Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

IĊCHAMPION renjanti Tat-Top Fuel Dragster, il-Malti Duncan Micallef, ikkonferma li se jkun qiegħed jerġa' jagħmel il-kampjonat kollhu tal- Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobilizmu (FIA). Waqt l-attività, Micallef esebixxa l-erba' trofej li rebaħ matul is-sena 2017, ġest li ntogħġob ħafna mill- isponsors tiegħu għax b'hekk kienu parti mis-suċċes kbir li agħmel Micallef. Micallef spjega li mhix faċli għal xi ħadd Malti li mhux sewwieq professjonali jagħmel żewġ kampjonati wara xulxin, iżda bis-sapport illi sab mit-tim, l-isponsors kif ukoll is-sidien tal-karozza għamlu din id-deċiżjoni aktar faċli għalih. Din l-aħbar niżlet tajjeb ukoll għal ħafna ammiraturi li jsegwu lil Duncan kemm Maltin kif ukoll barranin. L-isponsors li kellhu warajħ Duncan fl-2017 huma, Bajada New Energy, JP Portelli Projects, Total Mobile u Kamtech, kollha ikkonfermaw is-sapport tagħhom għas-sena 2018. Dan ifisser li l-impenji internazzjonali ta' Duncan se jibdew nhar is-27 sad- 29 ta' Mejju ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra u jkomplu bejn is-17 u t-18 ta' Ġunju fi Tierp Arena ġewwa l-Iżvezja, fl-1 u fit-tieni ta' Lulju f 'Alastaro ġewwa il-Fillandja, fid-19 u l-20 ta' Awwissu f 'Hockenheim il-Ġermanja, fis-26 u fis-27 ta' Awwissu għal darboħra fi Tierp Arena ġewwa l-Izvezja u l-finali ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra fid-9 u 10 ta' Settembru. Apparti dawn is-sitt rounds Duncan għamel żewġ sessjonijiet ta' taħriġ barra minn Malta. L-ewwel apparenza għal Duncan bit-Top Fuel Dragster tiegħu għas-sena 2018 ser tkun fl-ewwel round tal- kampjonat Malti tal-kwart ta' mil organizzat mill- Assocjazzjoni Maltija tad- Drag Racing ġewwa t-trakka tal-istess Assocjazzjoni f 'Ħal Far fl-24 u il-25 ta Marzu. Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Sports 29 Parteċipazzjoni tajba l-House of Sport Ladies Only 10k Race IXXITA li niżlet fis- sigħat bikrin tal-Hadd fil-filgħodu ma qatax qalb l-atleti li rreġistraw għat-tellieqa unika, tat-tip tagħħa f 'Malta, dik tal-House of Sport Ladies Only 10k Race. It-tellieqa bdiet u spiċċat f ' Tigne Point, u ir-rotta rat kważi mija u ħamsin atleta femminili jtellqu mal-kosta f ' Tas-Sliema u San Ġiljan. L-aqwa żewġ kontendenti għar-rebħa kienu Lisa Bezzina u Josann Attard Pulis. Minkejja li, qabel il- bidu tat-tellieqa, it-tnejn stqarrew li kienu ser jkunu kawti minħabba l-parteċipazzjoni fil- maratona u n-nofs maratona, iż-żewġ atleti taw wirja determinata mill-bidu nett. Kienet Bezzina li rebħet it-tellieqa f 'ħin ta'40 minuta u 33 sekonda. Attard Pulis segwiet tliet minuti u 8 sekondi wara. Fatt interessanti kien li kemm Bezzina u Attard Pulis naqqsu l-ħin tagħhom, meta mqabbel mas-sena l-oħra. Fit- tielet post daħlet Maria Coleman, li spiċċat r-rotta f '46 minuta 26 sekonda. "Dejjem nieħu gost nipparteċipa f 'dawn it-tlielaq. Minbarra l-organizzazzjoniji eċċellenti, ir-rotot jgħatu sfida tajba u joffru xenarju mill-isbaħ. Din it-tellieqa offriet bażi ta' taħriġ tajba għan-nofs maratona tal-ġimgħa d-dieħla u kont ssodisfatta ħafna bil-prestazzjoni tiegħi. Issa qeda nħares lejn il-partiċipazzjoni tiegħi fil-Kampjonati tad- Dinja tan-Nofs Maratona f 'Valenzja. Nirringrazzja lil dawk kollha li jgħatuni l-għajnuna u s-sostenn lejn l-isforzi tiegħi " stqarret Lisa Bezzina wara it-tellieqa. Il-premjiet lir-rebbieħa tal-kategoriji kollha u r-rebbieħa ġenerali ngħataw immedjatament wara t-tellieqa. L-organizzaturi jirringrazzjaw lill- awtoritajiet lokali b'mod partikolari il-Pulizija, Transport Malta u il- Kunsilli Lokali tas-Sliema u San Ġiljan. It-tellieqa kienet appoġġata mill- Urban Jungle House of Sport Urban Jungle House of Sport, emvigee pr & marketing u Starmax. It-tellieqa li jmiss tal- House of Sport 10K Series ser issir nhar il-Ħadd 22 ta' April. Lisa Bezzina -azzjoni Ritratt - Angie Conti Duncan Micallef se jerġa' jagħmel il-kampjonat kollu tal-FIA Duncan Micallef jirċievi rikonoxximent mill-FIA Il-Federazzjoni Maltija tal-Isparar tirringrazzja l-inizjattiva tal-Gvern ILFEDERAZZJONI Maltija tal-Isport tal-Isparar apprezzat ħafna u xtaqet pubblikament tirringrazzja l-inizjattiva tal-Gvern, is- Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat u SportMalta, li żammew mal- wegħda elettorali li jagħmlu Shooting Ranges ġodda Nazzjonali għall-isport tal- Isparar f 'Ta' Kandja, Limiti tas-Siġġiewi. Bix-xogħol li sar u qed isir, fit-twettieq ta'dan il-proġett tal-Kumpless Sportiv għall- Isparar, f ' Ġunju li ġej, l-Atleti u l-Pubbliku Sportiv Malti se jkun jista' għall-ewwel darba fl-istorja ta' dan l-Isport Nobbli, ġewwa pajjiżna, jara l-aqwa Atleti mid-dinja kollha jikkompetu għat-Tazza tad-Dinja tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isports tal- Isparar. Il-Federazzjoni tinsab konvinta li dan il-Kumpless Nazzjonali Sportiv għall- Isparar, apparti li ser iservi biex il-membri numerużi tagħna ud-dilettanti kollha tal-isparar f 'pajjiżna jkollhom ranges ta' standard internazzjonali, kif ukoll flimkien mal-ISSF World Cup, ser iservu ta'vetrina promozzjonali għal Malta kemm bħala Turiżmu Sportiv kif ukoll mil-lat ġenerali. Il-Federazzjoni tfakkar li ngħatat id-dritt mill- ISSF li torganizza din il- kompetizzjoni wara li kienet diġa ngħatat dan iċ-ċans f 'żewġ okkażjonijiet oħra preċedenti fl-1998 u fl-2000, iżda peressli ma sarux ir-Ranges imwiegħda mill-Aministrazzjoni preċedenti, l-MSSF kellha bilfors tirtira l-applikazzjoni. Il-Federazzjoni tappella lill- Oppożizzjoni sabiex tappoġġja dan il-proġett u li ma ndaħħlux fl-arena politika partiġjana. Ix-shooting range f 'Ta' Kandja -ewwel stadji tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201