Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 Intervista 12 I ssa li d-diskussjoni dwar il-Kostituzzjoni l-ġdida tidher li se taqbad ir-ritmu, ħafna qed jippruvaw jimu x'se jkunu l-elementi l-ġodda li se jkunu inklużi, lwaqt li xi wħud aktar qed jinkwetaw x'jista' jitneħħa. Il-Knisja tidher li hija l-inqas waħda inkwetata, bl-Arċisqof ta' Malta Charles Scicluna jgħid li mhux se jagħmel "kruċjati" jekk ir- Reliġjon Kattolika ma tibqax imniżżla bħala t-twemmin tal-istat l-Kostituzzjoni l-ġdida. F'intervista mal-ILLUM, l-Isqof ta' Għawdex, Monsinjur Mario Grech, imur pass oltre minn hekk u saħansitra jasal biex jgħid li, għalkemm jiddispjaċih, mhux se jinkwieta żżejjed jekk il-Kurċifissi u l-Bambini jinteħħew mit-toroq u mill- postijiet pubbliċi. "Wisq nibża' li l-Bambini fit-toroq u l-kurċifissi mal-ħitan u fl-awli tal- Qrati qegħdin hemm u aħjar ma jkunux, għax xi drabi l-imġiba tagħna tikkontradixxi dawk l-immaġini… ninkwieta jekk is-soċjetà tieħu distanza mill- valuri tal-Evanġelju, jiġifieri l-valuri umani." Dan jikkuntrasta sew mal-pożizzjoni li ħa l-Kap tal-Oppożizzjoni, meta ħmistax ilu, waqt intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista, qal li mhux se jħalli lill-Gvern ineħħi l-kurċifissi mill-klassijiet, bil-Gvern immedjatament jiċċara li mhux se jirfes fuq dan it-terren sagru u ma għandu l-ebda intenzjoni li jneħħi l-kurċifissi. "Ma għandniex għalfejn niddefendu l-pożizzjoni sabiħa u privileġġjata li għandna fil-Kostituzzjoni. Ma naħsibx li l-Knisja għandha bżonn la lunga mano tal-Istat," saħaq l-Isqof Grech. "Il-Knisja trid tieħu d-distanzi minn dawk li huma l-awtoritajiet ċivili…" Monsinjur Grech għadda dawn il-kummenti meta kien qed jitkellem dwar il-bżonn li l-Knisja f 'Malta u Għawdex tieħu d-distanzi minn dawk li huma l-awtoritajiet ċivili. Fi kliemu, il-Knisja trid tagħmel għażliet fejn tirrinunzja għall-privileġġi u pożizzjonijiet li wirtet mill- istorja. "Aħna wisq assoċjati mal-poter," qal l-Isqof waqt li saħaq li jiddejjaq meta xi ħadd iħares lejn il-Knisja bħala alternattiva jew aġent li bilfors irid jidħol fil-kamp taċ-ċivil. "Irridu nirrinunzjaw għal ċertu pożizzjonjiet li nġemgħu mas-snin… irridu nissaffew minn din il-mentalità. Nibża' li l-istorja għadha wisq fil-menti ta' xi wħud." Kien għalhekk li, fost l-għażliet li għamel, Monsinjur Grech iddeċieda li ma jattendix aktar għall-ikliet statali u anke jirrinunzja għal dawk li ddeskrivihom bħala s-siġġijiet il-ħomor fil-fillieri ta' quddiem. "Anke biex tidher id- distinzjoni bejn il-ministeru tal-Isqof u dawk l-ambjenti… anke biex nibagħtu messaġġ. Jiena posti narah aktar fit-triq, nakkumpanja liż- żgħir milli spalla ma' spalla ma' ma nafx min fuq dawk is-siġġijiet," kompla jisħaq Monsinjur Grech. "Ma aħna se nitilfu xejn, anzi naħseb li nkunu qed nakkwistaw." "Ma għandniex nidħlu fil- kamp politiku…" Imma l-Knisja għandha titkellem fuq il-korruzzjoni, fuq ftehim kbir tal-Gvern jew paġni ċċensurati minn kuntratti kbar ippubblikati? Qabel wieġeb, l-Isqof għamel distinzjoni bejn dak li wieħed jifhem bi Knisja. Spjega kif għal ħafna, il-Knisja tfisser il- ġerarkija, jiġifieri l-Papa, il-Kardinali, l-Isqfijiet u s-Saċerdoti. Hawnhekk kien ċar. Jekk b'Knisja qed nifhmu l-ġerarkija, allura "le ma għandniex, mhijiex kompetenza tagħna. Fi kliemu din hija kompetenza tal-lajċi u tal-lajċi Nsara." "Il-Knisja tal-lum mhijiex il-Knisja tal-ħamsinijiet u s-sittinijiet. Ma jfissirx li hija Knisja indifferenti minn kif tiżvolġi l-istorja tan-nazzjon. Imma ma għandniex nidħlu fil-kamp politiku. Din hija kompetenza tad-dinja tal-lajċi," saħaq Monsinjur Grech. "Hemm individwi, forsi wkoll bi skopijiet ulterjuri, li bilfors iridu jqabbżu l-Knisja bħala istituzzjoni fil-kamp tal- politika. Din mhix materja strettament tal-Isqof imma hija kamp nobbli tal-lajkat." Fakkar li l-Knisja f 'Malta għandha kuntest partikolari u għalhekk insista li l-ewwel u qabel kollox, il-Knisja jeħtieġ tirkupra l-identità tagħha. "Aħna qabel forza soċjali, aħna komunità reliġjuża u l-qalba tal-messaġġ tagħna huwa spiritwali." Fi kliemu, meta s-soċjetà tara fil-Knisja dak li verament hi, tkun lesta biex tisma' l-Knisja