Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 Mass Meeting fuq il-Fosos…imma ILFOSOS tal-Furjana ma għadhomx jintużaw għall- ħażna tal-qamħ imma żgur li jaħżnu fihom memorji u ġrajjiet li wħud minnhom kitbu l-istorja tal-poplu. Fil-fatt, il-Fosos tal- Furjana għadhom sal-lum jospitaw l-akbar attivitajiet tal-massa, kemm jekk dawk ta' divertiment bħall-Isle of MTV u l-kunċert tat-Tenur Joseph Calleja, l-akbar attivitajiet politiċi u anke dawk reliġjużi, bl-aħħar waħda riċenti tkun iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI fl- 2010. Iżda wieħed ma jridx jinsa li jesgħu kemm jesgħu nies, il-Fosos tal-Furjana jibqgħu mħażen ta' taħt l-art u għaldaqstant partijiet minn din il-pjazza enormi huma vojta. L-Illum.com.mt kiseb il-konklużjonijiet ta' studju li sar riċentament u li jiddetermina 'safe load capacity' tal-Fosos tal- Furjana. Dan l-istudju sar mid- Dipartiment għall- Infrastruttura u x-Xogħol wara talbiet li saru fl-2012 u fl-2015 mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Fuq parir tal-inġiniera, id-Dipartiment kien ikkonkluda li fuq il-Fosos tal-Furjana jistgħu jiġu ċċertifikati 'safe loads' ta' 500 kilo kull metru kwadru. Minkejja dan, ir-rapport jisħaq li f 'każijiet ta' point jew 'heavy localized loads' (jiġifieri punt li se jkun qed jassorbi fuqu l-akbar ammont ta' piż) huwa aktar diffiċli biex wieħed jasal għal ċifra. Kien għalhekk li r-rapport huwa tal-fehma li kull min jorganizza xi attività fuq il- Fosos, għandu jqabbad perit biex jiċċertifika li l-armar jew inkella l-vetturi li jintużaw fl- attivitajiet ikunu jistgħu jidħlu fil-pjazza. F'każijiet bħal dan, il-parir tal-periti huwa importanti minħabba l-fatt li dawn ikunu jafu fejn huma l-fosos, jiġifieri l-partijiet il-vojta u l-partijiet oħra solidi tal-Fosos tal- Furjana. Fil-fatt, ir-rapport isemmi kif ħafna drabi, il-piż ta' struttura jew inkella vettura li tkun fuq il-Fosos tal-Furjana, jitqassam fuq il-partijiet is-solidi bl-użu ta' 'spreader beams'. Jisħaq li mingħajr superviżjoni, il-piż jista' jitpoġġa u jkun qed jagħfas fuq dawk il-partijiet li jkunu vojta u li allura jifilħu inqas. Ir-rapport jikkonkludi li ċertifikazzjoni u superviżjoni ta' perit huma importanti "biex ikun assigurat li ma ssir l-ebda ħsara strutturali jew fiżika." ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Imma l-Fosos tal-Furjana tal-Kavallieri jew l-Ingliżi? GĦALLKUNTRARJU ta' dak li jaħsbu ħafna, il-Fosos tal-Furjana ma nbnewx mill-Kavallieri ta' San Ġwann iżda kienu wieħed mill-ewwel proġetti tal-Ingliżi u saru fuq xewqa tal-Gvernatur Richard More O'Farrell, fis-seklu 19. Iżda dan ma jfissirx li l-Kavallieri ma kinux ħasbu għall-ħażna tal-ilma u l-qamħ. L-istoriku Mario Coleiro saħaq li wieħed mill-fatturi prinċipali li kellha bżonn belt fortifikata, kien il-ħażna tal-ilma u l-ikel u l-Kavallieri ma qagħdux lura minn dan. Apparti l-bjar, li kull dar fil-Belt kienet obbligata li jkollha, inbnew imħażen għall-ħażna tal-qamħ li minnu jsir id-dqiq u eventwalment il-ħobż. Fil-fatt, fil-Belt Valletta, kienu tħaffru fosos biswit il-Forti ta' Sant Jiermu, li għadhom jidhru sal-lum u fosos oħra fil-pjazza ta' quddiem Kastilja. Mario Coleiro kompla jispjega ma' din il-gazzetta li meta fi żmien il-Gran Mastru De Paule kien tqabbad l-inġinier Pietro Paolo Floriani biex jibni swar madwar l-art li kienet tinstab quddiem id-daħla tal-Belt, ftit li xejn kien hemm l-intenzjoni li din l-art tinbidel f 'żona residenzjali. Din l-idea kienet tal-Gran Mastru Vilhena madwar 100 sena wara u ħabbrek biex fuq din l-art jinbena subborg li kellu jissemma Borgo Vilhena. Iżda n-nies qatt ma sejħitlu hekk u baqgħet tirreferi għal dan il- post bil-kunjom tal-arkitett li bena s-swar. Fil-Furjana, il-Kavallieri kienu bnew numru ta' fosos fejn illum insibu mibni l-Istitut Kattoliku u Montgomery House. Minn dawn illum għadhom jidhru ħdax-il fossa fil-wesgħa li fiha hemm il-monument tal-Gran Mastru Vilhena. Fil-fatt, il-fosos l-aktar magħrufa, dawk ta' quddiem il-Knisja ta' San Publju, inbnew snin wara u f 'din il-pjazza enormi wieħed isib 76 fossa, li bejniethom jesgħu mal-5,000 tunnellata qamħ. Il-fosos baqgħu jintużaw għal ħafna snin u fit-Tieni Gwerra Dinjija kienu importanti ħafna għall-ħażna tal-qamħ. Mistoqsi x'jaħseb dwar l-attivitajiet tal-massa fuq il-Fosos, l-istoriku Coleiro qal li sakemm jittieħdu l-miżuri u l-prekawzjonijiet kollha, din il-pjazza enormi tibqa' ideali għal dawn l-avvenimenti. Fakkar li l-intenzjoni oriġinali ta' din il-wesgħa kienet li tkun pjazza kbira.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201