Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' April 2018 16 Opinjoni Il-poodle bħas-soltu moħħu tajjeb, irnexxielu jaqbad tajp tat-telefonata bejn Joseph Calleja t-tenur u Matthew Caruana Galizia, it-tifel tal-aħjar ġurnalista tad-dinja (għal finijiet ta' korretezza ttraduċejna kollox bil-Malti għax parti mid-diskors huwa bl-Ingliż. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Drin, Drin, Joseph Calleja jħares lejn it- telefon, it-tazza tal-inbid f 'idejh. "Hello, min hemm? Matthew CG: Jien, Joseph. JC: Hello, kif int. Matthew CG: Kuntent li mhux qed ngħix f 'dak il-pajjiż misħut. JC: Għal-liema pajjiż qed tgħid? Matthew CG: Jaqq għal Malta, u dawk in-nies koroh li jgħixu hemm. JC: Għidli xi trid. Matthew CG: Ara ħa ngħidlek, jiena smajt li ser tmur tkanta quddiem dak l-istronz ta' Prim Ministru u mhux hekk biss, ser titħallas minn Henley. Ma tistax tmur? JC: Għaliex? Matthew CG: Għax dawn mafja, u lanqas ma għandi għalfejn ngħidlek li kullħadd jaf minn hemm wara l-qtil tal- mummy. JC: X'inti tgħid li Muscat qatilha hu. Matthew CG: Kemm int injurant bħan- nies kollha f 'Malta. Inti taf li impossibli li dawk it-tlieta qatluha mhux għax kien hemm xi ħaġa politika. JC: Imma għandek xi prova? Matthew CG: Kemm int ardit- Kemm int pastaż- Kemm int retardjat- Ma għandix bżonn ikolli prova. Naf x'jiena ngħid u aħna ta' Caruana Galizia għandha moħħna tajjeb mhux bħalkom sriep għall-flus. JC: Ma rridx inkun personali, imma ma tantx hemm storja li l-familja tiegħek ma tħobbx flus. Matthew CG: Kemm int baxx. Kemm int injurant. Aħna dejjem ħdimna għall- flus u qatt ma morna nkantaw quddiem nies qattiela. JC: Imma inti x'inti tgħid? Matthew CG: Jiena qed ngħid li jekk ser tmur tkanta Henleys stenna l-vomtu mingħandha. Jiddispjaċik għal dejjem. JC: Qed theddidni. Matthew CG: Le, imma qed inwiegħdek, għax aħna rridu niġġieldu s-sewwa u mhux ser nħallu xi Gorilla bħalek tagħti krettu lil Muscat. JC: Imma xi tridu? Li jitlaq Muscat u jidħol Delia? Matthew CG: Jiena niġi altament ala bieb il-bubun x'jiġri Malta. Muscat u Delia għalija l-istess pezza. It-tnejn li huma żibel, żibel, żibel… JC: Jiġifieri trid anarkija? Matthew CG: Jien irid li inti tobżoq f 'wiċċ u nitnejjek x'jiġri minn pajjiżi, jaqq, jaqq! JC: Okay qed nifhmek imma jiena m'iniex ċippitattu ma nbiddilx il- pjanijiet hekk. Matthew CG: Tinsiex imbagħad tiġi għandi u ngħidlek: I told you so. JC: Qed theddidni? Matthew CG: Inti ħmieġ tal-art? Jien nagħmel bħalma dejjem għamilt, u kulħadd jobdini. Lil Tony meta għedtlu over my dead body jieħdu l-laptop tal- mummy, obdieni. JC: Tony min hu? Matthew CG: Tony Vella, il-maġistrat. Kulħadd jagħmel kif ngħidlu. JC: Imma qed tinduna kemm issir ħsara lill-pajjiż. Matthew CG: X'ala ż****. Jiena daqshekk Malta tista' tisparixxi għalija. JC: Ċaw mela. Matthew CG: Tinsiex Joseph għax malajr infakkrek. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle minn Carmel Cacopardo M eta nfittxu ftit fid-dokument intitolat "Pjan Strateġiku għall- Ambjent u l-Ippjanar" li nsibuh biss bl-Ingliż: Strategic Plan for Environment and Development (SPED) il-kelma "prinċipju" ma ssibhiex b'nemes. Min-naħa l-oħra meta nfittxu l-istess kelma fl-Att dwar l-Ippjanar tal- Iżvilupp (AII) tal-2016, insibu tliet referenzi għall-prinċipji, prinċipji gwida li għandhom ikunu osservati mill-Istat Malti huwa u jmexxi l-quddiem "sistema komprensiva sostenibbli tal-ippjanar tal-użu tal-art". Dawn il-prinċipji gwida huma spjegati fil-qosor fl-artiklu 3 tal- AII tal-2016. Dawn il-prinċipji jemfasizaw li l-ippjanar tal-użu tal-art għandu jilħaq l-iskop li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja, fl-interess tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Dan l-iskop hu kkwalifikat bil-kwotazzjoni standard