Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 Sports 26 Dele Alli jifraħ wara li skorja l-gowl tant importanti li ta r-rebħa lill-iSpurs. minn Cristian Antony Muscat St Andrews ............... 0 Naxxar L ................... 0 ST Andrews u Naxxar Lions temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ġust ta' mingħajr gowls, f 'partita li fiha rrenja bilanċ assolut. Kien biss fis-27 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota meta freekick ta' Yuri de Jesus Messias għal Naxxar Lions ġie salvat f 'corner mill-goalkeeper żagħżugħ ta' St Andrews, Matthew Calleja Cremona. Il-Lions reġħu ħolqu l-periklu fid-39 minuta meta daqqa ta' ras ċentrali ta' Mano Micallef ġiet salvata minn Matthew Calleja Cremona. St Andrew ħolqu l-periklu fis-47 minuta, meta wara li rċieva minn kross, Degran Jackson permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin xeħet ftit għoli. Is-Saints komplew fuq l-offensiva u fil-55 minuta xutt minn barra l-kaxxa tal-istess Degran Jackson kien ċentrali bil-goalkeeper Awstrijakk tal-Lions, Christoph Nicht isalva mingħajr problemi. Fid-69 minuta, Naxxar Lions ipprotestaw bil-kbir għall-penalty meta tentattiv minn cross mil-lemin ta' Daren Falzaon deher jaħbat ma' id -difensur Belġjan tas- Saints, Jason Vandelannoite, iżda r-referee Għawdxi Mario Apap ħalla l-logħob għaddej. Fit-80 minuta, is-Saints qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom Degran Jackson, wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. St Andrews Calleja Cremona, Borg, Miranda Gomez (Grima 58'), Farrugia, Vandelannoite, Gauci, Davis (Walker 68'), Martin, Jackson, Reid, Blagrove Naxxar L. Nicht, Santos Henriques Caetano (Ellul 86'), Souza Duarte Junior, Grech, Micallef, Bonnici, Cassar (Falzon 58'), Bustos, Verissimo Casarotto, Ousseynou Ndoye, De Jesus Messias Referi Mario Apap Ritratt - Christine Borg JOSEPH FARRUGIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Huwa l-captain ta' St Andrews. Qabel ingħaqad mas-Saints, kien jigħab ma' Qormi. Daniel Mateo Bustos segwit minn Mc Allister Clinch Ritratt - Christine Borg Bilanċ assolut bejn St Andrews u Naxxar Lions minn Cristian Antony Muscat Tarxien R .......................0 Valletta .........................2 ŻEWĠ gowls f 'erba' minuti fit-tieni taqsima taw rebħa meritata ta' 2-0 lil Valletta fuq Tarxien Rainbows. Kienu r-Rainbows li ħolqu l-ewwel perikklu fit-tmien minuta hekk kif Wellington qassam lejn Faria iżda dan minn quddiem Vella kkonkluda ċentrali. Valletta rrispondew fis-17 il-minuta b'xutt minn Alba li Cassar dawwar fuq il-lasta u f 'korner. Fit-42 minuta, Enmy Manuel Pena Beltre għadda tajjeb lejn Ibrahim Raed Saleh li kellu x-xutt tiegħu jiġi mblukkat minn Radovanovic, bil-ballun jerġa' jintemm għand Enmy Manuel Pena Beltre bil-kross tiegħu jsib lill-attakkant mill- Estonja, Albert Prosa li bir-ras ikkonkluda barra. Fil-50 minuta xutt ta' Matteo Piciollo kien imdawwar f 'corner minn Cassar, biex mill-istess korner mogħti minn Miguel Angel Alba kien Santiago Malano li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Il-beltin rduppjaw l-iskor fl-54 minuta hekk kif Matteo Piciollo avavnza tajjeb fil-kaxxa qabel b'ċertu abilità tefa' l-ballun wara l-goalkeeper tar- Rainbows, Andrea Cassar. Fit-58 minuta xutt tal-istess Matteo Piciollo għadda jħakkek mal-wieqfa. Valletta komplew jagħfsu u fit-63 minuta xutt ta' Miguel Angel Alba ġie mdawwar minn Andrea Cassar f 'korner. Fis- 66 minuta Tarxien spiċċaw b'10 plejers wara li Ebiabowei Baker tkeċċa għat-tieni karta safra, bit-tieni waħda jirċeviha wara fawl li wettaq fuq Rowen Muscat. Fis-77 minuta xutt ta' Kyrian Nwoko ġie imdawwar f 'korner minn Andrea Cassar, biex fit-80 minuta Borg sab lil Kyrian Nwoko iżda x-xutt tal-attakkant żagħżugħ Belti, għadda jħakkek mal-wieqfa. Valletta Vella, S. Borg, Camilleri, Malano, Piciollo, Pena Beltre, Zerafa (J. Borg 77'), Saleh, Rowen Muscat, Miguel Angel Alba (70' Uchenna Calistus Umeh), Albert Prosa (55' Kyrian Nwoko). Tarxien R. Cassar, Radovanovic, Baker, Aquilina, Agius, Grech, Mitrev, Tounkara, De Oliveira Vieira (Mckay 71'), Calin (Spiteri 60'), Silva Faria (Brincat 85') Referi Eman Grech MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni gowl għal Valletta f'din il-partita. Qabel ingħaqad ma' Valletta, kien jilgħab ma' Floriana u Balzan rispettivament. Azzjoni mill- konfront bejn Valletta u Tarxien Rainbows Konfront għall-ballun bejn plejer ta' St Andrews u ieħor ta' Naxxar Lions Ritratt - Dominic Borg Żewġ gowls f 'erba' minuti jagħtu r-rebħa lil Valletta Ritratt - Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201