Illum previous editions

ILLUM 22 APR 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' April 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Jien tista' tgħid illi twelidt f 'familja li kienu jħobbu l-futbol. Kemm missieri kif ukoll ommi kienu jilagħbu dan l-isport u kienu joħduni ħafna drabi magħhom kullimkien. Kull fejn konna nkunu arana naqbdu ballun, nagħmlu lasta b'xi ħaġa li kien ikollna bħal basktijiet pereżempju u erħilna nilagħbu bil-ballun. Kien għalhekk illi jien trabbejt f 'dan l-ambjent u eventwalment spiċċajt nilgħab dan l-isport tant popolari madwar id-dinja sakemm wasalt sal-ogħla livelli. Kellimni dwar l-esperjenza li kellek ma' Liverpool. Iva, kienet esperjenza ferm sabiħa ma' Liverpool. Kont ingħaqadt magħhom fis-sena 2001 mingħand Monaco. Għall- istatistika lgħabt 234 partita magħhom f 'seba' snin u skorjajt 21 gowl. Fl- opinjoni tiegħi kont għamilt qabża kbira fil-kwalità għax ingħaqadt mal-aqwa tim fid-dinja. Għadni niftakar qisu lbieraħ meta lgħabt l-ewwel logħba mar-Reds. Kont iddebuttajt fl-24 t'Awwissu 2001 fil-finali tas-SuperCup Ewropea kontra Bayern Munich u spiċċajna rbaħna din il-logħba 3-2. Jien kont tajt kontribut kbir lit-tim għax skorjajt wieħed mill-gowls. Dan kien l-isbaħ mod possibbli kif kelli niddebutta. Għaddejt minn mumenti diffiċli bejn l-2002 u l-2004 b'dan il-flokk iżda rġajt sibt lili nnifsi fis-sena 2005, li nqisha waħda tad-deheb għalija meta dak iż-żmien konna rbaħna l-UEFA Champions League fil-famuża finali kontra Milan. Jien kont tajt l-assist sabiex sar l-ewwel gowl tagħna għalkemm fil- lotterija tal-penalties ma kontx skorjajt ix-xutt mill-11-il metru. Niftakar ukoll li sena wara konna rbaħna l-FA Cup u nibqa' nsostni li dawk kienu l-isbaħ mumenti tal-karriera tiegħi. Nerġa' nirritorna fuq il-logħba finali tal-UEFA Champions League kontra Milan. Kontu qed titilfu 3-0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Iżda jidher illi ġara xi ħaġa fl-intervall. X'kien qalilkom eżatt il-kowċ tagħkom Rafael Benitez biex wasaltu għal dik ir-reazzjoni qawwija? L-ewwel ħaġa li kien għamel dan il- kowċ kien illi biddel is-sistema tiegħu għal 3-5-2 sabiex isaħħaħ iżjed nofs il-grawnd minħabba li kien minn hemm li bdejna nsofru l-aktar. Imbagħad tana motivazzjoni kbira, beda jagħtina aktar kuraġġ filwaqt li qalilna biex infittxu l-ewwel gowl ħalli minn hemm nibdew nemmnu aktar li nistgħu nagħmluha. Apparti minn hekk hu xtaq li naħsbu fil- partitarji tagħna li ġew it-Turkija sabiex jagħtuna s-sapport u eventwalment nirbħu din it-Tazza. Spjegalna li kollox kien għadu possibli u 45 minuta setgħu biddlu l-logħba ta' taħt fuq. Fil-verità kellu raġun għax niftakar illi konna ħriġna qisna ljuni u rnexxielna nilħquhom għal 3-3 sabiex morna għall- ħin barrani. Imbagħad kulħadd jaf x'ġara. Konna rbaħna bil-penalties u dan għalija kien suċċess kbir. Kieku kellek iċ-ċans xtaqt tilgħab taħt il-manager Jurgen Klopp? Iva xtaqt li kieku kelli nilgħab taħt dan il-kowċ. Fil-verità ngħir għall- plejers ta' Liverpool tal-lum il-ġurnata li għandhom kowċ tant dedikat u espert f 'dak li jagħmel. Fi Klopp togħġobni ħafna t-tattika li jaddotta li ħafna drabi tkun waħda offensiva u din hija r-raġuni għalfejn plejers bħal Sadio Mane u Mohamed Salahqed jirnexxu taħt it- tmexxija tiegħu. Taħseb illi Liverpool għandhom il-qawwa sabiex jirbħu l-UEFA Champions League? Iva, bla dubju li għandhom ċans. Jekk toqgħod tqis huma bdew bħala l-inqas tim ikkwotat fil-konfront kontra Manchester City u wara kollox spiċċaw rebħu b'aggregate ta' 5-1. Stajna naraw ukoll kif Roma rnexxielhom jeliminaw lil Barcelona jiġifieri iva, nikkonferma li fil-futbol kollox jista' jiġri. Nixtieq ħafna illi fil-finali li ser issir fi Kiev ikun hemm rebbieħ bejn Liverpool u Roma li wara kollox huma t-timijiet li lgħabt magħhom jien. Nafu illi issa dawn iż-żewġ timijiet ser jiltaqgħu fis-semifinali. Ma' min ser tkun qed iżżomm? Hija mistoqsija diffiċli! Biex ngħidlek is-sew naħseb li ma nżomm ma' ħadd għax jien maż-żewġ klabbs kelli l-mumenti glorjużi tiegħi. Issa li ġew flimkien fis-semifinali ser immur nara ż-żewġ logħbiet kemm f 'Ruma kif ukoll f 'Liverpool, pero' aktar minn hekk nifraħ xorta jirbaħ min jirbaħ. