Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Mhux il-kurċifiss mal-ħajt jagħmilna Nsara... F il-ħarġa tal-lum qed nagħtu prominenza partikolari lill- intervista li din il-gazzetta għamlet mal- Isqof ta' Għawdex Mario Grech u li ha jitkellem dwar diversi temi, fosthom il-Kostituzzjoni u l-kurċissi f 'postijiet pubbliċi. Fid-dawl ta' dibatittu li ilu jqum u jerġa' jimmansa dwar il-kurċifissi f 'postijiet pubbliċi u anke dwar ir-reliġjon Kattolika fil- Kostituzzjoni, din il-gazzetta tixtieq tagħmel ftit punti. L-ewwel u qabel kollox, il-valuri Kristjani Kattoliċi ma jkunux imkejlin b'kemm hemm kurċifissi mwaħħlin mal-ħitan ta' postijiet pubbliċi, jew kemm għandna niċeċ u qaddisin fit-toroq tagħna. Il-valuri Kristjani jiġu għall-akbar test meta ffaċċjati bl-isfida tas-solidarjetà lejn min hu l-iċken, l-aktar vulnerabbli u lejn min għandu bżonn spalla fuq xiex iserraħ. Il-valuri Kristjani tal- imħabba u l-maħfra jagħmluna Kristjani; kemm kapaċi naħfru lil dawk li pubblikament jivvilifikawna jew iweġġgħuna, kemm kapaċi nħobbu u nwieżnu lill-barrani li jiġi f 'pajjiżna ħabta u sabta, kemm kapaċi nagħtu minn dak li għandna mhux biex nirċievu lura imma biex ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn. Il-valur Kristjan huwa l-valur tal-familja, l-għożża ta' kwalunkwe tip ta' familja li fiha teżisti l-imħabba. Il- valur Kristjan huwa l-għożża lejn il-ħajja umana u l-prinċipju li l-bniedem ma jista' qatt jaħsad dik il-ħajja. Dan huwa li jagħmilna sinjuri fil-valuri bħala poplu mhux kurċifiss ma' ħajt. Imma minkejja dan, din il-gazzetta xorta ma tara ebda raġuni għalfejn kurċifiss għandu jitneħħa speċjalment fejn ma jkunx simbolu ta' oppressjoni reliġjuża, anzi nħossu li l-kurċifiss jibqa' simboliku tal-għeruq Insara ta' pajjiżna, li ħadd, qatt, jgħaddu kemm jgħaddu snin ma jista' jinnega. Kurċifiss jew simbolu reliġjuż m'għandu għalfejn idejjaq lil ħadd, sakemm qed ikun esebit biex iwassal il-messaġġ tal-imħabba. U daqs kemm ma ddejjaqniex id-dehra ta' kurċifiss fil- pubbliku, daqstant ieħor kull simbolu reliġjuż ieħor, għax min hu sod fil- prinċipju u ċert fil-valuri tiegħu m'għandu bżonn ebda riaffermazzjoni billi jċaħħad lill-ħaddieħor mil- libertà reliġjuża. Għalhekk kliem l-Isqof ta' Għawdex ma' din il-gazzetta flimkien ma' dak li diġà qal l-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna, huwa għaqli ferm. Iż-żewġ mexxejja tal-Knisja qed juru illi l-vera ġlieda hija dik tal-qlub, mhux dik li ddur mal-emozzjoni ta' dak li joffri l-materjal u s-simbolu. Inħossu li dan il-pajjiż, flimkien mad-dinja kollha, għandu biżżejjed theddid fuq il-valuri tiegħu, minn jekk il-kurċifiss ikunx pubbliku jew le. Ir-rgħiba, id-diżonestà, il-flus, il- poter, il-korruzzjoni, l-individwaliżmu sfrenat u r-rabja lkoll qed jieklu minn ġewwa l-ġenwinità u s-sabiħ tal-valuri li l-ġenerazzjonijiet ta' qabilna għallmu lilna u li suppost aħna qed ngħallmu lil ħaddieħor. L-attentat tal-Kap tal- Oppożizzjoni Adrian Delia li jżeffen il-kurċifissi fin-nofs biex forsi jirbaħ xi punt jew tnejn dwar id-diskussjoni ta' riforma fil-Kostituzzjoni, kienet żelqa fin-niexef. Huwa ferm pożittiv u għaqli li b'dak li qed tirraporta din il-gazzetta llum, iż-żewġ mexxejja tal- Knisja wrew, anke b'sottilità fina ħafna, li mhumiex lesti li jidħlu f 'kruċjati li mhuma se jwasslu mkien u li jnessu u jiddevjaw mill- materjaliżmu u l-qerq soċjali u politiku li huwa l-vera susa tas-soċjetà. Fi kliem ieħor, u dan qed ngħiduh aħna, jekk Delia jrid jagħmel il-kruċjati reliġjużi u joqgħod idaħħal il-kurċifissi fin-nofs biex forsi jikseb punt politiku u jibda jistejqer, jista' jagħmel dan waħdu! Din il-gazzetta temmen li l-bidliet fil-Kostituzzjoni għandhom ikunu tali li jirriflettu r-realtà ta' Malta llum, imma ma jinsewx minn fejn bdiet Malta. Illum hawn taħlit razzjali u reliġjuż kbir f 'pajjiżna u dan huwa tajjeb u għandu jkun iċċelebrat. Madanakollu dan ma jneħħi xejn mill-irwol ċentrali u kardinali li lagħbet il-Knisja Kattolika matul is-snin. Għalhekk il-kurċifissi m'għandhomx jitneħħew. Imma jekk hemm min, ħdejn dak il-kurċifiss, jixtieq li juri simbolu tar-reliġjon tiegħu, mela għalfejn le. Il-libertà reliġjuża għandna niċċelebrawha, mingħajr ma qatt ninnegaw l-għeruq tagħna u dak li llum jagħmilna Maltin. Nifirħu lill-Arċisqof Charles J Scicluna u lill- Isqof ta' Għawdex illi minflok sinnew ix-xfafar ta' battalja oħra irrelevanti, urew li huma ħafna ogħla u ħafna iktar nobbli minn hekk. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201