogħod minn kull periklu. L-Istripes reġgħu ħolqu l-periklu fil-35 minuta meta d-difensur Edward Herrera pprova jillobja l-ballun minn fuq il-goalkeeper ta' Lija Athletic, Luke Bonnici, bil- ballun jintemm ftit għoli. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, huma ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jiftħu l-iskor u ma damux biex għamlu dan meta wara biss żewġ minuti Srdjan Dimitrov approfitta minn indeċiżjoni grassa fid-difiża ta' Lija Athletic qabel għadda pass fil-baxx lejn Jake Grech li tefa' l-ballun f 'lasta vojta. Birkirkara tilfu okkażjoni tad-deheb li jirduppjaw l-iskor fit-63 miuta meta Srdjan Dimitrov indirizza cross pinġut lejn Edward Herrera li pprova xutt mill- ewwel mill-viċin, bil-ballun jintemm ftit barra. U ta'dan pattew qares hekk kif kontra x-xejra tal-logħob Lija Athletic ġabu l-iskor indaqs fil-71 minuta meta Raphael Kooh Sona għeleb in-nasba tal-offside u fuq id-dawra tefa' l-ballun fix- xibka. Madankollu, il-Lijani ma tantx damu jifirħu hekk kif żewġ minuti biss wara, Birkirkara reġgħu qalbu l-iskor favurihom meta Edward Herrera wara li rċieva kross mix-xellug, ikkontrolla tajjeb il-ballun b'sidru qabel mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Birkirkara Naumovski, Vukanac, Barbosa Perreira, Andelkovic, Dimitrov (G. Zammit 85'), Acosta Ferreira (Rolovic 75'), Herrera, Attard, K. Zammit, Scicluna, Grech (Agius 68') Lija A. Bonnici, Clinch (Babic 75'), Borg, Scerri, Schembri (Spiteri 83'), Sammut, Kooh Sona, Sidibe, Hirose, Beu, Sammut Referi Matthew Degabriele SPORTSillum Ritratt - Christine Borg SRDJAN DIMITROV Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Reġa' ngħaqad ma' Birkirkara f'Jannar li għadda. Huwa wieħed mill- aqwa plejers barranin li jimmilitaw fil-Kampjonat BOV Premier. Birkirkara jegħlbu lil Lija Athletic bi tbatija Ritratt - Dominic Borg Ritratt -www.birkirkarafc.com minn Cristian Antony Muscat Mosta ......................... 0 Floriana ...................... 5 FLORIANA umiljaw lil Mosta meta għelbuhom bl- iskor kbir ta' 5-0. Il-Greens marru fil-vantaġġ fl-34 minuta meta kross ta' Enrico Pepe tkompla għal ġewwa mill-plejer ta' Mosta , Davide Mansi, biex b'hekk irriżulta awto-gowl klassiku. Ftit qabel għalqet l-ewwel taqsima freekick ta' Giordano Trovade għal Mosta ġie imdawwar f 'korner minn Ini Etim Akpan. Mumenti wara l-ftuħ tat-tieni taqsima Floriana rdoppjaw l-iskor meta l-captain ta' Mosta Tyrone Farrugia mbotta lil Paolucci fil-kaxxa biex mill-penalty Juninhio Cabral ma żbaljax. Fis-67 minuta, il-Greens għamluhom tlieta meta Mario Fontanella għadda tajjeb lejn Paolucci li qabeż faċilment lil Maric u lill- goalkeeper Vella u tefa' l-ballun f 'lasta vojta. Fit-73 minuta Floriana komplew ikabbru l-marġni tal-iskor meta Cabral għadda tajjeb lejn Mario Fontanella li faċilment hekk kif kien żmrkat tefa' l-ballun ġewwa. Fit-80 minuta Floriana ssiġillaw ir-rebħa permezz tal-ħames gowl il-partita bil ħames gowl meta Maurizio Vella ndirizza kross lejn Mario Fontanella li mill- viċin bir-ras għeleb lil Andreas Vella. Mosta Vella, Maric, Sammartino, Veronese, Magro, Mansi (Tanti 54'), Farrugia, Akwa dei Agyemeng (Farrugia 63'), Bartulovic, Brincat, Trovade (Xuereb 73') Floriana Akpan, Pepe, Pisani, Vella, Juninho Cabral, Jurgen Pisani, Michele Paolucci (79' Denilson Borg Castaldi), Alex Cini (83' Jake Stensen), Dylan Grima, Mario Fontanella, Emerson Marcelina (79' Bradley Sciberras) Referi Darryl Agius Floriana jumiljaw lill-Mosta ALEX DA PAIXAO ALVES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Irreġistra doppjetta personali f'din il-partita. Huwa wieħed mill- aqwa plejers barranin li jimmiltaw fil-Kampjonat BOV Premier. Michele Paolucci segwit minn Davide Mansi Dwell bejn Mislav Andelkovic u Kei Hirose Ritratt - Christine Borg Ritratt - www.orianafc.org

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201