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar Steven Gerrard? Steven Gerrard huwa raġel fuq l-irġiel, karattru li għamel l-istorja ma' Liverpool u li baqa' leali lejn il-kuluri tal-klabb. Huwa bniedem li mhux kburi b'dak li għamel apparti li kien captain eżemplari. Huwa dejjem offra l-għajnuna tiegħu lill-plejers filwaqt illi jieħu ħsiebhom bl-aħjar mod possibli. Meta ngħid hekk irrid infisser illi dejjem kien jagħti kas x'qegħdin inħossu bħala plejers filwaqt illi kellu l-kariżma neċessarja biex iqawwilna qalbna. Inqisu wkoll bħala raġel tal-familja minħabba li kien jagħti ħin għaliha wkoll. Apparti minn hekk miegħu wkoll konna nħossuna bħala familja minħabba li hu kien jgħaqqadna bħala grupp. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek ma' Roma. Ma' Roma kont ngħaqadt magħhom fis-sena 2008. Fil-bidu meta mort magħhom kelli problema għax huma ma kinux jafu Ingliż u jien ma kontx naf bit-Taljan. Kellna problema ta' lingwa iżda minkejja kollox dejjem tajt il-mija fil-mija tiegħi apparti li kont ferm għal qalbi magħhom. Inħoss in-nuqqas ta' grupp ta' partitarji Romanist imsejħa La CurvaSud illi tant kien jissapportjawni. Apparti minn hekk Ruma hi belt mill-isbaħ u mhux ta' b'xejn hija l-belt kapitali tal-pajjiż. F'dawn l-aħħar seba' snin kemm ili nieqes minn hemm, kelli ċ-ċans immur darbtejn u tista' tgħid illi d-diriġenti Giallorossi dejjem laqgħuni mill-aħjar li jistgħu. Wara kollox ħadt gost illi komplew il-mixja tagħhom fil- UEFA ChampionsLeague. Naf li għamilt żmien mhux ħażin tilgħab ma' Francesco Totti. Tista' tiddeskrivih personalment? Nista' niddeskrivi lil Francesco Totti bħala l-alla ta' Ruma illi għamel il- karriera kollha tiegħu jilgħab ma' dan it-tim. Kien plejer mill-aqwa anke bħala karattru. Kien ikellimni ta' spiss u kien jara li ma jonqosni xejn. Nikkunsidrah bħala mexxej kemm fil-grawnd kif ukoll barra. Totti huwa bniedem ċajtier ukoll u meta kien ikun hemm dik it-tensjoni qabel xi logħba mportanti, niftakar illi kien jiċċajta sabiex iqawwilna qalbna. Żgur li ma tiddejjaqx fil-kumpanija tiegħu. Jien narah bħala plejer u captain fantastiku li twieled biex ikun hekk. Riċentement għamlulek monument fin- Norveġja. X'ħassejt meta sirt taf b'dan kollu? Ifhem il-fatt illi għad għandi 37 sena u jagħmlulek statwa hi xi ftit partikolari. Biex tgħaxxaqha l-istatwa tidher mhux ħażin għax mhux daqshekk żgħira. Wara kollox huwa ta' unur għalija illi l-federazzjoni Norveġiża rrikonoxxiet dak li għamilt għal pajjiżi u għall-karriera personali tiegħi. Wara kollox din mhux xi ħaġa ta' kuljum li jkollok statwa għalik. Int lgħabt kontra Malta erba' darbiet u skorjajt ukoll żewġ gowls kontrihom. X'tiftakar minn dawn iż-żewġ partiti li lgħabt? Qabel ma lgħabna kontrikom qatt m'għamilniha fatta li ser nirbħu żgur. L-ewwel darba li skorjajt kien fl-2005 meta lgħabna partita ta' ħbiberija 'Forsi sa sentejn oħra nerġa' nkun fostkom Cristian Antony Muscat John Arne Riise - futboler tal-ogħla livell meqjus minn ħafna bħala l-aqwa plejer -istorja tal-futbol Norveġiż, u li -aħħar snin sar magħruf ma' Liverpool -Ingilterra u ma' Roma -Italja. "Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji Maltin ta' Roma u ta' Liverpool tal-merħba li tawni anke bħala klabb tal-partitarji minħabba li hu ferm sabiħ li tiltaqa' ma' nies illi jżommu ma' dawn it-timijiet. Ngħid lill-Maltin kollha grazzi talli laqgħuni u biex inkun onest miegħek qed naħsibha darbtejn sabiex niġi ngħix hawn Malta għax verament laqtitni din il- gżira."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 APR 2018