Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet il-Fosos…imma jiflaħhom dawk in-nies kollha? Kieku l-Fosos jirrakkuntaw… ILFOSOS minn dejjem kienu popolari mal- attivitajiet tal-massa. Dawn huma wħud mill- avvenimenti li ħanqu din il-pjazza: • 1896 - Protesta kbira kontra ż-żwieġ bejn Kattoliċi u Protestanti • 1913 - Il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali • 1916 - Manifestazzjoni kontra l-Kaiser, l-Imperatur tal-Ġermanja • 1939 - Kungress Djoċesan li attira eluf ta' nies • 1954 - Żjara tar-Reġina Eliżabetta II • 1951 - 700 sena tal-Labtu tal-Karmnu - Il-Fosos jilqgħu l-vara tal-Madonna tal-Karmnu • 1960 - Iċ-Ċentinarju Pawlin. Il-Fosos jilqgħu l-vari ta' San Pawl u San Publiju • 1963 - L-Inkurunazzjoni tal-Istatwa ta' San Ġużepp ix-Xiħ tar-Rabat • 1960s - Meetings politiċi fi żmien l-inwkiet politiku bejn il-Partit Laburista u l-Knisja • 1990 u 2001 - Żjarat tal-Papa San Ġwanni Pawlu II u l-Beatifikazzjoni ta' Dun Ġorġ Preca, Nazju Falzon u Adeodata Pisani • 2010 - Żjara tal-Papa Benedittu XVI Fuq dawn il-fosos kantaw ukoll fost l-akbar kantanti internazzjonali. Apparti l-kunċert annwali tat-Tenur Joseph Calleja, l-Isle of MTV ġab fuq il-Fosos kantanti bħal Lady Gaga, Black Eyed Peas, Akon, Maroon 5, One Republic, David Guetta u Snoop Dogg. Iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI 700 sena mil-Labtu tal-Karmnu Minn mużika ta' madwar id-dinja, għal għana; sajf ma' Festivals Malta MINN mużika ta' madwar id-dinja, għal għana, minn preżentazzjonijiet artistiċi għal jazz kontemporanju, Festivals Malta kburija li għadha kif nediet erba' festivals varjati li se jittellgħu matul ix-xhur tas-sajf. Flimkien mal-kalendarju taċ-ċelebrazzjonijiet tal- Kapitali tal-Kultura, se jkun hemm ukoll iżewqu ż-żmien tas-sajf erba' festivals ta' kalibru: il-Malta World Music Festival, l-Għanafest, il-Malta International Arts Festival u l-Malta Jazz Festival. Waqt li kull festival għandu l-attrazzjonijiet partikolari tiegħu, l-erba' festivals bejniethom jgħaqqadhom għan ewlieni dak li jiżdiedu l-udjenzi lokali. L-erbgħa li huma jwettqu l-viżjoni ta' Festivals Malta li trawwem il-kreattività, il-professjonaliżmu, il-parteċipazzjoni u l-edukazzjoni kulturali fil-festivals tal-arti performattiva. L-istaġun jiftaħ bil-Malta World Music Festival (MWMF), li se jsir Forti Sant'Iermu fit-18 u d-19 ta' Mejju. Taħt id-direzzjoni artistika ta' Renzo Spiteri, dan il-festival sar parti importanti tal-kalendarju kulturali nazzjonali hekk kif jiċċelebra s-sbuħija tad- diversità kulturali, l-iskambju u d-djalogu tan-nies u l-vitalità li hi sostnuta minn esperjenzi bħal dawn u li jiġu espressi permezz ta' mezz uniku bħalma hi l-mużika. Fost l-artisti li se jieħdu sehem, se jipparteċipaw ukoll Afro Celt Sound System, The Refugees for Refugees Band, u Cushion. Il-wirt mużikali folkloristiku Malti jingħata l-attenzjoni mistħoqqa grazzi għal avveniment bħal Għanafest. L-edizzjoni ta' din is-sena se ssir fit-22 u t-23 ta' Ġunju fil-Ġnien tal-Argotti, il-Furjana. Il- festival, minbarra li jservi ta' pjattaforma biex mużiċisti tal-għana u għannejja jesponu t-talenti tagħhom, joffri wkoll spazju lill-artisti u gruppi mużikali Maltin, kif ukoll gruppi mużikali minn pajjiżi Mediterranji oħra, li kollha jiċċelebraw l-identità Mediterranja. U x'hemm aħjar milli tgawdi dan kollu waqt li jkollok platt ikel bnin f 'idejk? Għanafest joffri wkoll esperjenza gastronomika delizzjuża lill- ispettaturi. Il-Malta International Arts Festival li se jiftaħ fid-29 ta' Ġunju għandu ħafna aspetti differenti li ċertament se jolqot il-gosti ta' ħafna min- nies. Minn dan il-festival, wieħed għandu jistenna kurazzjoni speċifika għas-siti, mużika, arti viżiva, teatru, żfin, opra, installazzjonijiet, films, proġetti komunitarji u avvenimenti interattivi u parteċipattivi. Fost l-aqwa spettakli li se joffri dan il-festival, se jkun hemm kunċert fl-1 ta' Lulju fit-Teatru Manoel mill- Orkestra Concergebouw li ġġorr magħha fama dinjija. Spettaklu ieħor mistenni, li litteralment jisfida l-gravità, hu Aria mill-kumpanija taż- żfin Taljana No Gravity, li se jsir fit-8 ta' Lulju. Bejn is-16 u l-21 ta' Lulju l-qalba storika tal-Belt Valletta se timtela b'mużika jazz kontemporanja mogħtija minn uħud mill-aqwa artisti tal-jazz fid-dinja. Il-Malta Jazz Festival, li se jittella' fuq sitt ijiem, se jkollu tliet artisti importanti li jissemmew madwar id-dinja: Chick Corea, Christian McBride u Michael League. Tinsiex tiċċekkja wkoll l-avvenimenti tal-Jazz on the Fringe li se jsiru f 'bosta postijiet madwar il-Belt. L-ewwel biljetti bi prezz imraħħas għal Malta World Music Festival diġà huma disponibbli minn www. maltaworldmusicfestival.org. Għal aktar tagħrif żur: www.festivalsmalta.com.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201