mir-rapport tal-1987 ta' Gro Harlem Brundtland (Our Common Future): li dan irid isir mingħajr ma jkunu kompromessi d-drittijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. Dan ifisser li fl-AII tal-2016 hemm referenza għall-ħtieġa tas-sostenibilità. Imma lkoll nafu li dan hu daħq fil-wiċċ għax fir-realtà, f 'Malta, l-Awtorità tal-Ippjanar la tħares l-interessi tal-ġenerazzjonijiet preżenti u wisq inqas dawk tal- ġenerazzjonijiet futuri. L-artiklu 3 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp tal-2016 jelenka d-diversi miżuri li jridu jittieħdu. Huma miżuri speċifiċi u varjaw, fost oħrajn, mill-ħtieġa illi l-Gvern permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar "jippreserva, juża u jiżviluppa l-art u l-baħar għal din u għall-ġenerazzjonijiet futuri", u li jassigura illi "l-policies nazzjonali tal-ippjanar ma jkunux ambigwi". L-artiklu 4 tal-AII tal-2016 jgħidilna, imma, li ma nistgħux immorru l-Qorti biex direttament ninfurzaw l-applikazzjoni tal- prinċipji fl-artiklu preċedenti, imma, li dawn il-prinċipji huma ta' natura fundamentali u għandhom ikunu mħaddma fl-interpretazzjoni tal-liġi u l-policies tal-ippjanar. Dan iqanqal il-mistoqsija dwar kemm, l-Awtorità tal-Ippjanar, bħala l-aġent tal-Gvern dwar l-ippjanar għall-użu tal-art, qed tosserva dawn il-prinċipji bażiċi u b'mod partikolari jekk ir-regoli tal-ippjanar li qegħdin nagħmlu użu minnhom humiex tajbin biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Kellna bosta dikjarazzjonijiet politiċi dwar kemm l-ippjanar dwar l-użu tal-art għandu jkun ta' għajnuna għall-iżviluppaturi biex jgħinhom idawru lira. L-Iżviluppaturi, jgħidulna, m'għandhomx ikunu ffaċċjati b'inċertezzi, imsieken, għax għandhom dritt jaqilgħu l-għixien tagħhom, anke jekk dan isir kontinwament a spejjeż tal-kwalità tal-ħajja tagħna u f 'kompliċità mal-Awtorità tal- Ippjanar. Nistgħu nistaqsu, pereżempju, dwar kemm ir-regoli dwar il-Pompi tal-Petrol u d-Dijsil huma kompatibbli ma' dawn il-prinċipji bażiċi li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha l-obbligu li timplimenta. Matul dawn l-aħħar ġimgħat kienu diversi d-drabi li ktibt dwar dan. Għalija hu ċar daqs il-kristall li dawn ir-regoli m'għandhom xejn x'jaqsmu mal-prinċipji bażiċi li l-Awtorità tal- Ippjanar għandha l-obbligu li timplimenta. Dan jgħodd kemm għall-forma li għandhom illum kif ukoll jekk jitwettaq il-ftit tibdil fihom li qed tipproponi l-Awtorità tal- Ambjent u r-Riżorsi. Il-Gvern dan jafu, tant li f 'Settembru 2017 tħabbar li "dalwaqt" kienet ser tibda konsultazzjoni pubblika dwar kif (u meta) kellhom jieqfu mit- toroq Maltin karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-dijsil. Minkejja li għaddew kważi tmien xhur id-dalwaqt għadu ma wasalx u din il- konsultazzjoni pubblika għadha ma bdietx. Li l-konsultazzjoni pubblika ser issir "dalwaqt" ma kinitx imħabbra minn xi Minsitru ġdid sforz l-entużjażmu u l-piz ta' Ministeru ġdid. Tħabbret mill-Prim Ministru Joseph Muscat f 'waħda mill-prietki tiegħu ta' nhar ta' Ħadd: dik tar-Rialto Bormla nhar l-10 ta' Settembru 2017. Dalwaqt qal. Jekk "dalwaqt" mhux ser ikollna fit-toroq tagħna karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel, għaliex l-Awtorità tal-Ippjanar tħoss il-ħtieġa li toħroġ iktar permessi għall-pompi tal- petrol u d-dijsil? Ċertament li dan mhux fl-interess tal- ġenerazzjonijiet futuri. Imma l-Awtorità tal-Ippjanar għandha l-inkarigu li tħares l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri. Mhux l-interessi tal- iżviluppaturi. Hu ċar għal kulħadd li l-Awtorità tal- Ippjanar mhux qed tagħmel dmirha. Tilfet kuntatt mal- prinċipji li għandha l-obbligu li timplimenta. Il-"prinċipji" tal- Awtorità tal-Ippjanar carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018