Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' April 2018 Intervista 12 "Fil-ħabs hemm ħafna nies jieħdu d-droga… qerditu ħabs." Din il- ġimgħa l-politika ġibdet għal fuqha l-attenzjoni kollha u meta jiġri hekk nispiċċaw ninsew realtajiet oħra u sitwazzjonijiet li jsibu ruħhom fihom persuni vulnerabbli. Iżda mhux il-gazzetta ILLUM. Din il-ġimgħa żorna l-uffiċini tar-RISe fil-Belt Valletta u tkellimna ma' Jacob*, eks priġunier li jinsab determinat li ma jerġax jirfes l-għatba ta' dak li sejjaħlu bħala "infern." Jacob ma qagħadx idur mal- lewża. Il-problema tad-droga fil-ħabs hija reali. Jacob stess ma kienx jieħu d-droga. Daħal il-ħabs taħt arrest wara li kien seraq għall-vizzju. Ħareġ wara xahrejn u kien hemm li beda jieħu d-droga. Reġa' daħal il-ħabs, din id-darba għax instab ħati li seraq biex ikun jista' jixtriha. "Ma għandek xejn x'tagħmel. Jew taħdem jew tkompli tgħaffeġ. Jien hawn tfottejt… jiena dħalt fuq serq, ħriġt u dħalt fuq xi ħaġa oħra. Tant tinfluwenza ruħek, tant tisma' affarijiet, li qatt ma tista' tieħu r-ruħ, għax il-ħin kollu tisma' affarijiet negattivi. Immaġinak ħames snin kuljum tisma' l-ħażin." Kien hawn li Jacob insista li l-ħabs jeħodlok l-identità tiegħek. "Anke wiċċek u l-kulur tiegħek jinbidel… jien spiċċajt ma nafx min jien, la nidħaq, la nibki, xejn. Dawn huma kollha sintomi tal-ħabs. "Bilqiegħda jieħdu d-droga…" L-ewwel darba li semma d-droga, Jacob kien qed jitkellem magħna fuq ix- xogħlijiet u r-rutina fil-ħabs. Biex titħalla taħdem fil- kċina, jew f 'xi dipartiment irid ikollok reputazzjoni tajba u ma hemmx ħafna x'tagħmel lanqas. Fi kliem Jacob, jekk hemm 700 ruħ, 50 biss jingħataw irwol. U l-oħrajn kif iqattgħu l-ġurnata? "Bilqiegħda fid- divisions jieħdu d-droga." Imma s-sigurtà essenzjali fil-ħabs. Id-droga kif tidħol? "Id-droga mhux se tgħaddi minn ġol-ħajt," saħaq Jacob. "Ma tridx tkun gradwajt biex tasal għall-konklużjoni. Xi ħadd li joħroġ barra u jerġa' jidħol." Wieħed irid isemmi wkoll li huwa sinjal pożittiv meta jinqabdu persuni jippruvaw idaħħlu d-droga fil-ħabs jew inkella tinstab fil-ħabs stess. Mhux l-ewwel darba li gwardjan inqabad dieħel il-ħabs bid-droga jew inkella b'xi mowbajls. Fi Frar li għadda kienet saret spezzjoni "intensiva," u skont il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali kienu nstabu internet key u trab suspettuż f 'locker ta' priġunier, bil-Ministru Michael Farrugia jwiegħed li dawn it-tfittxijiet se jibqgħu jsiru b'mod regolari. "Ġurnata bilqiegħda fuq it-taraġ… jien fil-ħabs ħadt id-droga" Ma' Jacob imxejna pass pass, mill-ewwel xhur tiegħu fil-ħabs sakemm sar raġel liberu madwar sena ilu. Jacob daħal il-ħabs meta kellu biss 16-il sena. Daħal b'sentenza ta' sentejn, iżda fl-ewwel xhur tiegħu nqatgħu xi sentenzi oħra u spiċċa weħel sitt xhur u nofs. "Ma stajtx naċċettaha. Sitt snin għad għandi 16-il sena! Imma trid u ma tridx ikollok toqgħod," saħaq Jacob. L-aktar ħaġa li kienet iddejqu kienet dik li ma kien ikollu xejn x'jagħmel. "Immaġinak ġurnata sħiħa, mit-tmienja ta' filgħodu sat-tmienja ta' filgħaxija bilqiegħda fuq taraġ ma tista' tagħmel xejn." Hawnhekk id-diskors reġa' waqa' fuq id-droga. Fi kliem Jacob, id-droga tħarrbek mir- realtà. Taf li bid-droga tista' taħrab il-ħabs… Jien fil-ħabs ħadt id-droga." Mhux faċli tagħmel ġurnata tiċċassa beda jinsisti Jacob. "L-uniku ħaġa li tispiċċa tagħmel biex inti tħossok b'saħħtek hija li tiġġieled. Ara kif tispiċċa!" "Fil-ħabs ma hemmx riforma…" Imma bil-ġlied, jew kelma żejda, jiġu wkoll il- konsegwenzi. F'sena waħda biss, Jacob laqqat 100 rapport u dan kien ifisser 16-il ġurnata maqful ġo ċella. Kien hawn li Jacob induna li ma jistax jibqa' sejjer hekk. "Hawn għidt hemm bżonn nagħmel xi ħaġa. Mela jiena diġà qiegħed il-ħabs inpatti għal dak li għamilt u issa se naqla' kastig ieħor fil-ħabs stess? Se nibqa' ngħaxxaqha?" Iżda Jacob insista li l-bidla seħħet bis-saħħa tiegħu, mhux minħabba r-riforma. Fil-fatt, meta staqsejnieh jekk il-ħabs jgħinekx tirriforma ruħek, Jacob ma qagħadx