x'għandha tgħid fuq kwistjoni soċjali, mid-dimensjoni spiritwali. Imma allura ma għandekx titkellem jew tiġbed l-attenzjoni meta tinduna li xi ħaġa mhux qed issir sewwa? "Jien nista' nitkellem fuq l-istess suġġett (sinċertà, korrettezza jew ġustizzja) minn angolatura differenti, nevita li nidħol fil- kontroversja imma l-valur inkun qiegħed inwasslu xorta," wieġeb l-Isqof. Kompla jgħid li għalkemm ħafna drabi jkun hemm min ma jifhmux, iħoss li jkun qiegħed jiggwida anke bis-silenzju, għax skontu, is-silenzju ma jfissirx approvazzjoni. "Din hija t-tensjoni kontinwa li ngħix jiena… ma tafx li mhux kuntent b'ċertu fatti kif jiżvolġu?" "Il-lealtà tiegħi la hi lejn Ruma u wisq inqas lejn Kastilja" F'dan id-dawl, staqsejna lil Monsinjur Grech għalfejn dam biex tkellem wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u x'jaħseb mill-kritika tal- blogger Manuel Delia meta qal li hu jaqdi żewġ sidien: Ruma u Kastilja. L-Isqof Grech kien skjett. "Inħalli lill-istorja tiġġudikani u meta jkun il- waqt ngħid aktar… il-lealtà tiegħi mhix lejn Ruma u wisq inqas lejn Kastilja, il-lealtà tiegħi hija lejn Kristu u lejn il-bniedem." Qal biss li l-pożizzjoni tiegħu kienet waħda meqjusa, riflessa u f 'atteġġjament ta' talb. "Ma jimpurtax li ġejt interpretat ħażin u inġustament." Imma ħdejn l-Arċisqof Scicluna tidher li żżomm ħafna lura. Kwistjoni ta' karattru jew aktar? "Allaħares jiena u l-Arċisqof Scicluna naqraw dejjem minn fuq l-istess karta jew inkantaw dejjem l-istess innu," wieġeb l-Isqof. Insista li minkejja "it- tkeskis, anke min-nies ġewwa l-Knisja stess," hemm komunjoni u relazzjoni sabiħa ħafna bejnu u l-Arċisqof Scicluna u jikkondividu, jekk mhux kollox, kważi kollox. "Imbagħad kulħadd għandu l-libertà li jagħti t-tifsila tal-ħajja skont kif jaraha hu," saħaq Monsinjur Grech. Aktar tard meta mistoqsi x'jaħseb dwar l-Arċisqof Scicluna, Monsinjur Grech qal li filwaqt li wieħed jista' ma jaqbilx ma' dak kollu li jgħid, jemmen li huwa raġel sinċier u li l-lealtà tiegħu hija lejn Alla. "Naqra kritika fuq il- bloggs u dik, anke jekk ma ssirx lili, tweġġagħni għax qed titkellem minn ħija fl- Episkopat. Jekk jaqla' daqqa hu, inħossha jiena wkoll." Abort: "Mhux numru allarmanti imma mhux insinifikanti…" Ma' Monsinjur Grech tkellimna wkoll fuq il- kwistjoni tal-abort, anke fid-dawl tal-aħħar stħarriġ ippubblikat mill-gazzetta oħt MaltaToday u l-kummenti tal-Kummissarju Ewropew għad-Drittijiet Umani, Nils Muižnieks. Dwar dak li qal Muižnieks, l-Isqof Grech qal illi kieku jkollu jiltaqa' miegħu, l-ewwel li jagħmel ikun li jistaqsih jekk jemminx li fil-konċepiment tinħoloq ħajja umana u allura, minn dak il-ħin, fil-ġuf għandek persuna. Fi kliemu, dan huwa l-prinċipju li fuqu jorbot kollox. Iżda x'jiġri jekk ikollok quddiemek sitwazzjoni fejn il-ħajja tal-omm tinsab fil- periklu? "Nitlob lil Alla li qatt ma nsib ruħi quddiem sitwazzjoni bħal din," saħaq Monsinjur Grech. Spjega iżda li jekk għandek adult li jinsab f 'periklu, u persuna fil-ġuf bla vuċi u dgħajfa, xi ħadd irid jiddefendi lil min hu vulnerabbli. "Jekk għandek persuna, din għandha dritt għall- ħajja. Jiena min jien biex niddeċiedi min għandu jgħix bejn l-omm u t-tarbija?" staqsa l-Isqof. "Jekk is- soċjetà tagħżel li biex tiddefendi persuna se toqtol oħra, allura se niftħu triq li ma nafx fejn se twassalna, għax l-istess prinċipju jista' jkun applikat f 'ċirkostanzi oħra." Skont l-istħarriġ tal- MaltaToday, maġġoranza relattiva tal-Maltin jaqblu mal-abort f 'din iċ- ċirkostanza. Kienu 46% li wieġbu li jaqblu mal-abort f 'din is-sitwazzjoni, kontra 27% li ma jaqblux. "Naf ommijiet li għamlu l-abort u baqgħu b'barxa…" Iżda kif iwieġeb l-Isqof Grech jekk quddiemu tmur tfajla, li ġiet stuprata, inqabdet tqila u ma tridx it-tarbija? Saħaq li l-ewwel u qabel 'Il-lealtà tiegħi la hi lejn Ruma Hemm individwi, anke bi skopijiet ulterjuri, li jridu bilfors iqabbżu lill-Knisja bħala istituzzjoni fil-kamp tal-politika. Jien ngħid li dik mhijiex materja strettament tal-Isqof " " L-abort, l-IVF, il-Kostituzzjoni, u l-Arċisqof Charles J Scicluna; l-Isqof Mario Grech iwieġeb mal-Illum ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201