Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 L-elezzjoni li taf tiddeċiedi d-destin Imma l-elezzjoni fl -Italja se taff etwak? Ħafna iktar milli timmaġina. Lilek, lil Malta u lill-UE kollha. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-partiti li qed jikkontestaw elezzjoni li qed issir propju bħalissa ILLUM it-Taljani mistennija joħorġu jivvutaw sabiex jeleġġu l-Membri tal-Kamra Rappreżentattiva u tas- Senat. Elezzjoni li skont diversi osservaturi politiċi se tkun instrumentali għad-destin tal-Unjoni Ewropea. Dan għaliex tnejn miż-żewġ movimenti jew partiti li jistgħu jispiċċaw fit-tromba taż- 'żarbuna' huma xettiċi ferm fuq ir-relazzjoni tal-Italja mal-UE. Fosthom hemm il- 'Movimento Cinque Stelle' (M5S), imwaqqaf disa' snin ilu mill-kummidjant popolari Beppe Grillo kif ukoll l-Partit tal-MEP Taljan Matteo Salvini, il-Lega Nord, li jagħmel parti mill-koalizzjoni tal- lemin li tinkludi fi ħdanha l-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi. Il-Moviment Popolist ta' Luigi De Maio… Il-Movimento Cinque Stelle waqqaf Grillo jimxi 'l bogħod mill-prassi ta' ideoloġiji politiċi li skonthom "huma bbażati fuq diviżjonijiet ta' klassi fis-soċjetà." Il-kandidat għall-kariga ta' Prim Ministru Luigi De Maio, li hu wkoll is- suċċessur ta' Grillo sikwit jiġi kkritikat mill-partiti tal- oppożizzjoni fuq il-fatt li mhuwiex gradwat u li qatt ma kellu impjieg fiss qabel id-dħul tiegħu fil-Parlament Taljan ħames snin ilu. L-M5S, qed jipproponi li jimplimentaw miżuri ta' dħul bażiku magħruf bħala 'dħul ta' ċittadinanza' bl-għan li jiġi miġġieled il-faqar. Miżura li se tkun qed tiswa bejn €15-€20 biljun ewro fis-sena. Apparti minn hekk dan il-Moviment fost l-oħrajn se jkun qed jara li jżid l-impjiegi għaż- żgħażagħ, simplifikazzjoni leġislattiva, inaqqas id-dejn pubbliku kif ukoll li jdaħħal liġi li ġġiegħel lill-Membri tal-Parlament jirriżenjaw jekk ibiddlu l-partit tagħhom. L-M5S ma daħal fl-ebda koalizzjoni, minkejja dan riċentement Di Maio qal li, jekk il-partit ma jiksibx il-maġġoranza biex jmexxi waħdu hu se jkun lest li jinnegozja ma' partiti oħra. Skont l-aħħar sondaġġi l-M5S hu mistenni jikseb 28% tal-voti kollha. Il-Partit Demokarittiku maqsum u l-Forza Xellugija Il-Partit Demokratiku se jkun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali bħala parti mill-Koalizzjoni tax- Xellug li tinkludi l-partit pro-Ewropa ta' Emma Bonino. Il-Forza tax- Xellug qiegħda titmexxa mill-eks Prim Ministru Taljan Matteo Renzi li rreżenja mill-kariga wara r-referendum tar-riforma kostituzzjonali. Riċentement numru ta' deputati tal-PD iffurmaw partit ġdid, 'Liberi e Uguali', wara li ma qablux fuq ir-riformi ta' xogħol u pensjonijiet. Il-Koalizzjoni tax-Xellug qed tipproponi riformi fit-taxxa, paga minima ta' €10 fis-siegħa, riforma fil-qasam soċjali, ħidma kontra l-evażjoni tat-taxxa, xahar ta' servizz ċiviku mandatorju għal kull żagħżugħ kif ukoll pjan ta' ċittadinanza lit-tfal tal- immigranti. Skont l-aħħar sondaġġi l-Koalizzjoni tax-Xellug mistennija tikseb 26.4% tal-voti kollha. Ir-ritorn ta' Silvio Berlusconi u l-koalizzjoni tal-lemin 'Il Cavaliere', Silvio Berlusconi, hekk kif inhu mlaqqam f 'pajjiżu jinsab lura fix-xena politika wara li fl-2013 kien instab ħati ta' frodi fiskali. Minħabba f 'hekk Berlusconi jinsab ipprojbit milli jospita l-kariga ta' Prim Ministru minħabba dan l-iskandlu. Għaldaqstant l-imprenditur jibqa' popolari ferm ma' dawk anzjani u l-votanti tan- Nofsinhar tal-Italja, żona li mistennija tkun instrumentali fir-riżultat tal-elezzjoni. Il-Partit ta' Berlusconi, Forza Italia ngħaqad f 'koalizzjoni ma' żewġ partiti oħra tal-lemin, il-Lega Nord tal-MEP Taljan Matteo Salvini li hu voċiferu kontra l-UE u mal-Partit 'Fratelli D'Italia' taħt it-tmexxija ta' Giorgia Meloni. Il-Koalizzjoni tal- Lemin qed tipproponi rata fissa ta' taxxa 23% (rata li skont Salvini għandha tkun ta' 15%), żieda fil- pensjoni, li tirrevoka r-riforma fil-pensjonijiet li ddaħħlu fl-2012 u wkoll l-implimentazzjoni ta' pjan sabiex tonqos l-immigrazzjoni illegali lejn l-Italja." Skont l-aħħar sondaġġi l-M5S hu mistenni jikseb 37.5% tal-voti kollha. L-Espatrijati tal-PD li jafu jkunu l-kundanna ta' Renzi Il-Partit Liberi e Uguali ġie ffurmat reċentement wara li numru ta' deputati ma qablux mar-riformi ta' Renzi dwar il-pensjonijiet u xogħol. Taħt it-tmexxija tal-eks prosekutur tal-mafja Taljana Pietro Grasso, qiegħed jipproponi li jirrevoka r-riforma li għamel il-PD fl-edukazzjoni, iniedi pjan ġdid ambjentali, inaqqas l-ispiża fuq il-Militar, kif ukoll riforma fil-Jobs Act ta' Renzi. Din il-qasma tax- xellug taf tkun il-kundanna ta' Renzi li skont is-sondaġġi jidher li mhux se jkun kapaċi jiġbor il-maġġoranza meħtieġa li jifforma Gvern waħdu. Skont l-aħħar lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201