Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293
7 Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet MINISTERU GĦALL-FINANZI Il-Ministeru għall-Finanzi huwa impenjat li jippromwovi u jtejjeb l-operazzjonijiet amministrattivi tiegħu billi jissimplifika l-proċessi u jasal għall-miri mitluba fiż-żmien stipulat. Il-Ministeru qed ifittex li jirrekluta individwi li huma lesti biex jingħaqdu ma' tim dinamiku u b'hekk joffri wkoll opportunità lil dawk l-individwi li jixtiequ jibdew karriera fis- Servizz Pubbliku. Il-Ministeru qed jirċievi applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta': Procurement Manager Procurement Manager Operations Procurement Officer Procurement Support Officer L-applikazzjonijiet flimkien ma' curriculum vitae se jintlaqgħu mit-Taqsima tar-Reklutaġġ fil-Ministeru għall- Finanzi 158, Cavalier House, Old Mint Street, Valletta jew permezz tal-Portal tal-Gvern fuq Reklutaġġ fuq http://recruitment.gov.mt, mhux aktar tard minn nofsinhar (CET) tal-Ġimgħa 9 ta ' Marzu 2018. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Gażżetta tal-Gvern, numru 19,953 datata 23.02.2018: https://gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/P ages/Gazzette-Repository.aspx, jew billi tibgħat e-mail lis-Sezzjoni tar-Reklutaġġ fuq: recruitment.mfin@ gov.mt. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleReso urcingandCompliance/FormsandTemplates.aspx Ministry for Finance, 158, Cavalier House, Old Mint Street Valletta Tel No:25998431 Email: recruitment.mfin@gov.mt 'Lanqas jien ma naqbel mal- kwoti...imma huma bżonn' Il-Ministru Dalli determinata li minkejja ħafna kritika tmexxi 'l quddiem bil-kwoti għan-nisa fi l-politika BILKWOTI jew bla kwoti? L-opinjoni hija maqsuma b'ħafna, inkluż nisa, jinsistu li mara għandha tingħata promozzjoni jew pożizzjoni jew inkella saħansitra siġġu fil-Parlament għax tkun ħadmet għalih, mhux għax hemm xi obbligu legali li jkun hemm numru minimu ta' nisa li bilfors iridu jkunu f 'dak l-impjieg jew jokkupaw dik il-kariga partikolari. Sa nhar il-Ħadd li għadda stess din il-gazzetta rrappurtat kif in-nisa li qed japplikaw għal pożizzjonijiet maniġerjali huma inqas minn nofs ta' dawk l-irġiel li japplikaw għall-istess tip ta' xogħol. U l-Ministru Helena Dalli li qed tmexxi l-Liġi dwar l-Ugwaljanza, x'taħseb? Mal-ILLUM Dalli qalet li hija determinata li minkejja kollox il-kwoti jkunu imposti biex iġibu l-bidla li s'issa qatt ma seħħet u li jitkissru l-barrieri li għalkemm ma jidhrux, għadhom hemm. "Naf li hawn ħafna li ma jaqblux mal-kwoti u fil-fatt lanqas jien ma naqbel, imma fl-istess ħin nemmen li biex nilħqu dak in-numru kritiku ta' nisa fil-Parlament se jkollna bżonn nintroduċu l-kwoti." "Hemm bżonn nieħdu azzjoni" tkompli tgħid Dalli, "jekk ma rridux nibqgħu mexjin bil-pass li mexjin bħalissa. Jiena ili fil-politika, imma kemm ili fil-politika in-numru ta' nisa fil-Parlament ma żdiedx. Il-kwalità ta' xogħol li għamlu n-nisa tjieb veru, imma mhux in-numru ta' nisa." Hija ħeġġet biex naħsbu kemm jista' jsir aktar xogħol milli diġà qed isir, jekk in-numru ta' Deputati nisa fil-Parlament jiżdied minn dak li hemm illum. Bħalissa fil-Parlament hemm 10 Deputati nisa, minn total ta' 67 Deputat. Dawn huma Justyne Caruana, Helena Dalli, Rosianne Cutajar u Julia Farrugia Portelli minn naħa tal-Partit Laburista. Kif ukoll Claudette Buttigieg, Therese Comodini Cachia, Kristy Debono, Maria Deguara u Marthese Portelli għall-Partit Nazzjonalista. Ma' dawn tingħaqad Marlene Farrugia f 'isem il-Partit Demokratiku. Il-Ministru Dalli tirrimarka kif bħalissa l-Ministeru li tmexxi jinsab fl-aħħar stadji ta' konsultazzjoni dwar il-Liġi tal-Ugwaljanza. "Din hija liġi li pajjiżna qatt ma kellu bħalha u li permezz tagħha se nwaqqfu Kummissjoni fuq il-Prinċipji ta' Pariġi, bil-Kummissarju tagħha jirrispondi direttament lill-Parlament u allura jaqa' taħt ir-responsabbilità tal-Ispeaker." Lura fl-2016 meta kien mniedi l-ewwel abbozz ta' din il-liġi, Silvan Agius li jmexxi d-Direttorat tal-Integrazzjoni u Drittijiet tal-bniedem fil-Ministeru ta' Dalli kien sostna li din il-liġi se toħloq standards speċifiċi u se tfisser illi kulħadd jista' jserraħ moħħu li kwalunkwe tip ta' diskriminazzjoni; dik ibbażata fuq ġeneru, sess, sesswalità, reliġjon jew razza se tkun illegali. Pereżempju, din il-liġi mistennija li tagħmilha illegali li negozju jiddiskrimina kontra persuni meta jkunu qed jiġu provduti servizzi, li bħalissa huwa illegali biss f 'termini ta' ġeneru u razza. Dan ifisser illi jekk persuni, ejja ngħidu koppja tal-istess sess, titlob servizz li jkun pruvat li ma ngħatalhiex għax hija koppja tal-istess sess, tista' tiftaħ każ ta' diskriminazzjoni kontra min irrifjuta s-servizz. Agius kien spejga kif din il-liġi se tkopri wkoll diskriminazzjoni kontra razez differenti fejn jidħol xogħol jew anke espressjonijiet u sentimenti diskriminatorji fil-pubbliku. Intant lura dwar id- diskriminazzjoni fuq bażi ta' ġeneru l-Ministru Dalli saħqet illi minkejja li l-kunċett ta' xogħol ugwali għal ħlas ugwali huwa stabbilit fil-liġi l-implimentazzjoni tagħha mhux neċessarjament qed iseħħ. "Ġieli jintużaw ismijiet differenti għal xogħol li fil- verità jkun l-istess." Dalli indikat li Malta se tkun qed issegwi dak li fil-fatt ġara fl-Iżlanda, fejn kien stabbilit il-bżonn ta' aktar infurzar biex ikun aċċertat li l-kunċett ta' ħlas ugwali għal xogħol ugwali jaħdem fil-prattika. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham