Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293
9 Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet d-destin tal-Ewropa… it-Taljani jivvutaw stħarriġ il-Partit ta' Grasso mistenni jikseb 6% tal-voti kollha. L-immigrazzjoni u l-effet fuq il-Gżejjer Maltin… Evidentement il- kwistjonijiet li ddominaw l-opinjoni pubblika 680 kilometru 'l bogħod mill- gżira tagħna ċertament li kienu l-immigrazzjoni u l-ekonomija. Sentiment li ġie amplifikat fi sparatura li seħħet fit-3 ta' Frar li għadda, meta Luca Traini li hu eks kandidat għall- kunsill lokali tal-Partit Lega Nod, fetaħ in-nar fuq 6 immigranti Afrikani. L-attakk kien meqjus vendetta għall-qtil ta' Pamela Mastropietro, tfajla minn Ruma ta' 18-il sena li propju ftit jiem qabel l-isparatura nstabet mejta b'ġisimha mqatta' f 'biċċiet u mqiegħed f 'bagalji f 'biċċa mwarrba ta' Ruma. Ftit wara rriżulta li s-suspett ewlieni tal-qtil kien, 'Innocent Oseghale', li fil-passat kien prova jikseb refuġju fl-Italja. Dan l-avveniment makabru u r-reazzjoni vjolenti li skatta mistenni jkun fattur deċiżiv fl-andament tal-elezzjoni. Kif indika t-titlu l-imigrazzjoni kienet kwistjoni taħraq ferm f 'din l-elezzjoni. Il-Partit Forza Italia ta' Berlusconi saħansitra ppropona, 'Marshall Plan for Africa'. Bl-isem immudellat wara l-pjan tal-eks Segretarju tal-Istat Amerikan, George C Marshall li fi tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija nieda l-Marshall Plan bl-għan li joffri għajnuna finanzjarja lil dawk il-pajjiżi li ġarrbu ħsarat kbar matul il-konflitt mondjali. L-istess pjan li b'konsegwenza indiretta kellu joħloq il-famuż split bejn il-ġganti Laburisti, Pawlu Boffa u Duminku Mintoff. Din id-darba però, il-pjan imur lil hinn minn bini infrastrutturali, hekk kif il- Marshall Plan ta' Berlusconi se jkun qed joffri għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi Afrikani bl-għan li tiġi illimitata l-imigrazzjoni lejn l-Italja u l-bqija tal-Ewropa. Fuq l-istess nota, Matteo Salvini li hu alleat ma' Berlusconi propona li jibgħat lura f 'pajjiżhom mal-500,000 immigrant f 'ħames snin, b'100,000 fl- ewwel sena ta' tmexxija. Ta' min jgħid li minn wara t-traġedja ta' Lampedusa lura fl-2013 fejn aktar minn 360 immigrant tilfu ħajjithom, l-istat Taljan beda jieħu kważi r-refuġjati kollha li jiġu salvati mill- Forzi tal-Ordni Malta. L-elezzjoni kif se tolqot lill-Maltin? Dan kollu jaf jinbidel hekk kif il-kwistjoni tal- immigrazzjoni qed tkun fil-quċċata tal-politika Taljana. Apparti minn hekk in-nies li jagħmlu l-vjaġġ mill-Magreb għall-Ewropa ċertament li mhux se jieqaf hekk kif l-instabbilità fis- Sirja u fiż-żona ta' madwar tidher li m'għandhiex data ta' skadenza. Dan qed joħloq xenarju ġdid għall-politiċi Maltin. Tant hu hekk li ġimagħtejn ilu, il-gazzetta oħt Maltatoday irrapportat kif ħafna mill-eks uffiċjali mlaħħqa tal-Forzi tal-Ordni Maltija qed jirritornaw fit- tmexxija biex jilqgħu għall- possibiltà kbira ta' bidla fil- politika tal-immigrazzjoni li possibilment taf tirriżulta f 'numru kbir ta' refuġjati resqin lejn xtutna. Il-mistoqsija tad- deheb… Min se jerbaħ? Bħall-istorja reċenti politika Taljana, xejn mhu ċar. Il-possibiltà li l-elezzjoni tintrebaħ minn partit wieħed biss hi remota. Skont l-aħħar ċifri li ġew ippubblikati qabel l-ordni ta' projbizzjoni hemm ċans kbir li ħadd ma jikseb il-maġġoranza totali sabiex jiggverna. Għalkemm skont l-istess ċifri jidher li l-M5S se jkun l-aktar partit li se jikseb voti, jekk dan xorta waħda jibqa' ma jifformolawx koalizzjoni ma' partit ieħor, iċ-ċans li jiggverna huwa ftit. Riformi fil-liġijiet elettorali li daħlu f 'Ottubru li għadda, se jagħmluha iktar diffiċli li partit wieħed jikseb maġġoranza. Riformi li kienu kritikati sew mill- M5S. Għalkemm il-M5S huwa moviment li mexa 'l bogħod mill-forma politika tradizzjonali Taljana u sa ċertu punt anke Ewropea (Apparti Macron), De Maio sikwit jiġi iffaċċjat f 'kritika kontinwa. Fost l-oħrajn minħabba l-fatt li De Maio m'għandu l-ebda kwalifika universitarja u kif ukoll li qabel ma daħal fil-parlament Taljan ħames snin ilu dan kien ħadem pataflun ta' xogħlijiet differenti fosthom, 'steward' fl-Istadium ta' Sao Paolo f 'Napoli. Fuq din de Maio jgħid li għalkemm hu ma jistħix mill-passat tiegħu, dawk li jikkritikawh huma l-istess r-raġuni għalfejn żgħażagħ bħalu fil-passat kellhom jaħdmu dawn it-tip ta' xogħlijiet. Apparti minn hekk, xi wħud qegħdin jikkritikaw lil dan il-moviment bħala wieħed li hu tajjeb biss għall- karta. Dan għaliex f 'postijiet bħal Ruma, fejn fl-2016 kienet ġiet eletta l-ewwel Sindku mara, Virginia Raggi mill-M5S, hemm tgergir kbir fuq affarijiet bażiċi bħall-indafa. Tant u hekk li eks ġurnalist Taljan fetaħ paġna fuq Twitter bl-isem 'Roma Fa Schiffo' li turi d-diżorganizzazjoni li teżisti bħalissa fil-Belt Kapitali Taljana. Paġna li saret popolari ferm b'eluf ta' segwaċi u ttrasformat ruħha f 'kritika mhux ristretta biss għal Ruma iżda għall- moviment popolist kollu. Intant, minkejja l-iskandli kollha li ċappsu l-immaġġini politika ta' Berlusconi; minn skandli fiskali sa skandli sesswali, Berlusconi xorta waħda jibqa' politiku li donnu jagħmel x'jagħmel rasu qatt ma tintefa' taħt il- giljottina politika. Berlusconi, li hu veteran politiku ċertament li jaf il-politika Taljana fuq ponot subgħajh apparti minn hekk hu maħbub sew ma' ċertu faxxi tas-soċjetà Taljana. Fuq l-istess nota, f 'pajjiż fejn il-kwistjoni ta' immigrazzjoni tidher li ħadet pjattaforma nazzjonali l-partiti alleati ma' Berlusconi huma voċiferi kontriha u għalhekk jafu jiksbu ħafna voti għall- koalizzjoni. Fuq in-naħa l-oħra tal- ispettru politiku ċ-ċifri huma skorraġanti għall-eks Prim Minisrtru Taljan Renzi u l-PD, għalkemm dan tal- aħħar qal li hu lest jagħmel koalizzjoni ma' Berlusconi wkoll.