Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293
Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Sports 27 Ritratt - Mario Micallef NHAR is-Sibt 24 ta' Frar 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi organizzat is-serata annwali biex tonora liċ-Champions u Runner- up's ta' kull sezzjoni fi ħdan l-Għaqda fil-Palazz Verdala fil-Buskett. L-attività kienet sponjorjata minn Monster Energy Drink, Bavaria u Delicata Winery, Nexos, S.Curmi & Sons, MFCC Ta' Qali u Sign it Ltd. L-ASMK irringrazzjat b'mod speċjali lill-President ta' Malta, l-E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, li offriet il-Palazz Presidenzjali tal-Verdala biex tittella' din l-attività mill-ASMK. Fost ir-rebbieħa tal-karozzi ġew onorati Karl Micallef fuq Ford Fiesta li rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Modified għall- ewwel darba, ir-Runner-up Gordon Johnson fuq Opel Corsa. Deane Farrugia fuq Citroen AX rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Autocross Standard għat-tielet darba mar-Runner-up Johann Vella fuq Opel Nova. Fil-Muturi ġew onorati Paul Muscat fuq KTM li rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Motocross għall-ewwel darba bir-Runner-up ikun David Dimech fuq Honda. Damon Bonello fuq Gas Gas rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali tat- Trials segwit mir-Runner-up Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas. Joseph Scicluna fuq mutur KTM rebaħ il-Kampjonat Nazzjonali Enduro għall-ewwel darba segwit mir-Runner-up Bernard Sammut fuq KTM. Waqt id-diskors tiegħu, il-president tal-Assoċjazzjoni Frans Deguara awgura lir-rebbieħa kollha filwaqt li rringrazzja lill-isponsors kollha li wkoll kienu preżenti fis-sala. Dan filwaqt li l-Assoċjazzjoni stiednet lis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onorevoli Clifton Grima iżda dan ma setax jattendi minħabba mpenji oħra. Preżenti wkoll kien hemm ukoll il-Kelliem tal- Oppożizzjoni għall-iSport, l-Onorevoli Ryan Callus kif ukoll iċ-Chairman ta' SportMalta Dr Lucianno Busutill. Waqt din l-attività attenda wkoll il-Fundatur tal- Għaqda, is-Sur Noel Farrugia. L-Assoċjazzjoni rregalat tifkira ta' ringrazzjament lill-isponsors li għamlu s-sena li għaddiet suċċess fosthom l-isponsor ewlieni Pasta Poiatti, lill-Kumpanija Philip Agius & Sons u Central Asphalt Ltd li jagħtu l-għajnuna tagħhom ferm apprezzata b'makkinarju u xogħol lejn l-ASMK. Ġew onorati wkoll il-Membri Oronarji li minkejja li mhumiex fit-tmexxija tal- Assoċjazzjoni xorta waħda baqgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom minn attività għall-oħra. Dawn kienu l-eks kaxxier tal-Assoċjazzjoni Edgar Xuereb, l-eks membri tal-Kumitat Frans Azzopardi u Emanuel Pisani. Membri oħra li ġew onorati huma Lawrence Darmanin li huwa l-Projects Manager tal- Assoċjazzjoni u Dr David Camilleri li huwa l-persuna legali tal-Għaqda. Intant, l-Assoċjazzjoni tkompli bl-attivitajiet tagħha llum il-Ħadd 4 ta' Marzu 2018 mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fejn ir-raba' attività se ssir fil- Barriera Tat-Tarġiet Għomor Limiti ta' San Pawl tat-Tarġa. L-attività tibda fl-10am. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@asmk.org.mt jew permezz tal-Mowbajl fuq in- numru ċellulari 99425489. Champions tal-ASMK għall-2017 onorati fil-Palazz Verdala Iċ-Champions kollha tal-ASMK għall-2017 Doppjetta ta' Heung-min Son tagħti rebħa meritata lil Tottenham Hotspur DOPPJETTA tal-Korean Heung-min Son tat rebħa meritata ta' 2-0 lil Tottenham Hotspur kontra Huddersfield Town, bil- gowls għall-Ispurs jaslu fis-27 u fl-54 minuta. Leicester City u AFC Bournemouth temmew il-konfront ta' bejniethom f 'parità ta' 1-1, fejn kien Joshua King li fetaħ l-iskor għal AFC Bournemouth permezz ta' penalty fil- 35 minuta, waqt li Riyad Mahrez ġab l-iskor indaqs għall-Foxes propju fid-90 minuta. Southampton u Stoke City temmew il-partita ta' bejniethom fi draw iżda din id-darba ta' mingħajr gowls. Swansea City ġewwa darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor kbir ta' 4-1, bl-erba' gowls għalihom jaslu minn Sung-Yueng Ki, Mike van der Hoorn, Andy King u minn penalty ta' Jordan Ayew. Min-naħa l-oħra l-uniku gowl għall- Hammers wasal minn Michail Antonio fid-79 minuta. Watford ukoll ġewwa darhom għelbu lil WBA bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl uniku għalihom jasal minn Troy Deeney fis-77 minuta. Burnley ġewwa darhom għelbu lil Everton bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għal Burley jaslu minn Ashley Barnes u Chris Wood. Min-naħa l-oħra Cenk Tosun fetaħ l-iskor għal Everton fl-20 minuta. Tajjeb ngħidu li t-Toffees spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta fis-86 minuta tkeċċa għalihom Ashley Williams permezz ta' karta ħamra diretta. Intant, mil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Spal ġewwa darhom għelbu lil Bologna bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Alberto Grassi fit-48 minuta. RIŻULTATI Is-Sibt 3 ta' Marzu Burnley vs Everton 2-1 Leicester City vs AFC Bournemouth 1-1 Southampton vs Stoke City 0-0 Swansea City vs West Ham United 4-1 Tottenham Hotspur vs Huddersfield Town 2-0 Watford vs West Bromwich Albion 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 4 ta' Marzu Brighton & Hove Albion vs Arsenal Manchester City vs Chelsea It-Tnejn 5 ta' Marzu 21:00 Crystal Palace vs Manchester United Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 3 ta' Marzu Spal vs Bologna 1-0 Il-Ħadd 4 ta' Marzu 12:30 Genoa vs Cagliari 15:00 Atalanta vs Sampdoria 15:00 Benevento vs Hellas Verona 15:00 ChievoVerona vs Sassuolo 15:00 Torino vs Crotone 15:00 Udinese vs Fiorentina 20:45 AC Milan vs Inter Plejers tal-iSpurs jirħu ma' Heung- min Son wara wieħed miż-żewġ gowls li skorja