Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 Aħbarijiet ILPARTIT Nazzjonalista se jressaq emendi għal-liġi mressqa mill-Gvern dwar il-Vjolenza Domestika biex fil-liġi jerġa' jiddaħħal ir- rikonoxximent tat-tarbija fil-ġuf "bħala parti integrali tal-familja". Meta l-abbozz kien għadu fl-istadju tat-Tieni Qari fil-Parlament, il-Partit Nazzjonalista kien ivvota favur u kien id-Deputat Edwin Vassallo li waħdu vvota kontra. Waqt laqgħa ma' delegazzjoni tal-Malta Unborn Child Movement, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għad-Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-Ġuf, Claudio Grech saħaq li l-ħidma favur id-drittijiet tat-tarbija fil-ġuf għandha testendi f 'oqsma oħra partikolarment dawk relatati mas-servizzi tas-saħħa għan-nisa li jkollhom tqala diffiċli. Kompla jgħid l-istess ħidma għandha tkun estiża wkoll f 'qafas aktar b'saħħtu ta' servizzi soċjali. Grech faħħar l-inizjattiva tal-Malta Unborn Child Movement u enfasizza li dan il-Movument huwa "eżempju ta' kif is-soċjetà ċivili għandha l-ħila u l-impenn li tingħaqad għall-ġid komuni f 'suġġett daqstant delikat u importanti għas-soċjetà." Il-PN fakkar ukoll fl- istħarriġ tal-MaltaToday, li juri kif il-maġġoranza assoluta tal-Maltin u l-Għawdxin ma jaqblux mal-introduzzjoni tal-abort. SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 25 54 38 10 37 41 48 1 Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappil- lan Mifsud, Ħamrun Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Guzepp, Santa Venera St Mark's Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Ganni Vella, Swatar St. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Pietà Krypton Chemists, Triq Ibraġ, Ta' L-Ibraġ, Swieqi Stella Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin St. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz- Zakak, Mosta Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier (previously "Mellieħa Pharmacy"), Mellieħa Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija Brown's Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi (previously "Kalkara Pharmacy"), Kalkara Felice Dispensary, 95, Triq is-Sant- warju, Żabbar Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ TEMP: Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita li jistggħu jkunu bir-ragħad u bil-buffuri VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Punent forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6. Billejl isir min- Nofsinhar forza 4. BAĦAR: Qawwi li jsir moderat għal qawwi Il-PN b'emendi biex it-tarbija fil-ġuf tkun rikonoxxuta fil-liġi dwar il-Vjolenza Domestika L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Sabiħ b'ħafna sħab għoli li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita li jistggħu jkunu bir-ragħad u bil-buffuri VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Punent Majjistru forza 2 għal 3 forza 3 għal 4 li jsir mil-Lvant forza 4 sa nofsinhar u iktar tard isir l-aktar mix-Xlokk forza 4 għal 5 lokalment forza 5. Billejl isir Punent Majjistru forza 6 lokalment forza 7. Il-PD jikteb lill-KE biex tinvestiga 'l-monopolju' tal-fuel f 'Malta ILKAP tal-Partit Demokratiku, Anthony Buttigieg, kiteb lill- Kummissarju Ewropew għall-Kompetizzjoni, Margrethe Vestager biex tinvestiga "l-monopolju assolut" li l-kumpanija tal-istat, Enemed, għandha fuq il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel. Fl-ittra mibgħuta lill- Kummissarju, il-Partit Demokratiku saħaq li s-sitwazzjoni preżenti f 'Malta qed tikser il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea tal- kompetittività u tikser ukoll id-drittijiet tal-konsumatur. Insista, li minn dan "il- monopolju assolut" qiegħed ibati l-konsumatur. Buttigieg jispjega kif il- kumpanija Enemed hija l-uniku kumpanija f 'Malta li timporta, taħżen u tbigħ il-petrol f 'Malta. "Għalhekk il-monopolju tal-istat għadu jeżisti," tisħaq l-ittra. Fakkar kif dan kien wassal biex 10 snin ilu, infetħu proċeduri kontra Malta meta kienet qed tikser Artiklu 31 tat-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea u issa qed tikser Artiklu 37 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU). Dan l-Artiklu jgħid kif l-Istati Membri għandhom jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda monopolju kummerċjali. Buttigieg jisħaq li kuntrarju għall-konsumaturi fl- Istat Membri l-oħra, il- konsumatur Malti ma għandu l-ebda għażla u ma għandu l-ebda idea x'tip ta' petrol jew diesel qed jixtri. Minħabba f 'hekk, huwa l-Gvern li jistabbilixxi l-prezz tal-fuel u l-prezz huwa l-istess kullimkien. Il-Partit Demokratiku jfakkar ukoll lill- Kummissarju Ewropew li l-Enemed għandha f 'idha l-faċilitajiet kollha li fihom jiġi maħżun il-fuel. Skont il-PD, dan ifisser li sakemm il-kumpanija tal-istat ma tippermettix lill-kompetituri biex jużaw dawn il-faċilitajiet bi prezz raġonevoli, l-Enemed se tibqa' tgawdi monopolju assolut. Iffakkar ukoll kif il-Baġit tal-2017, sar magħruf li l-Enemed se tkun qed tinvesti €50 miljun f 'faċilitajiet ġodda u jistaqsi għalfejn dawn il-faċilitajiet ma kinux offruti wkoll lill-kumpaniji privati li jistgħu jkunu interresati fl-importanzzjoni u l-bejgħ tal-petrol u d-diesel. Skont il-Partit Demokratiku, il- Kummissarju kkonfermat li l-ittra waslet għandha. Post ta' IAID Executive (Compliance & Risk) fid-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, fl-Uffiċċju tal-Kabinett, Uffiċċju tal-Prim Ministru Id-Direttur Ġenerali (IAID) tilqa' applikazzjonijiet għall-post ta' Executive (Compliance & Risk) fid- Dipartiment tal- Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, fl- Uffiċċju tal-Kabinett, Uffiċċju tal-Prim Ministru. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill- Gazzetta tal-Gvern tal-Ġimgħa, 23 ta' Frar 2018. L-applikazzjonijiet kif indikat fil-Gazzetta tal-Gvern imsemmija hawn fuq, jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali (IAID), Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet, Lower Ground Floor, Valletta Buildings, Triq Nofs in-Nhar, Valletta, VLT 1103 jew jistgħu ukoll jiġu sottomessi permezz tal- Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 9 ta' Marzu 2018. Uffiċċju tal-Prim Ministru 21237737 info.iaid@gov.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201