Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Fitch tikkonferma li 's-saltna tad- dritt f 'Malta hija b'saħħitha' Fitch tbassar li t-tkabbir ekonomiku ta' Malta se jkun qed jiżboq dak ta' pajjiżi oħra YENDRICK CIOFFI LAĠENZIJA Internazzjonali tal-Kreditu, Fitch, ikkonfermat il-credit rating ta' Malta fil-livell ta' A+ wara li l-ġimgħa li għaddiet, l-aġenziji DBRS u Moody's, għollew il-klassifika ta' Malta. Skont Fitch, matul din is- sena, it-tkabbir ekonomiku ta' Malta se jkun qed jiżboq dak ta' pajjiżi oħra. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Finanzi saħaq li Fitch qed tirrikonoxxi li f 'Malta hawn saltna tad-dritt b'saħħitha u anke l-ħidma effettiva tal-Gvern. L-Aġenzija tal-kreditu tinnota wkoll li fl-ewwel tliet kwarti tas-sena li għaddiet, l-ekonomija Maltija kibret b'7.2%, l-aktar minħabba ż-żieda fl-esportazzjoni u anke tnaqqis minimu fl- importazzjoni. Fitch tgħid ukoll li l-bilanċ ġenerali tal-Gvern se jibqa' f 'surplus ta' 1.5% tal-prodott gross domestiku matul l-2018. Tbassar ukoll li d-dejn tal- pajjiż mistenni jibqa' jonqos u jinżel sa' 45.1% tal-GDP sal- aħħar tal-2019. Il-Ministeru għall-Finanzi laqa' dawn il-konklużjonijiet u nnota kif Fitch qed tirrikonoxxi wkoll li r-rata ta' qgħad f 'Malta hija l-inqas fl- Unjoni Ewropea. Binja ġdida għall-persuni bid-dimensja f 'dar San Ġużepp Għajnsielem ILMINISTRU għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li l-proġett tad- dar għall-anzjani ta' San Ġużepp ġie aġġorant biex jiżdiedu s-servizzi lil firxa iktar wiesgħa ta' bżonnijiet. Waqt żjara fuq il-post, il-Ministru Caruana fissret kif il-Ministeru aġġorna l-pjanti u kiseb il-permessi meħtieġa biex isiru tibdiliet fil-proġett oriġinali biex issa ġiet ukoll inkluża blokka addizjonali ddedikata għall-każijiet ta' dimensja. Justyne Carauna spjegat li l-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jindirizza l-isfida tal-anzjanità f 'Għawdex u hu konxju sew li r-rata ta' dimensja qed tiżdied. Għalhekk saru emendi biex id-dar tkun totalment dementia friendly, inkluż bi provvista ta' sodod kemm għal serivizzi residenzjali kif ukoll ta' respite. Il-proġett tad-dar tal- anzjani kien proġett li kien beda fil-leġiżlatura li għaddiet u issa, wara li ġew aġġornati l-pjanti, il-bini mistenni jkun lest fi żmien tliet xhur oħra. Bħalissa qed jiġi finalizzat it-tender għat- tkomplija u tmexxija tad-dar. Il-Ministru Caruana fakkret kif il-Gvern permezz tal-Ministeru għal Għawdex għandu mira ambizzjuża fil- manifest elettorali għal 500 sodda ġdida għall-anzjani f 'Għawdex. Din il-wegħda issa se titwettaq permezz ukoll ta' din il-blokka ġdida flimkien ma' xiri ta' sodod, li beda jsir mingħand il-privat. ILBIERAĦ filgħaxija ġie inawgurat ix-xogħol ta' restawr u konservazzjoni li sar fuq l-istatwa devota ta' Ġesù Redentur meqjum fis- Santwarju Bażilika ta' Marija Bambina tal-Isla. Ix-xogħol ta' restawr, li sar mid-ditta Atelier del Restauro, beda f 'Mejju tas-sena li għaddiet, wara l-festi tal- Ġimgħa Mqaddsa wara li saru studji xjentiiċi li kienu ilhom għaddejja xhur sħaħ. Mal-ILLUM, ir-restawratriċi Valentina Lupo spjegat li x-xogħol se jkun qed ikompli wara l-festi tal-Għid fejn fost affrarijiet oħra ser isir trattament kontra s-susa. Dan apparti xogħlijiet oħra li se jkunu qed isiru fuq in-niċċa tal-istess statwa, bil-għan li matul is-sena ma ssirx ħsara. Fost l-aktar sejbiet interresanti, waqt li kien qiegħed isir ix- xogħol, ir-restawraturi sabu libsa oħra taħt il-libsa ħamra li tidher u li x'aktarx hija dik oriġinali li ħadem l-artist. Wara studji li saru u ritratti li ttieħdu, fosthom X-rays fid-Dwana, ir-restawraturi niżlu f 'diversi livelli ta' żebgħa sakemm waslu u żammew il- kulur preżenti. Waqt ir-restawr li sar fuq il-wiċċ tal-vara, ġiet imnaddfa demgħa tal-ħġieġ li bil-ħmieġ li nġema' mas-snin lanqas kienet għadha tidher. L-istatwa tinħareġ min-niċċa aktar minn darba f 'sena u għalhekk ġie ppreparat ap- parat mekkaniku li permezz tiegħu l-vara tkun tista' tinħareġ mingħajr ma ssir ħsara. Fil-fatt, apparti l-pellegrinaġġ li jsir kull sena fir-raba' Ġimgħa tar-Randan u l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, l-istess vara tinħareġ f 'pellegrinaġġ, magħruf bħala tal-wegħda. Dan isir f 'Ġunju. Il-vara ġiet inawgurata wara għasar kantat u quddiesa fil- Bażilika tal-Isla. Ir-restawraturi għamlu preżentazzjoni dwar ix- xogħol li sar tul dawn l-aħħar xhur. Wara l-pellegrinaġġ ta' nhar il- Ġimgħa, għall-kuntrarju ta' dak li jsir is-soltu, il-vara se tibqa' armata fil-Knisja sal-Ġimgħa l-Kbira. Ġie ppubblikat ukoll ktieb bit- titlu Ir-Redentur: History, Art, and Cult of the Miracu-lous Effigy of Christ the Redeemer at Senglea, b'informazzjoni dwar ir-restawr u x-xogħol fuq din il-vara, kif ukoll dokumentazzjoni storika dwarha ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Restawrat ir-Redentur Mirakoluż tal-Isla Ritratt: Atelier del Restauro

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201