Illum previous editions

Illum 13 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/981269

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 32

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 13 ta' Mejju 2018 Ir-rotot tal-Malti: Mitt Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' għadd ta' esperti tal-Malti u tal-lingwa dwar il-proposti tal-Gvern għat-tagħlim tal-Malti. Min jaqbel u min ma jaqbilx? WARA li l-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM tkellmet mas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall- Edukazzjoni, Frank Fabri, dwar il-proposti għat- tagħlim tal-Malti, din il- ġimgħa, talbet ir-reazzjoni ta' għalliema u professuri tal-Malti u anke esperti dwar it-tagħlim tal-lingwi. Il-Professur Oliver Friggieri stqarr ma' din il-gazzetta li jittama li l-partijiet kollha jingħaqdu biex jassiguraw li l-Malti jieħu l-istess post li għandha kull lingwa oħra fl-Unjoni Ewropea, oħrajn urew ukoll ix-xettiċiżmu tagħhom u saħqu li filwaqt li l-intenzjonijiet jistgħu jkunu tajbin, ir-riperkussjonijiet jistgħu jkunu negattivi. L-aktar proposta li l-esperti li tkellmu magħna huma xettiċi dwarha, hija dik li l-Malti Akkademiku, il-Malti għall-Barranin u l-Malti Vokazzjonali, jingħataw l-istess livell ta' ċertifikazzjoni fi tmiem is- sekondarja. Oħrajn jisħqu wkoll li l-għażla li l-istudenti tal- Form 2 se jkollhom jagħmlu biex jagħżlu liema rotta għat-tagħlim tal-Malti se jagħżlu, se tkun qed iddaħħalhom fi sqaq għall- għażliet li jkunu jixtiequ jagħmlu fil-futur. Il-ġimgħa li għaddiet, Fabri insista li l-Ministeru mhux kuntent bl-istatistika, li turi kif 61% tal-istudenti jgħaddu mill-O Level tal- Malti. Fi kliemu, dawn il- proposti huma mmirati biex it-tagħlim tal-Malti jkun aċċessibbli għal kulħadd. "Kwistjoni li turi kemm għadna lura ħdejn l-oħrajn" "Il-problema tal-lingwa tibda ħafna qabel is-sekondarja" ILPROFESSUR Oliver Friggieri qal li jaf lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Frank Fabri, bħala wild tad-Dipartiment tal-Malti, bniedem serju u li għandu għal qalbu l-lingwa nazzjonali u dak kollu li jagħtina identità bħala Maltin. Friggieri qal li d-distinzjoni li dwarha qam l-argument kollu hi waħda ċara. "Id-dokument tat-twelid biss juri jekk persuna hix Maltija jew le; din hi kwistjoni legali u mhux akkademika, jew wisq inqas politika. Il-preċedenti antikwati li se jitilgħu fil-wiċċ b'din il-kontroversja dwar l-ovvju". Huwa u jirrifletti fuq din il-kwistjoni, il-Professur Friggieri saħaq li l-preċedenti "antikwati" li se jitilgħu fil- wiċċ b'din il-kontroversja dwar l-ovvju (il-Maltin versus barranin) għandhom ikunu spuniti fi proċess li għandu jwassal biex fi kliemu, il-lingwa nazzjonali tieħu l-post li għandha kull lingwa nazzjonali oħra fl-Unjoni Ewropea. Jemmen li r-riga li għandha tintuża għandha tkun dik Ewropea, li ddeskriviha bħala "moderna u aġġornata," u insista li kemm l-Istat u kemm l-Edukazzjoni għandhom jaħdmu biex l-ewwel u qabel kollox jinnormalizzaw is- sitwazzjoni umiljanti li l-Malti biss għadu fiha. "Il-lingwa nazzjonali ta' Malta għadha 'l bogħod ħafna ħafna mill-kriterji naturali ta' Brussell," qal Friggieri. "Din il-kwistjoni għandha turi kemm għadna lura ħdejn l-oħrajn" u jittama li "l-istituzzjonijiet kollha li jemmnu fil-lingwa jingħaqdu biex il-Malti jikseb il-prominenza li għandu kull ilsien nazzjonali ieħor fl-Istati Ewropej." TLABNA wkoll ir-reazzjoni tal-Professur Marie Alexander mill-Istitut tal-Lingwistika fi ħdan l-Università ta' Malta li fi kliema, il-kwistjoni tat-tagħlim tal-Malti qed tinqaleb ta' taħt fuq. Il-Professur saħqet li l-problema tal-lingwa tibda ħafna qabel is-sekondarja u għalhekk l-argument tagħha huwa li s-soluzzjoni tal- Ministeru mhux se ssolviha. B'reazzjoni għall-istatistika msemmija minn Frank Fabri, (ara aktar 'il fuq), ikkwotat ir-rapport tal-MATSEC li wera kif 32% weħlu mill- Malti (SEC), 38% mill- Matematika (SEC) u 37% weħlu mill-Ingliż (SEC). Il-Professur qalet li l-istatistika turi li għaddew aktar studenti mill-Malti milli għaddew mill- Matematika jew mill-Ingliż. "Se jkun hemm xi programm tal-Matematika vokazzjonali u ieħor tal-Matematika applikata?" staqsiet, waqt li użat l-istess argument ta' Fabri. Mela allura x'hemmm bżonn isir? Marie Alaxander saħqet li t-tagħlim tal-kitba jiddependi ħafna fuq it- tagħrif tal-lingwa mitkellma. "Għat-tfal fil-primarja għandna niffukaw fuq kif nistgħu nestendu l-lingwa mitkellma li jġibu magħhom it-tfal billi noħolqu ambjent li jgħinhom jesprimu dak li josservaw, dak li jaħsbu u jħossu, kif ukoll biex jiddiskutu u jaqdu l-funzjonijiet l-oħra marbuta mal-iżvilupp intellewali tagħhom." Kompliet tisħaq li biex "il-Malti ma jibqax dejjem fit-tieni post," jeħtieġ li mill-primarja jinħolqu aktar riżorsi biex jissaħħaħ il-livell tat-tagħlim tal-Malti u jkunu evitati l-problemi fis-sekondarja. Fost dawn saħqet li l-istudenti, mill-primarja, għandhom ikunu esposti għal mudelli varji mil-letteratura addata għalihom jew kitbiet oħra ppubblikati onlajn. Il-Malti: League, Coppa Italja u ċ-Champions TKELLIMNA wkoll ma' David Aloisio, lettur tal- Malti fil-Junior College li filwaqt li saħaq li japprezza l-intenzjoni tajba ta' min irid jirriforma l-istudju tal-lingwa u tal-letteratura Maltija, fakkar li mhux kull intenzjoni tajba neċċessarjament ikollha konsegwenzi tajbin. Filwaqt li qabel li l-istudenti jingħataw rotot differenti biex jaslu għall-istess destinazzjoni, saħaq li ma jaqbilx li tliet sillabi tal-Malti jingħataw l-istess livell ta' ċertifikazzjoni. "Dan qisek qed tgħid li l-futbolers li rebħu l-kampjonat Malti, dawk li rebħu l-Coppa Italia u dawk li rebħu ċ-Champions League, jingħataw l-istess tazza," saħaq Aloisio. "Qatt ma nistgħu naqblu mal-idea ta' "one prize fits all." Dwar it-tagħlim tal-Malti għall-Barranin, qal li ġieli għallem studenti barranin, li l-ewwel bdew jistudjaw il-Malti għall-Barranin, imbagħad komplew jistudjaw il-Malti Ordinarju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum 13 May 2018