idur mal-lewża. "Fil-ħabs ma hemmx riforma. Biex tirriforma ruħek inti trid tkun," insista Jacob waqt li qabbel l-esperjenza tiegħu fil-ħabs għal meta kien qed jgħix fil- komunità, fir-residenza tal- Fondazzjoni RISe. "Sakemm kont hemm jiena ma kien hemm ħadd jimbuttak." "Kieku jien inbiddel l-uffiċjali kollha…" Hawnhekk Jacob tkellem fuq l-uffiċjali tal-ħabs, li huma l-aktar nies li magħhom il-priġunieri se jkollhom kuntatt. Spjega li biex priġunier ikellem lid-Direttur tal-ħabs irid jibgħatlu ittra u jwassluha l-uffiċjali. Qal li kien kiteb xi 60 ittra u qatt ma bagħtu għalih, sakemm darba inzerta lid-Direttur u staqsieh għalfejn. Iżda d-direttur qallu li qatt ma waslet ittra waħda għandu. "Dawn huma l-uffiċjali li suppost jgħinuna. Hemm il- korruzzjoni sfortunatament. Jekk dan uffiċjal u jaf li lili trattani ħażin, jaf li fl-ittra abbli se jkun hemm ismu… kulħadd se jibża' għal ġidu," kompla Jacob. Meta staqsejna lil Jacob biex jagħżel xi ħaġa li jbiddel fil- ħabs, ħasadna bir-risposta. Ħsibnieh se jgħidilna l-ikel, jew ir-rutina jew l-ambjent. Iżda t-tweġiba tiegħu kienet l-uffiċjali. "Mhux l-ewwel darba li qatt ma sibt għajnuna. Il-ħabs huma jmexxuh. La l-Ministeru, la d-Direttur, imma huma… Kemm kont ilni hemm jien inbiddlu ħames diretturi. B'ħames diretturi qatt ma nbidel xejn u ħadd ma żamm, għalfejn? Għax l-uffiċjali jmexxu l-ħabs," insista Jacob. "Mhux qed ngħidlek li ma hemmx uffiċjali tajbin, imma n-nagħġa s-sewda tħarbatlek il-merħla." Hawnhekk wieħed irid isemmi li l-uffiċjali tal- ħabs qed jingħataw taħriġ speċjalizzat qabel ma jidħlu jaħdmu fil-ħabs. Għax ngħiduha kif inhi, gwardjan tal-ħabs mhux qed jaħdem f 'ambjent faċli. Jacob jibda jinbidel… Malli Jacob ħareġ minn dik iċ-ċella li fiha dam 16-il ġurnata maqful, iddeċieda li jitlob lit-tmexxija tal- ħabs biex jagħtuh xi ħaġa biex jgħaddi l-ħin. Tawh biċċa kamra fejn ikun jista' joqgħod ipinġi, għax dan hu wieħed mill-passatempi favoriti ta' dan iż-żagħżugħ. Minn hemm bdew jingħataw diversi opportunitajiet lill- priġunieri. Diversi għalliema tal-arti għadhom sal-lum iżuru l-ħabs ta' spiss. Sakemm dam il-ħabs, Jacob saħansitra tgħallem ukoll idoqq il-kittarra. Ir-residenti tal-ħabs bdew jingħataw ukoll xogħlijiet varji, fosthom anke fil-kċina tad-diviżjoni. "Mhux biżżejjed li tagħmel music room…" Qed isiru wkoll ħafna affarijiet u attivitajiet, anke bl-għajnuna tal-LEAP, tant li Jacob qal li l-affarijiet inbiddlu ħafna. Iżda dan biżżejjed? Jacob insista li fadal xi ħaġa li hija essenzjali u sabha biss meta niżel ir- RISe. "X'inhu l-veru bżonn? L-edukazzjoni jew dak li vera għandu bżonn l-individwu? Bdew jagħmlu ħafna affarijiet biex jagħmlu ħoss imma l-veru bżonn ħadd ma jagħti kasu." X'inhu dan il-bżonn? "Li jekk bniedem ħareġ mill-ħabs ma jerġax jidħol lura. Min ma għandux daqshekk rabta mal-familja, tgħinu biex isaħħaħha. Jekk ma għandux flus jew ma għandux xogħol tgħinu jsib xogħol biex meta joħroġ hemm barra jsib xi ħaġa taħt rasu… dawk huma l-bżonnijiet ta' veru." X'jaħseb dwar l-ambjent tal-ħabs? Kanċelli, ċelel, ħmieġ u nuqqas ta' ikel… dawn huma l-affarijiet li jiġuna f 'moħħna meta naħsbu fil-ħabs. Forsi għax hekk naraw fil-films jew hekk imdorrija nisimgħu. Imma l-ambjent tal-ħabs kif inhu? "Dejjem l-istess nies, dejjem l-istess rutina, dejjem l-istess riħa," qal Jacob. "Kuljum l-istess." U r-rutina normali kif tkun? "Tqum filgħodu, tittieħed ir-rassenja, taħsel iċ-ċella, tista' timmaġina x'breakfast… kollox bil-ħin, iċċempel, tinħasel, kollox bil-ħin." 'Id-droga ma tgħaddix minn ġol-ħajt... ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Għall-ewwel darba il-gazzetta ILLUM 'tidħol' fil-ħabs permezz ta' es- perjenza ta' eks ħabsi u l-istorja hija pjuttost xokkanti... grazzi għal RISe imma sab ħafna u ħafna għajnuna Ftit priġunieri għandhom il-possibbilità li jaħdmu… l-oħrajn bilqiegħda fid- divison jieħdu d-droga " " Il-ħabs imexxuh l-uffiċjali, la d-direttur u lanqas il- Ministeru " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018