Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293
illum | Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 23 TV/Ċinema ISSNIN ħamsin kienu mimlija b'numru kbir ta' produzzjonijiet tax-xjenza fittizja tal- 'ħabba gozz', ta' bagits mizeri Kuntrarju għal dan kollu, wieħed minnhom 'Creature From The Black Lagoon', tad-direttur Jack Arnold irnexxielu jakkwista l-fama ta' xogħol kult. Sentejn wara, dan id-direttur kompla kabbar il-prestiġju tiegħu b 'The Incredible Shrinking Man'. Id-direttur viżjonarju Messikan, Guillermo De Toro, jidher li ħa l-ispirazzjoni tiegħu għal 'The Shape Of Water ' mix-xogħol tal-1954. Din id-darba l-ħrafa ħelwa u eżileranti li jirrakkonta, b'mumenti drammatiċi u anki vjolenti, hi immirata biss għall- adulti. Ninsabu fil-bidu tas-snin sittin meta l-Gwerra Bierda tinsab fl-aqwa tagħha. F'Baltimore, Eliza Esposito (Hawkins), mara muta, taħdem bħala qaddejja u biddilha ġo laboratorju sigriet tal-gvern. Meta hi u Zelda (Spencer) jiskopru sigriet ta' esperiment klassifikat, ħajjithom tieħu żvolta. Marbut minn għonqu bil-ktajjen ġo tank mimli ilma hemm esseru amfibju (Jones), nofsu bniedem, nofsu ħuta. Eliza, dejjem waħedha, turi ġentilezza miegħu u ssir tħobbu. Sadanittant, xi aġenti Russi qed isusu wara uffiċjal għoli f 'dan il-qasam waqt li Richard Strickland (Shannon), tas-sigurtà, għandu xi xamma kif ukoll qed jindaga fuq Eliza. B'kast mill-aqwa, uħud minnhom innominati għall-Oscar, fosthom id-direttur stess, 'The Shape Of Water' hu ħrafa oħra romantika u produzzjoni ta' fantasija pjaċevoli. Doug Jones issa sar qisu regola fissa f 'diversi films ta' dan id-direttur. The Shape of Water Atturi Ewlenin: Sally Hawkins; Michael Shannon; Richard Jenkins; Octavia Spencer; Michael Stuhlbarg; Doug Jones. Direttur: Guillermo De Toro. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 123 min. Ċert. 15 Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa BĦAL Parker Posey, Greta Gerwig hija r-reġina tal-films modesti indipendenti Amerikani u ma nsibuhiex fi produzzjonijiet ta' baġits sostanzjali. 'Lady Bird' infatti hu t-tieni film li dderiġiet, wara li ħadmet f 'diversi films. Aħbar tajba wkoll hi li Gerwig hi waħda mill-ħames diretturi nominati għall-Oscar, il-ħames darba f 'disgħin sena li mara sabet ruħha onorata f 'din il-kategorija. B'katina ta' xeni qosra, ħafna minnhom ta' inqas minn minuta, ikunu biżżejjed biex iwasslu l-informazzjoni neċessarja jew l-osservazzjoni soċjali. Christine McPherson (Ronan), li tridha ta' Lady Bird, tfajla ambizzjuża li tattendi skola Kattolika, f 'Sacramento, Texas, tixtieq tmur f 'kulleġġ f 'belt kbira, bħal New York. Biex iżżid il- merti (punti) ħalli tkun aċċettata, tibda tieħu kors ta' rectar wara l-iskola. Din l-esperjenza timla' l-ħajja soċjali u privata tagħha b'aktar enerġija, b'ommha mhix kuntenta li se tmur f 'belt oħra u missierha mhux moħħu hemm billi jinsab mingħajr xogħol. Greta Gerwig b'ħila tforni lil 'Lady Bird' b'sensibilità, ironija u anki waqtiet komiċi. Lady Bird Atturi Ewlenin: Saoirse Ronan; Laurie Metcalf; Tracy Letts; Lucas Hedges; Beanie Feldstein; Odeya Rush. Direttrici: Greta Gerwig. