Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 ...tkompli minn paġna 1 FLAĦĦAR elezzjoni tal-Kunsilli Lokali l-aktar persuna li ġabet voti mill-PN kienet Graziella Galea, b'1,546 vot, warajha David Thake b'639 vot u mbagħad Piscopo b'327 vot. Piscopo, flimkien mal- Kunsillier Joseph Vella, mhux biss irriżenjaw minn Kunilliera tal-PN minħabba nuqqas ta' qbil serju li dejjem stqarrew li kellhom ma' Galea, talli wara kienu firmatarji ta' mozzjoni ta' sfiduċja fl-istess Galea u saħansitra stqarrew li huma xorta kellhom l-intenzjoni li jivvutaw għal Sindku mill-Partit Laburista kieku din il-kwistjoni titla' għal vot. Sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta stqarrew li l-Partit Nazzjonalista ma tantx huwa ħerqan biex imexxi fuq il-kwistjoni, jekk b'riżultat ta' dan ikun maħtur Sindku Piscopo. Sorsi li tkellmu mal- gazzetta ILLUM sostnew u kkonfermaw illi d-Deputat Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali Elke Scghendo fil-fatt kienet diġà kkonsultat lill-aktar Kunsilliera anzjana tal- kunsill, Antoinette Bezzina. Sa nofs din il-ġimgħa iżda kien jidher li Bezzina kinitx għadha ġiet lura b'risposta jew data dwar meta se sseħħ il-laqgħa li matulha jkun maħtur Sindku ġdid. Il-gazzetta ILLUM ippruvat tagħmel kuntatt ma' Antoinette Bezzina, Kunsilliera tal-PN, li malli saret taf li qed inċemplulha mill-midja u qabel biss staqsejna l-mistoqsija qalet li m'għandhiex kummenti x'tagħmel u qatgħet it- telefon. Sorsi min-naħa tal- Ministeru tal-Ġustizzja iżda lbieraħ ikkonfermaw li l-affarijiet se jimxu u li fil-ġranet li ġejjin mistennija tissejjaħ laqgħa biex jinħatar Sindku ġdid għal-lokalità. Dan wara li kien iċċarat li, skont l-Att tal-Kunsilli Lokali, Sindku jista' jkun elett biss minn xi ħadd elett u li għadu fil- Partit Nazzjonalista. B'264 vot, kollox jindika li s-Sindku se tkun Fenech. Ġimgħat ta' ġlied intern li ġabu Kunsill għarkopptejh Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, waħda mill- akbar lokalitajiet f 'Malta (21,200 persuna eliġibbli għal vot) u wieħed mill- akbar ċentri turistiċi, ilu għaddej minn taqlib għal dawn l-aħħar xhur. Wara r-riżenja ta' Thake minn Viċi Sindku u Kunsillier tal-PN, kien imiss lil Vella u Piscopo jirreżenjaw mill-PN biex imbgħad ingħaqdu mal- Kunsillieri Laburisti f 'mozzjoni ta' sfiduċja fis-Sindku Galea. Din minflok, irreżenjat minn jedda u akkużat lil dawk li ressqu din il-mozzjoni illi qed iżommu lir-residenti "ostaġġi għall-mibgħeda u l-kilba tal-poter ta xi wħud li m'aċċettawx ir-riżultat elettorali li permezz tiegħu jien kont eletta Sindku." Sussegwentement is-sit illum.com.mt kien żvela kif Piscopo u Vella kienu se jivvutaw mal-Kunsillieri tal-Partit Laburista biex ikun hemm Sindku Laburista li kien mifhum li kellu jkun Alfred Grima. Il-PN iżda ressaq mandat ta' inibizzjoni biex din il-laqgħa ma ssirx hekk kif qed jinsisti li r-rieda tal- maġġoranza tar-residenti ta' San Pawl il-Baħar li vvutaw PN għandha tkun rispettata. Il-Qorti laqgħet dan il-mandat. Fl-aħħar elezzjoni il-PN kien kiseb maġġoranza relattiva ta' 47.6% (3,701 vot), filwaqt li l-PL kien kiseb 46.8% tal-voti (3,639 vot). Il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ikopri ż-żoni ta' Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, il-Wardija, Burmarrad u naturalment ir-raħal ta' San Pawl il- Baħar. Intant din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll illi l-Gvern daħal għall- ħaddiema tal-Kunsill Lokali u ħallas il-pagi wara intervent mill-Ministru Owen Bonnici u wara li d-data tal-ħlas tal-pagi kienet għaddiet mingħajr ma fil-fatt kienu tħallsu. Apparti riżenji mill-PN, fl-aħħar sena dan il-Kunsill iffaċċja wkoll riżenji mill- PL bl-eks Sindku Raymond Tabone jirriżenja wara li ngħata promozzjoni fuq il-post tax-xogħol u sar Direttur f 'Dipartiment tal-Gvern u rreżenja wkoll Matthew Barbara. Ir-riżenja ta' Barbara għadha waħda xi ftit jew wisq misteru hekk kif sorsi li tkellmu mal- illum.com.mt kienu qalu illi dan tneħħa għax ma kienx qed jattendi l-laqgħat filwaqt li sorsi oħrajn qalu lil din il-gazzetta illi saret pressjoni kbira mill-PL, biex Barabara jitneħħa. B'264 vot kollox jindika li Fenech taf tinħatar Sindku ġdid ta' San Pawl Il-ħaddiema tal-Kunsill jitħallsu l-pagi dovuti lilhom wara intervent tal-Ministru Bonnici Anne Marie Fenech, l-ew- wel mix-xellug fil-filliera tan-nofs. Skont l-Att tal- Kunsilli fenech mistennija tinħatar Sindku ġdid ta' San Pawl il-Baħar.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201