Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293
illum | Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 Sports 30 Kif għażilt il-bodybuilding fost sports ieħor? Minn dejjem kont sportiv. Meta waqaft nilgħab il-futbol ta' 18-il sena bdejt nixtri xi magazines tal- bodybuilding u minn hemm bdejt nipprattika xi ftit id-dar. Iktar 'il quddiem isseħibt ġo gym u n-namra lejn dan l-isport kompliet tikber. F'dawn l-aħħar snin qed jikber dejjem iktar l-involvimnet tan-nisa fil-bodybuilding. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan- nisa? Tajjeb ngħidu li il-federazzjoni tagħna mhijiex biss tal-bodybuiling iżda wkoll tal-fitness. Ma naqbilx li l-isport tagħna huwa tal-irġiel biss anzi llum il-ġurnata nistgħu ngħidu li bid-dixxiplini l-ġodda li introduċiet l-IFBB sar hawn nisa li jipprattikaw dan l-isport daqs kemm hawn irġiel. X'unuri prinċipali rbaħt fil-karriera tiegħek fil-bodybuilding kemm fis- singles kif ukoll fil-mixed pairs? Fuq bażi nazzjonali rbaħt l-overall fil-kampjonati nazzjonali għal ħames darbiet. Fuq bażi internazzjonali rbaħt il-kampjonati mondjali darbtejn u l-kampjonati Ewropej darba fil-mixed pairs flimkien ma' Blanche Coppola. Fuq bażi individwali kklassifikajt it- tieni fil-kampjonati tal-Mediterran, ir-raba' fil-Kampjonati Mondjali, il-ħames fil-Kampjonati Ewropej kif ukoll irbaħt bosta midalji oħra f 'events bħalma huma l-Olympia Amateur u d-Diamond Cup f 'diversi pajjiżi. X'differenza tgħaddi bejn il- bodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting? Filwaqt li fil-powerlifting u l-weightlifting tiġi ġġudikat fuq l-ammont ta' piż li terfa', fil- Bodybuilding il-ġurija tippremja lil min ikollu fiżiku l-iktar komplut. Inti wkoll il-President tal-IFBB Malta. X'tinvolvi eżattament din il-kariga? Ili fil-kariga għal ħames snin. Din il-kariga tirrikjedi li torganizza avvenimenti nazzjonali u internazzjonali ġewwa pajjiżna, li teduka lill-membri fuq id-dixxiplini tal-IFBB u li naraw li atleti Maltin ikumnu prezenti fuq bażi regolari f 'avvenimenti kbar tal-IFBB madwar id-dinja. Intom bħala assoċċjazzjoni affiljati mal-IFBB. Kif inhi r-relazzjoni tagħkom? Għandna relazzjoni mill-aqwa mal-IFBB. Għalkemm pajjiz żgħir, illum il-ġurnata ngawdu minn rispett kbir mill-ogħla awtoritajiet tal-IFBB. Kemm hemm membri fl-IFBB Malta? Kull min jipprattika l-bodybuilding f 'Malta huwa membru ta' din il-Federazzjoni? Is-sena l-oħra kellna 175 membru li bosta minnhom jikkompetu jew huma kowċis. Ovvjament hawn ħafna iktar li jmorru ġo gyms iżda li ma jiħdux il-bodybuilding u l-fitness fuq bażi kompetittiva. Għaliex il-Bodybuilding mhuwiex sport olimpiku? Il-Bodybuilding għadu mhux sport olimpiku għax hawn min għadu jqisu li mhux sport. Però, ta' min jgħid li bil-ħidma kontinwa tal-President Internazzjonali Dr Rafael Santonja l-IFBB issa hija rikonoxxuta f 'erba' kontinenti u nisperaw li ma ndumux ma naraw il-Bodybuilding u l-Fitness fl- Olimpjadi. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Iva, illum il-ġurnata qegħdin inkunu preżenti f 'iktar minn 10 kompetizzjonijiet matul is-sena. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek. Tina iktar dettalji. Jien nemmen li għandek tiekol Fit-tmun ta' IFBB Malta Cristian Antony Muscat Ralph Decelis - President ta' IFBB Malta fejn ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar ħames snin, u li tant jaħdem għall-akbar ġid tal-bodybuilding u l-tness, li kulma jmur qed jikbru l- popolarità f 'pajjiżna. "Naf b'ħafna każi fejn il-fitness għen mhux ftit lil żgħażagħ li kellhom diversi problemi. Li żżomm ruħek b'saħħtek u tiekol tajjeb huwa investiment fik innifsek."