Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Intervista 13 Ruma u wisq inqas lejn Kastilja' kollox trid tifhem lill- bniedem. Insista li f 'każijiet bħal dawn is-soċjetà trid tgħin u mhux tikkundanna. Triq tagħti "l-assigurazzjoni" lil dik l-omm, li jekk hi mhux kapaċi trabbi t-tarbija, hawn l-adozzjoni u familji li lesti jagħtuha l-ħajja. Fakkar f 'Dar Ġużeppa Debono li toffri l-għajnuna lil dawn l-ommijiet żgħar li wħud minnhom jagħżlu li jżommu t-tarbija filwaqt li oħrajn jiddeċiedu li jagħtuha għall-adozzjoni. Semma każijiet ta' ommijiet li ma ridux it-tarbija u llum hija l-għaxqa tagħhom u ommijiet oħra li neħħew it-tarbija u llum għadhom bir-rimors. Irrakkonta esperjenza ta' omm, li fi kliemu għandha rimorsi kbar, mhux għax għamlet l-abort, imma għax is-sieħeb tagħha wassalha biex titlef it-tarbija. Fi kliemu, minkejja dan, xorta tħossha omm, li tilfet wild. "Kieku jkollna soċjetà li ma ssibx biss the shortest cut imma tibqa' tgħożż il-valur fundamentali tal-ħajja, naħseb li nkunu saħħaħna patrimonju li għandna," saħaq l-Isqof. Mistoqsi jekk jinkwetahx in-numru ta' ommijiet li jagħmlu l-abort, Monsinjur Grech wieġeb li "n-numru mhuwiex allarmanti, imma lanqas insinifikanti." "Ninkwieta mhux minħabba l-morali, imma minħabba l-ħajjiet li ntemmu u anke minħabba l-ommijiet," saħaq Monsinjur Grech. "Irid ikollna kultura li tilqa' aktar mhux biss lit-tarbija imma anke lil min qed jistenna tarbija mhux ippjanata." IVF: Nifraħ u nilqa' d-don tal-ħajja Tkellimna wkoll dwar il- proċedura tal-IVF u l-kritika li tlaqqat il-Knisja minn min jgħid li mhux sensibbli għal dawk il-koppji li ma jistgħux ikollhom tfal b'mod naturali. Monsinjur Grech saħaq li jifraħ, meta waqt preżentazzjoni tat-trabi, fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna ta' Pinu, tmur nanna fuqu u tgħidlu: "Din it-tarbija don mingħand il- Bambin. Din bl-IVF!" "Jien nifraħ li qed nilqa' d-don tal-ħajja," saħaq l-Isqof. Dwar il-proċedura nnifisha, qal li wieħed mhux korrett meta jgħid li l-Knisja favur u l-Knisja kontra, għax fi kliemu, kieku tista', il- Knisja tagħmel triq fil-baħar għall-bniedem. Iżda saħaq li hemm prinċipji li jridu jiġu osservati. Fi kliemu, hemm żewġ kwistjonijiet fl-IVF, waħda ħafna gravi mill-oħra. L-ewwel punt huwa l-fatt li, skont it-tagħlim tal-Knisja, l-att li bih titnissel it-tarbija jrid isir flimkien mal-att li fih koppja tingħaqad flimkien. "Fl-IVF dan mhux rispettat." Iżda hemm it-tieni punt li fi kliemu huwa sejru ħafna aktar. Staqsa x'se jsir mill- bajd iffertilizzat. "Il-bajd kollu se jitpoġġa fil-ġuf? Jekk le se jitpoġġa fil-freazer? U jekk jitpoġġa fil-freazer u huwa diġà fertilizzat, allura dan mhux bniedem?… Din tinkwetani ħafna aktar." Fi kliem l-Isqof Grech, meta jkollok dan il-każ, ma tistax taqbad u taqta' linja u tgħid ma hemmx diskussjoni. Saħaq li meta xi ħadd se jitolbu parir, se jpoġġi fuq il- mejda dawn il-fatturi kollha u wieħed jara x'soluzzjoni jista' jkun hemm. "Fil-prinċipju, dwar l-IVF għad hemm ħafna mistoqsijiet, però kull każ jiġi studjat għalih. Jekk ma hemmx triq oħra, allura tagħżel mill-inqas ħsara li tista' tagħmel." Mal-Isqof ta' Għawdex, l-ILLUM tkellmet fuq aktar kwistjonijet, fosthom il-koppji li jinsabu f 'relazzjonijiet differenti u anke r-relazzjoni tal-Knisja ma' koppji tal-istess sess. Aktar dettalji dwar dan fuq is-sit illum.com.mt. Siltiet mill-intervista mal- Isqof Grech jidhru fuq is-sit illum.com.mt u llejla waqt il-programm 7t ijiem fuq TVM 2 fuq 8:30pm. Konvint li l-Knisja trid tieħu d-distanzi minn dawk li huma l-awtoritajiet ċivili… aħna wisq assoċjati mal-poter " Jekk is-soċjetà biex tiddefendi persuna tagħżel li toqtol oħra se niftħu triq li ma nafx fejn tista' twassalna " " " Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201