Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293
illum Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 Sports 28 Imnedija l-kampanja edukattiva 'MFPA Life After Football Scholarship' F'ĊERIMONJA uffiċjali fil-kwartieri ġenerali tal-MFPA nhar l-Erbgħa 14 ta' Frar 2018, l-MFPA estendiet il-kampanja edukattiva tagħha ta' Life After Football, billi nediet l - 'MFPA Life After Football Scholarship' b'kollaborazzjoni mal- ITS u l-MCAST. Din il-borża ta' studju se tagħti l-opportunità lill- benefiċjarji li jattendu korsijiet ġewwa l-MCAST jew l-ITS fuq skeda flessibbli, waqt li jkunu jistgħu jitħarġu full-time mal-klabbs rispettivi tagħhom. L-MFPA se tkun il-punt ta' kuntatt bejn il-benefiċjarji u listituzzjonijiet edukattivi sabiex jiġi aċċertat li l-lezzjonijiet u l-eżamijiet ma jaħbtux mal-iskeda ta' logħob u taħriġ. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Plejers ser tkun qed tgħin ukoll lillbenefiċjarji b'għajnuna finanzjarja, billi tħallas it-tariffi tal-korsijiet u tal-eżamijiet, kif ukoll billi tgħatihom allowance annwali. F'isem l-MFPA, Dr Anthony Galea u S-Sur Carlo Mamo tkellmu dwar l-idea wara din ilborża ta' studju. Il-borża ta' studju ġiet imwaqqfa bl-intenzjoni li tgħati lill-plejers f 'Malta l-opportunita` biex jistudjaw waqt li jitħarrġu u jilgħabu bħala plejer tal-futbol fuq bażi fulltime. Il-bżonn għall- opportunitajiet bħal dawn hu msejjes fuq tlett raġunijiet. L-ewwel, għaliex plejers tal-futbol jaffaċċjaw karriera estremament qasira, u huwa essenzjali li jiksbu ħiliet oħra li bihom jistgħu jaħdmu fil-ħajja tagħhom wara l-futbol. It-tieni, għaliex bilanċ bejn studju u skeda stretta ta' taħriġ huwa inkredibilment diffiċli, b'hekk plejers ikollhom jgħażlu li jkomplu waħda jew l-oħra. L-aħħar u mhux l-inqas, bħala Assoċċjazzjoni talplejers tal-futbol f 'Malta, l-MFPA taspira li jiżdied l-istandard professjonali tal-plejers, u żieda fil-ħin ta'taħrig jgħin għal dan il-għan. Is-Sur Victor Satariano, Viċi-President tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST u s-Sur Louis Aquilina, Direttur Partnerships Office fi ħdan l-MCAST, faħħru lil MFPA għal din l-inizjattiva unika. Is-Sur Satariano iddeskriviha bħala "opportunita` tad- deheb" bil-potenzjal li televa l-istandard tal-futbol f 'Malta billi tinċentiva plejers isegwu kemm karriera professjonali flisport, kif ukoll jinvestu fil-ħajja tagħhom wara l-futbol. Is-Sur Aquilina afferma mill-ġdid l-impenn ta' MCAST biex din il-borża ta' studju tkun suċċess. Is-Sur Carlo Micallef, Chairperson tal-Bord tal- Gvernaturi tal-ITS , tkellem dwar il-bżonn għal iktar ħaddiema professjonisti fi-settur tat-turiżmu u l-ospitalita`, bl-ITS fuq quddiem biex tipprovdi ħaddiema kwalifikati. Huwa laqgħa b'idejh miftuħa l-opportunita` li jaħdem mal-MFPA, sabiex iktar plejers tal-futbol żagħżagħ jakkwistaw edukazzjoni ġewwa l-ITS. Is-Sur Pierre Fenech, Chief Executive Officer tal-ITS, spjega kif għal dawn l-aħħar snin lITS kienet qed taħdem sabiex teċċella fil-provista ta' opportunitajiet ta' studji, skont il-konvenjenza tal- individwu. Din il-borża ta' studju tidħol perfettament ma' dan il-għan. L-ITS huma kommessi li jakkomodaw l-iskeda tal-plejers tal-futbol ġaladarba jgħażlu li jsegwu karriera fis-settur tat- turiżmu u l-ospitalità. Dan il-ftehim bejn l-MFPA u l-MCAST u bejn l-MFPA u l-ITS jimmarka okkażżjoni importanti u storika, fejn tliet entitajiet importanti qed jingħaqdu flimkien sabiex jiżguraw li plejers tal- futbol żagħżagħ jingħataw kull opportunità sabiex jinvestu fil-futur tagħhom. l-Applikazzjonijiet ser ikunu miftuħin minn Mejju 2018. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista' jikkuntattja l-MFPA fuq l-indirizz elettroniku, scholarship@maltafpa.com. Malta terġa' tikteb l-istorja minn Cristian Antony Muscat Malta ....................16 Belaru ...................9 (5-2, 3-3, 5-2, 3-2) QUDDIEM folla kbira u f 'entużjażmu liema bħalu fil-Pixxina Nazzjonali f 'Tal- Qroqq, it-tim nazzjonali tal-waterpolo ddomina għal kollox lil dak tal-Belarus u għelbu bl-iskor ta' 16-9. Il-Maltin iddominaw lill-avversarji tagħhom tul il-partita kollha fejn bi tnejn minnhom jintrebħu mill- Maltin bl-iskor identiku ta' 5-2 u l-aħħar waħda 3-2 waqt li t-tieni sessjoni ntemmet f 'parità ta' 3-3 waqt li t-tieni sessjoni ntemmet f 'parità ta' 3-3. Għall-Maltin spikkaw fost oħrajn il-captain Stevie Camilleri, il-goalkeeper Niki Grixti, Mattew Zammit u l-Franċiż naturalizzat Malti, Aurelien Cousin. B'hekk il-Maltin kisbu l-passaport għall-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo li se jsiru f ' Barcelona fi Spanja f 'Lulju li ġej. Din se tkun it-tieni darba konsekuttiva li Malta se tkun qed tieħu sehem f 'dawn il-Kampjonati Ewropej meta sentejn ilu f 'Belgrad fis- Serbja, Malta kienet temmet fil-15-il post. Malta Grixti, Bugelli, Galea, Darren Zammit, Abela, M. Zammit, S. camilleri, J. Camilleri, Plumpton, Cousin, Mizzi, Dino Zammit, Tanti Belarus Yazerski, Averka, Velichka, Kharlap, Radzko, Dzikhtsiarenka, Ivanou, Tumas, Shalamitski, Kuzmenko, Padziarun, Chuprina, Isachanka Referis Adam Czaszko (SVK), Jose Barradas Santos (POR) Ritratt - Christine Borg