Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/972189
5 Il-Ħadd 22 ta' April 2018 | illum Aħbarijiet klassijiet għall-istudenti Melliħin skola u jkun hemm spazju biżżejjed għal dawn it-tfal. "Ma tistax tfaqqa' subgħajk u tfaqqas skola..." "Fortunatament din il- faċilità (Mellieħa Sports Club) qiegħda kemm taqsam it-triq mill-iskola primarja tal-Mellieħa u allura għalina kienet komda, bil-faċilitajiet jinbidlu u jsiru addattati biex jaċċettaw fihom it-tfal u b'hekk inkunu nistgħu nużawha bħala annex," saħaq il-Ministru. Għal dan il-għan, jekk il-Mellieħa Sport Club qed jagħti €931 kull sena, il- Gvern qed iħallas €18,240 biex juża l-faċilitajiet. Skont ir-rapport uffiċjali tas-seduta, il-Ministru Bartolo kien insista li din mhux is-soluzzjoni ideali għax, fi kliemu, l-aħjar huwa li "nkabbru l-iskejjel u nestenduhom," iżda fl- istess nifs qal "ma tistax tfaqqa' subgħajk u tfaqqas skola." Billboards qabel l-elezzjoni u pjanti quddiem il-PA... Kien hawn li beda l-pjan biex din l-art tinbidel f 'estensjoni tal-iskola, anke għax il-popolazzjoni tal- Mellieħa baqgħet tikber. Wara li fl-2013 kien rebaħ il-Partit Laburista, ma kien issemma xejn aktar dwar din l-iskola, sakemm ġimgħat qabel l-elezzjoni li għaddiet tpoġġew żewġ billboards biswit din l-art b'impressjoni artistika ta' kif ġejja l-estensjoni tal- iskola. Minkejja dan, sorsi infurmati qalu ma' din il-gazzetta li dik l-impressjoni artistika hija differenti minn dak li hu ppjanat li jsir, anke wara li l-pjanti tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mill-Ministru Evarist Bartolo wara Mistoqsija Parlamentari mill-Whip tal-Oppożizzjoni u Deputat Mellieħi, Robert Cutajar. Għall-istess Mistoqsija Parlamentari, li saret fl-10 ta' April li għadda, il-Ministru insista li ma setax jagħti t-timeframes tal-proġett għax "dawn jiġu stabbiliti meta jinħarġu l-permessi mill- Awtorità tal-Ippjanar." Intant, f 'ħolqa fuq is-sit tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS), li titratta l-proġetti ewlenin li l-Fondazzjoni qed taħdem fuqhom u li jridu jkunu lesti sal-2019, l-estensjoni tal-iskola tal-Mellieħa ma tissemma mkien. Dan minkejja, li għall- Mistoqsija Parlamentari oħra tad-Deputat Robert Cutajar u li saret fl-10 ta' Ottubru tal-2016, il-Ministru Bartolo kien qal li "hu ppjanat li ssir estensjoni tal-iskola tal-Mellieħa fl-2018. Deċiżjonijiet tekniċi u applikazzjonijiet għandhom isiru għal ħabta ta' nofs l-2017." X'se tinkludi l-estensjoni? Biżżejjed? Skont l-aħħar pjanti, bl-estensjoni tal-iskola se jkunu qed jiżdiedu madwar 25 klassi, apparti kamra tal-IT u librerija, fost oħrajn. Taħt l-istess estensjoni se jkun qed jinbena parkeġġ ta' żewġ sulari. Minkejja dan, l-istess sorsi qalu li kieku jintuża l-potenzjal kollu tal-art, il-parkeġġ jista' faċilment jinżel żewġ jew tliet sulari oħra u jaqdi wkoll il-bżonnijiet tar- residenti. Apparti hekk, wara li flew il-pjanti, sorsi nnuttaw kif is-sala tal- iskola preżenti, li tintuża mill-komunità tal- Mellieħa, mhux se tkun minsusa. Fi kliemhom hemm fejn din is-sala titwaqqa' u tinbena mill- ġdid biex tkun akbar u taqdi aħjar il-bżonnijiet tal-iskola u dawk tal- għaqdiet tal-Mellieħa. Bħalissa, din is-sala tesa' madwar 400 persuna. Proġetti li l-FTS intrabtet tlesti sal-2019 • Skola primarja ġdida għall-Kulleġġ Marija Reġina f 'San Pawl il-Baħar (Qawra) • Skola primarja ġdida għall-Kulleġġ San Tumas Moore f 'Wied il-Għajn • Skola primarja ġdida fir-Rabat Għawdex • Ristrutturar tal-iskola primarja tal-Kulleġġ Santa Tereza fl-Imsida. • Estensjoni ma' waħda mill-binjiet tal-primarja tal-Kulleġġ San Nikola tar-Rabat • Estensjoni tal-iskola primarja tal-Kuleġġ Santa Klara ta' Pembroke • Bini ta' sala ġdida għall-Kulleġġ San Thomas Moore ta' Santa Luċija • Villaġġ għall-Edukazzjoni u l-Isport fil-Ħamrun • Childcare Centre f 'San Ġiljan • Laboratorji għal suġġetti vokazzjonali fl-iskejjel sekondarji kollha • Ċentru multisensorju ġdid fl-iskola primarja tal-Marsa. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Data: 22 ta' April 2017 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ Miżura 11 – Biedja Organika Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall- Fondi tal-UE u Djalogu Soċjali, jixtieq javża li qed jintalqgħu applikazzjonijiet għal għotjiet kif stipulat taħt is-Sotto-Miżura 11.1, 'Pagamenti għall-konverżjoni għal prattiki u metodi ta' biedja oraganika', u Sotto-Miżura 11.2, 'Pagamenti biex jinżammu sistemi u metodi ta' biedja organika', taħt il-Programm tal- iżvilupp Rurali (PŻR) 2014-2020 għal Malta. Sotto-Miżura 11.1 'Pagamenti għall-konverżjoni għal prattiki u metodi ta' biedja oraganika' Is-sotto-miżura 11.1 tkopri appoġġ lil bdiewa u gruppi ta bdiewa li jridu jaqilbu għal prattiki ta' biedja organika. L-għajnuna biex tkun tista taqleb se tkun applikabli għall-ewwel sentejn. Raba' li ga' ibbenefikaw minn appoġġ fil-passat ma humiex elliġibli taħt sotto-miżura 11.1. Sotto-Miżura 11.2 'Pagamenti biex iżomm pratiċċi u metodi ta' biedja oraganika' Is-sotto-miżura 11.2 tkopri appoġġ lil bdiewa u gruppi ta bdiewa li jridu iżommu pratiċi ta' biedja organika (għall minimum ta' 5 snin). Din il-miżura se toprovdi għajnuna li bdiewa li ġa qed jipprovdu prodotti organiċi u li ma benefikawx minn sotto-miżżura 11.1. Kemm għal M11.1 u M11.2, ir-raba' irrid jiġġi rreġistrat ma l-awtorita kompetenti (Malta Competition and Consumer Affairs Authority – MCCAA) Tnehdija Il-linji ta gwida flimkien mad-dettalji kollha huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni: www.eufunds.gov.mt. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn: www.eufunds.gov.mt jew permezz tal-email: rdd.meae@gov.mt.