Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018| illum Aħbarijiet BĦALLUM ġimgħa tressqu l-Qorti żewġ 'bouncers' Serbjani li ġew akkużati li darbu ħafif tliet Maltin fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu wara argument ġo stabbiliment tad-divertiment f 'Paceville. Fost l-akkużi li ġew miġjuba kontrihom kien hemm l-akkuża li ħadmu bħala gwardjani privati mingħajr ma kellhom liċenzja skont il-liġi. Jidher li din l-akkuża saret in-norma fil-maġġor parti tal-każijiet tal-istess tip. Propju din l-istess akkuża kienet ġiet imressqa f 'każ simili lura f 'Ottubru li għadda. Dakinhar bouncer ta' 19-il sena li kien qed jaħdem illegalment ġera wara raġel u sawtu b'lembuba f 'Paceville. L-istess akkuża kienet ġiet miġjuba kontra s-sitt bouncers li lura għal Lulju li għadda kkawżaw ġrieħi gravi lil żewġ barranin, bil-filmat tal-ġlieda brutali jqajjem furur fuq il- midja soċjali. Fid-dawl ta' dan kollu l-ILLUM tkellmet ma' sid ta' stabilliment ta' divertiment f 'Paceville li skontu "hi diffiċli ferm li nsibu bouncers bil- liċenzja." Hu kompla jispjega r-realtà tal-indsutrija. "Il-liġi preżenti tagħmilha diffiċli biex timpjega 'bouncers', dan għaliex hemm ċerti rekwiżiti li l-applikant irid jilħaq li xi kultant diffiċli jitlaħħqu." Sabiex tibda taħdem ta' bouncer f 'dawn l-istabbilimenti trid minn tal-inqas ta' ħames snin esperjenza, rekwiżit li skont is-sors li tkellem magħna għandu jiġi mneħħi. Il-liġijiet li jirregolaw il-professjoni kienu ġew introdotti fl-2012 u bihom hu meħtieġ li bouncer ikollu; esperjenza ta' pulizija, forzi armati, ħabs jew sigurtà privata kif ukoll li jikseb liċenzja speċjalizzata wara taħriġ. Apparti minn hekk is-sid li ilu snin bi stabbiliment f 'Paceville iżda li ppreferra jibqa' anonimu spjega li kif l-istess liċenzja li biha taħdem ġewwa dan l-istabbiliment hi waħda ġenerika u li hemm bżonn taħriġ speċifiku immirat għal żoni differenti. "Il-liċenzja ma tippreparakx għall-esiġenzi li postijiet differenti jafu jġibu magħhom, bħal dik ta' Paceville." L-istess sorsi li tkellmu mal- ILLUM qalu li saret diffiċli wkoll "li nsibu nies Maltin li jridu jaħdmu ta' bouncers. Qabel konna nħaddmu ħafna Puliziija rtirati. Ħafna minn dawn illum daħlu lura fil-Korp. Apparti minn hekk nies li kienu jagħmluha ta' bouncers qed isibu ħafna xogħol bħala gwardjani tas- sigurtà f 'postijiet fejn joffru ħinijiet aktar attraenti." Kif kienet irraportat din il-gazzetta f 'Lulju li għadda, l-eks Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela sentejn ilu kien wiegħed li l-Gvern se jaħdem biex kull bouncer f 'Paceville ikun reġistrat u jingħata t-taħriġ meħtieġ. Is-sors li tkellem magħna qalilna li s'issa l-affarijiet għandhom kif kienu, għalkemm żid jgħid li jista' jkun hemm xi żvillupi fuq din il-kwistjoni fiż-żmien li ġej. 'Bilfors ikollna nħaddmu bouncers barranin' lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Sid ta' stabbiliment tad-divertiment f 'Paceville jgħid li saret diffi ċli li jsibu bouncers bil-liċenzja u Maltin. Ir-raġunijiet? Il-liġi preżenti, il- Pulizija lura fi l-Korp u aktar…

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201