Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Debono mal-PN? U la darba qed nitkellmu fuq elezzjonijiet, għasfur pespisli f 'widnejja li Franco Debono qed jaħseb jew aħjar qed jagħmel minn kollox biex Delia jxejjer il-green card biex forsi forsi joħrog mal-PN. Issa Delia bħalma tistgħu timmaġinaw ma jafx ser jgħidlu lil Franco, imma dan tant jaħseb li ser jiġi elett fuq il-lista tal-PN li diġà qed jagħmilha fatta. Tant hu hekk li diġà qed jippjana l-ewwel diskors tiegħu fil-Parlament. Imma joking apart, lil Franco rridu ngħidulu li ma għandekx facking ċans li titla' fil-Parlament. Int x'taħsibhom lin-Nazzjonalisti qabda ċwieċ? Miskin U Beppe miskin inkixef kemm għamel talbiet b'email lill-bidillu Ray Bezzina ta' George Pullicino biex dak u l-ieħor jidħlu mal-wastserv. Iva, tassew mid-dehra din tal-ġobbijiet saret marda tal-politiċi. Imma jibqa' l-fatt li biex tiskonġra trid tkun pur. U jekk naraw l-emails ta' Marthese Portelli, Frederick Azzopardi, Claudio Grech u oħrajn, il-mistoqsija naturali tkun kif il-madoffi tista' tipprietka jekk għandek il-ħara mċappas ma' kullimkien. Niftakru biss li meta jgħajru li Delia li mhux verġni, nies bħal Beppe għandhom bżonn iħarsu ftit fil-mera. Fica jew Fico U l-Prim Ministru Fico tas-Slovakkja stqarr li jekk ikun hemm xi ħadd li jinforma l-pulizija min qatel lil Kuciak il-ġurnalista hemm miljun ewro rigal. U biex jagħmel il-punt poġġa miljun ewro fuq il-mejda waqt il-konferenza stampa. Isma' vera aħna ma aħniex perfetti imma trid tammetti li Muscat hu ftit iktar raffinat minn Fico. U mbagħad ma ninsewx li l-President tas-Slovakkja kien deher b'Kalashnikov tal-plastik u qal li dan rigal għall-ġurnalisti. Mur għamilha Malta din trid tkun vera Fica, ajma ħej x'kien jgħid Peregrin ta' Lovin Malta - dak li jikteb skont kemm iħallsuh. Ommi ma, kien jaċċetta li jikteb kif għandu jikteb mingħajr ma jaċċetta ħlas. That's the boy! Il-governanza U tal-Fitch qalu u ejja nikkwota bl-eżatt: Governance indicators are also high, reflecting the strong rule of law and government effectiveness. U Marija santissima anke dawn mixtrijin. Jien ltqajt ma' Manuel Delia u dan qalli: "Naħseb li they got it all wrong. Ħa nagħti eżempju, mela meta kien ifaħħru lil Austin Gatt jien kont f 'qalbi you don't know the guy. Għax Austin kien vera impossibbli, minflok bonġu dejjem kien jgħid: ala żo**i. U jien kont ngħid in my heart of hearts, dawn ma jafux the real story." Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Il-maġikk Sandro Checuti qal li l-Prim Muscat jagħmel il-maġikk. Issa rridu nifhmu li Sandro kien darba persuna li jagħmel ħafna maġikk. Pereżempju mar iżur lil Ċensu Farrugia u tah daqqa ta' ponn kollu maġikk. Kien u forsi għadu jsib xi xjuħ u jagħmlilhom il-maġikk biex ibigħu l-post tagħhom bi prezz tal-maġikk. U mal-planning authority jagħmel ħafna maġikk ukoll. Biex ngħid kollox l-ikbar maġikk li għamel kien mal-iżvilupatturi kollha għax dawn ġabhom jimxu warajh minkejja li jafu li hu żatat kollu kemm hu u balalu. Imma l-ikbar forma ta' maġikk li jixtieq jagħmel Sandro hu li jikkonvinċi lil Joseph biex iħallih joħroġ għall-elezzjoni. U bejni u bejnkom ma hemmx maġikk għal din għax lanqas l-ikbar kretin mhux ser jiġi influwenzat jew possessat minn xi maġikk. Ivvjaġġa ma' Hamilton Travel; Fiera tal-ivvjaġġar bejn id-9 u l-11 ta' Marzu Se ssiefer? Mela titlifx Fiera ta' Hamilton Travel minn nhar il-Ġimgħa sa nhar il-Ħadd u idħol fi ċ-ċans li tirbaħ... Minn Albert Gauci Cunningham