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul 94 min. Ċert. 15 Il-Ġurnata taċ-Ċinema Għat-Tfal - Is-Sibt 10 ta' Marzu 2018 LEWWEL waħda miż-żewġ attivitajiet li jsiru kull sena tal-Ġurnata taċ-Ċinema għat- Tfal se ssir nhar is-Sibt 10 ta' Marzu, skont kif ħabbru d-distributuri lokali KRS Releasing. Għal dakinhar hemm selezzjoni varjata ta' 15-il film addattati għat-tfal u l-familji li jkopru ġeneri differenti, bħal animazzjoni, kummiedji avventuruzi, films tax-xjenza fittizja bl-azzjoni, kummiedji familjari, fantasiji u oħrajn. Il-wiri ta' films bi prezzijiet imraħħsin jibda mad-9.00am u jibqa' sejjer sas-7.00pm f 'Malta, waqt li f 'Għawdex il-ħinijiet huma fis-2, 4 u 6pm rispettivament. It-teatri li se jieħdu sehem huma, Eden Cinemas - San Ġiljan, Embassy Cinemas - Valletta, Empire Cinemas - Buġibba, Gallerija Cinemas - Fgura, u f 'Għawdex fis-Citadel Cinemas u l-Oratorju Bon Bosco. Kull tifel u tifla li taqta' biljett se jingħataw Poster żgħir ta' Coco. Din l-offerta tibqa' tgħodd sakemm dawn iservu. Black Panther (12A) Film tax-xjenza fittizja mimli azzjoni u avventuri dwar supereroj iswed li se jieħu t-tronn tal-pajjiż Afrikan, teknikament avvanzat wara l-mewt ta' missieru. Tad The Lost Explorer and The Secret of King Midas (U) Xogħol animat Spanjol, bl-Ingliż, dwar tfittxija, ukoll minn xi viljakki, tat-tliet ċrieket tar-Re Midas, dak li kulma jmiss kien isir deheb. Coco (PG) Miguel jixtieq isir mużiċist minkejja li l-familja tiegħu ma tridux. Però, jirnexxilu jsib ruħu fl-Art tal-Mejtin fejn jiltaqa' mal-bużnannu, kantant leġġendarju. Early Man (Pg) Kummiedja avventuruża animata dwar tribu li jgħixu fl-għerien u jridu jitgħallmu jilagħbu l-futbol biex jeħilsu mill-jasar. Ferdinand (U) Ferdinand hu barri b'qalb kbira, li jaħsbuh perikoluż u jiġbruh, iżda l-aktar li jħobb hu li jxomm il- fjuri u li-tifla żgħira li rabbitu. Jumanji: Welcome to the Jungle (12A) Erba' adoloxxenti jsibu ruħhom fil-ġungla, taħt il-forma ta' adulti u jgħaddu minn ħafna perikli serji, meta jilagħbu logħba... Star Wars: The Last Jedi (12A) Tkompli din is-saga verament profittabli b'Rey, erojina protagonista li tiskopri kif tkkontrolla l-abbilitajiet tad-direzzjoni tal-veteran Luke Skywalker. Maze Runner: The Death Cure (12a) F'dan it-thriller tax-xjenza fittizja, il-final tas-saga "The Maze Runner",Thomas se jmexxi lil sħabu, il-grupp maħrub tiegħu fl-aktar missjoni perikoluża s'issa. The Star (U) Kummiedja ħelwa animata dwar ħmara kuraġġuża u sħabha l-annimali l-oħra li jgħinu bil-kbir fil- vjaġġ ta' tnejn lejn Betlem. Daddy's Home 2 (12A) Meta fil-familja ta' Brad u Dusty jiġu n-nanniet maskili l-inkwiet se jiżdied qabel il-vaganzi. Justice League (12A) Bruce Wayne (Batman), wara s-sagrifiċċju ta' Superman, isib alleata ġdida f 'Diana Prince (Wonder Woman). PADDINGTON 2. (PG) Fantasija ħelwa fejn l-ors gustuż Paddington jaqbad diversi mpiegi varji biex jixtri rigal liz-zija Lucy, li għalqet 100 sena u li jinsteraq. THOR RAGNAROK. (12A) Avventura fantastika tax- xjenza fittizja tal-Mitoloġija Nordika fejn l-Alla tar-Ragħad irid iwaqqaf lil Alla tal-Mewt li se teqred pajjiżu. MY LITTLE PONY. (U) Iż- żgħar nett żgur li se jieħdu gost b'dan il-film dwar sitt ponijiet ta' diversi kuluri (Mane 6) li jazzardaw barra l-konfini tagħhom biex ifittxu l-magija tal-ħbiberija. THE LEGO NINJAGO MOVIE (U) Film b'pupazzi Lego fejn tifel ta' gwerrier kattiv kulħadd jiskartah u tinager jistinka biex jirbaħlu mghejjun minn sħabu ninjas. Min jaħseb għall-biljetti kmieni ma jiddispjaċihx u anki jakkwista fiż-żgur "mini poster" ta' "Coco"