Illum previous editions

illum 4 March 201

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/949293

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 04 ta' Marzu 2018 | illum Sports 31 ikel sustanzjuż is-sena kollha mbagħad meta tkun riesaq lejn xi kompetizzjoni tbaxxi l-karboidrati u x-xaħmijiet. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal- bodybuilding importanti? Fiżikament inżid l-eżerċizzju u mentalment nibqa' ffukat u nemmen fiha nnifsi li kapaċi nagħti battalaji lil kull atleta internazzjonali irrelevanti minn liema pajjiż ġej. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika hi r-rebħ ta' dawn il-kompetizzjonijiet. Imma fuqiex tgħaddi l-gudizzji taghha? Il-ġurija tara liema hu dak il-fiżiku l-iktar komplut kemm bħala massa muskolari kif ukoll dwar nuqqas ta' xaħam tal-ġisem, simetrija, proporzjon u posing. Naf ukoll li qabel il- kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu deidrati. Huwa minnu dan? Dik hija drawwa antika. Jekk tkun għamilt preparazzjoni tajba u fit-tul m'għandekx għalfejn tuża dawn il- metodi drastiċi li iktar jagħmlu deni milli ġid. Għaddi messaġġ lil dawk iż- żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw il- bodybuilding. Naf b'ħafna każi fejn il-fitness għen mhux ftit lil żgħażagħ li kellhom diversi problemi. Li żżomm ruħek b'saħħtek u tiekol tajjeb huwa investiment fik innifsek. Kull min jixtieq iktar informazzjoni fuq il-federazzjoni tagħna jista' jissieħeb fil-grupp fuq facebook IFBB Malta jew iżur is-sit elettroniku tagħna, www.mfbbf.org. Ritratti: James Bianchi bħala president Huwa l-president ta' IFBB Malta fejn ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar ħames snin. Jaħdem ħafna għall-akbar ġid tal- bodybuilding u l-tness, li kulma jmur qed jikbru l-popolarità f 'pajjiżna. Fuq bażi nazzjonali rebaħ l-overall l- kampjonati nazzjonali għal ħames darbiet. Fuq bażi internazzjonali rebaħ il- kampjonati mondjali darbtejn u l-kampjonati Ewropej darba l-mixed pairs imkien ma' Blanche Coppola. Fuq bażi individwali kklassika t-tieni l-kampjonati tal-Mediterran, ir-raba' l-Kampjonati Mondjali, il-ħames l-Kampjonati Ewropej kif ukoll rebaħ bosta midalji oħra f 'events bħalma huma l-Olympia Amateur u d-Diamond Cup f 'diversi pajjiżi. Ralph Decelis "Il-Bodybuilding għadu mhux Sport Olimpiku għax hawn min għadu jqisu li mhux Sport."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 March 201