L2018 se tkun qed timmarka direzzjoni ġdida għal waħda mill-aktar aġenziji tal-ivvjaġġar popolari Maltin, Hamilton Travel. U dan hekk kif Hamilton Travel din is- sena se tkun qed itella' fiera esklussivament għaliha għal dawk kollha li jħobbu jivjaġġaw u li qed jippjanaw safra. Hamilton Travel, hija waħda mill-aġenziji tal- ivvjaġġar prinċipali f 'Malta u għandha 25 sena ta' esperjenza. Illum saret sinonima ma' vjaġġar ta' kwalità, hekk kif ilha għal snin twal isservi ta' ispirazzjoni għall-familji Maltin u Għawdxin fl- ivvjaġġar tagħhom. Mhux hekk biss, Hamilton Travel kienet ukoll pijuniera fl-ivvjaġġar lejn destinazzjonijiet diversi, fosthom, l-Italja, it-Turkija u Disneyland. Illum, Hamilton Travel qed taħdem qatigħ biex tiskopri destinazzjonijiet ġodda li jirrispondu tajjeb għax- xejriet il-ġodda tal-ivjaġġar tal-Maltin u l-Għawdxin. Il-Portugal huwa fost dawn id-destinazzjonijiet ġodda. Dan huwa pajjiż li qed isir dejjem iktar popolari, bil- kapitali Liżbona magħrufa bħala belt mill-aktar vibranti u mimlija kultura. Grazzi għal Hamilton Travel, minn dan is-sajf, tista' tgawdi dan il-pajjiż mill-isbaħ, bl-aħjar prezzijiet. Dan biex ma nsemmux ukoll il-fatt li sa mill- 1996, Hamilton Travel kienet l-aġent esklussiv ta' waħda mill-akbar u l-aqwa kumpaniji tal-cruises, MSC Crociere, li jopera cruises li jibdew u jispiċċaw f 'Malta kif ukoll vjaġġar permezz ta' 'Fly & Cruise', li jfisser illi tivvjaġġa lejn id-destinazzjoni illi minnha jkun se jitlaq il-cruise. Din il-fiera se ssir bejn nhar il-Ġimgħa u nhar il-Ħadd li ġej u se titella' fil-Magazino Terminal fil- Valletta Waterfront. Id-dħul se jkun b'xejn. Dawk kollha li se jattendu għal din il-fiera se jkollhom l-opportunità li jitkellmu direttament mad-'Destination Leaders' li se jkunu qegħdin fil-post biex jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa kif ukoll biex jinfurmaw aktar lill-pubbliku dwar destinazzjonijiet ġodda li qed toffri Hamilton Travel. Dawk li se jattendu se jkunu jistgħu jiskopru wkoll aktar dwar vjaġġi magħmulin apposta għalihom, biex il- vaganza tkun dik li jixtiequ huma, fejn jixtiequ huma u fil-perjodu li jridu huma. Apparti minn hekk, dawk kollha li se jattendu se jidħlu fiċ-ċans li jgawdu minn rigali, skonti u offerti speċjali, apparti wkoll divertiment, xorb u ikel. Mela tinsiex, minn nhar il-Ġimgħa sal-Ħadd li ġej; Il-Valletta Waterfront għall- fiera tal-Hamilton Travel. Il-fiera se tkun miftuħa f 'dawn il-ħinijiet; Il-Ġimgħa 9 ta' Marzu mis-6:00 p.m sad-9:00 p.m, is-Sibt 10 ta' Marzu mit-3:00 p.m sat-8:00 p.m u l-Ħadd 11 ta' Marzu mill-10 a.m sas-1:00 p.m u mit-3:00 p.m sat-8:00 p.m. Tistgħu ssegwu lil Hamilton Travel fuq il- Paġna ta' Facebook tal-istess kumpanija jew inkella fuq Instagram hamiltontravel_ malta. Stagnata Issa jien ma nafx jekk l-PL, jew aħjar Joseph, qed jaħseb biex iħajjar lil Karl Stagna Navarra biex joħroġ bħala kandidat tal-PL għall-Ewropa. Jekk iva hemm bżonn li jaħsibha darbtejn. Mhux għax Stagna Navarra ma jafx jitkellem jew jippreżenta programm imma għal raġunijiet aktar serji. Fosthom li l-Karl tagħna għandu problema żgħira ta' cash flow kull fejn imur. U qiegħed f 'sitwazzjoni li għandu jagħti ħafna flus lil ħafna nies. Ma jistax ikun li qisu ma ġara xejn. U lanqas huwa sew li Stagna Navarra juża l-istazzjoni tal-Partit Lejburista biex jiddefendi lilu nnifsu meta jiġi kkritikat. Bejnietna jekk isemmi lilna tal-Poodle, nieħdu pjaċir doppju. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201