Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 Tifel jinfaqa' jibki fl-awla xħin jisma' li se jibqa' arrestat TIFEL ta' 14-il sena nżamm arrestat wara li tressaq il- Qorti akkużat li seraq rota li tiswa €573. Fil-qorti nstema' kif it-tifel, li jagħmel użu mid-droga, seraq rota ta' WeThePeople nhar l-Erbgħa 28 ta' Frar minn Triq l-Inkurunazzjoni f 'Bormla. L-akkużat, li ismu ma jistax jixxandar minħabba l-età, wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Id-Difiża talbet lill-Qorti biex ikun ippreparat rapport ta' qabel is-sentenza qabel ma jingħata ġudizzju. "Ma hemm l-ebda programmi kontra d-droga għall-persuni tal-età tiegħu," saħqet l-avukat. "Id-droga qed taffettwa l-imġiba tat- tifel." Il-prosekuzzjoni u eventwalment il-Maġistrat, qablu mat-talba tad-Difiża. It-tifel infaqa' jibki fi tmiem is-seduta meta l-Qorti ddeċidiet li ma tatihx il- ħelsien mill-arrest u jinżamm arrestat sakemm ikun lest ir- rapport fi żmien ħmistax. Huwa se jkun qed jinżamm f 'taqsima apposta tal-ħabs. Il-Qorti ordnat ukoll li l-każ ikun segwit minn tim ta' professjonisti li għandhom jevalwaw ukoll il-progress li jkun għamel. Poġġielha sikkina m'għonqha… GRUPP ta' nisa kienu qegħdin bilqiegħda fuq ħajt baxx jistennew barra l-klabb meta resqu żewġ irġiel ħdejhom. Wieħed staqsa għal sigarett u staqsa wkoll jekk Mikaela għandhiex għarus. Lanqas laħqet weġbitu li ma ħariġx sikkina u ppuntaha ma' għonqha. Din kienet parti mill- esperjenza li għaddew minnha grupp ta' tfajliet, inkluż il-kantanta Mikaela Attard, meta nhar is-Sibt 18 ta' Frar sfaw allegatament attakkati minn Munir Mohamed Ali Gammudi mil-Libja u li għandu 37 sena. Huwa qed ikun akkużat b'serq aggravat u li kien qed iġorr sikkina fuqu meta seħħ l-attakk. Meta kienet qed tixhed illum fil-Qorti, il-ħabiba ta' Mikaela, Monica Agius spjegat kif malli għamlilha s-sikkina ma' għonqah, Mikaela qabdet tippanikkja u qaltlu "int bis-serjetà?" qabel ma tagħtu daqqa bil-handbag u t-tfajliet telqu kollha jiġru. Dan sakemm l-irġiel laħquhom bl-akkużat jagħti numru ta' daqqiet ta' sikkina lil Mikaela, jew għallinqas b'Agius tara lill-akkużat jagħmel movimenti li kienu jidhru illi kien qed jagħtiha daqqiet ta' sikkina. F'dak il-punt l-akkużat flimkien ma' xi irġiel oħrajn qabdu jiġru bit-tfajliet, jiġru warajhom. Fil-qorti Agius spjegat kif huma bdew jiġru wara l-irġiel mhux biex jilħquhom imma biex jgħaddu minn fejn stabbiliment fejn kien hemm il-bouncers u allura jattiraw l-attenzjoni. L-akkużati spiċċaw mal-art wara li qabduhom l-uffiċjali tas-sigurtà. Wara li l-vittmi marru l-għassa tal-Pulizija fejn għamlu rapport, reġgħu lura lejn l-istabbiliment fejn kienu qegħdin meta ġew attakkati. Il-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed evidenza biex jibdew proċeduri kriminali kontra Gammudi. L-Avukat Noel Bartolo qed jidher bħala difiża filwaqt li l-Ispettur Matthew Spagnol qed imexxi l-Prosekuzzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201