Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656
2 illum | Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet FLINAWGURAZZJONI, tal-proġett tax-shooting ranges f ' Ta' Kandja, il-Prim Ministru Joseph Muscat, qal li dan it- titjib fl-infrastruttura huwa pass kruċjali u f 'konformità assoluta mal-pjan tal-Gvern li jlesti lil Malta għall- futur. Hu sostna li "jħossu kburi bl-isforz li sar biex dan il-proġett ambizzjuż jitwettaq b'mod li huwa sostenibbli ambjentalment." Fid-diskors tiegħu, Muscat fakkar, kif fis- sejħa oriġinali l-proposta kienet li tiġi żviluppata shooting range fiż-żona tal-Bużbeżija. "Dak iż- żmien kienet qamet kritika ġenwina u, meta evalwa kollox, il-Gvern ra li dak ma kienx il-post adegwat. Għax il-proġetti jitwettqu u se jibqgħu jsiru, imma billi nżommu f 'moħħna r-rispett lejn il-bilanċ u s-sens komun", qal il-Prim Ministru. Muscat qal li dan is-sit se joffri diversi benefiċċji fosthom it-tisħiħ tal-forzi dixxiplinati biex il-membri jkollhom l-iktar mezzi sofistikati għat-taħriġ. "F'din iż-żona hemm bażi tad- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati u għalhekk dan il-proġett se jkompli jkabbar l-investiment f 'dawn l-inħawi favur preparazzjoni aħjar tar- riżorsa umana." Il-Prim Ministru Joseph Muscat semma kif, fl- isport tal-isparar, l-atleti Maltin huma ta' livell internazzjonali u ħaqqhom infrastruttura ta' livell internazzjonali. Huwa qal li Malta tista' tkun destinazzjoni sportiva li tattira l-aqwa atleti tad- dinja u turiżmu sportiv ta' kwalità bi proġetti li jkunu ekonomikament vijabbli u li jrendu. Għalhekk, il-Gvern qed jaħdem fuq korsa taż-żwiemel ġdida, trakka tal-motor sport u pixxina indoor, fost oħrajn. Il-Prim Ministru qal li "pajjiżna ma jridx jikkuntenta ruħu biss bil-parteċipazzjoni imma jimmira għas-suċċess." Huwa sostna li l-Gvern se jkompli jinvesti fl- infrastruttura u fi strateġiji ċari biex jinkisbu riżultati ta' kalibru internazzjonali, mhux darba fil, imma b'mod regolari. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia, u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima. Min-naħa tiegħu l-Ministru Farrugia qal li dan il-proġett jixhed koperazzjoni sħiħa u kollaborazzjoni kontinwa bejn ministeri differenti, il-Korp tal-Pulizija, l-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati u Sports Malta. Filwaqt li Grima saħaq li dan il-proġett mhuwiex biss it-twettiq ta' wegħda imma anke t-twettiq ta' ħolma li mijiet ta' dilettanti tal-isport tal-isparar f 'pajjiżna ilhom biha ħafna snin. SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 56 83 75 52 63 1 55 49 Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Valletta Thomas's Pharmacy, 796, Triq il- Kbira San Gużepp, Ħamrun Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Guzepp, Santa Venera Ħerba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara O'Hea Pharmacy, 115, Triq Manoel De Vilhena, Gżira Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kun- gress Ewkaristiku, Mosta Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier (previously "Mellieħa Pharmacy"), Mellieħa St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kotto- nera, Birgu Hompesch Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker, Gudja Milia's Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Żurrieq Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Sannat Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 3 għal 4 BAĦAR: Moderat L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent forza 2 għal 3 li jdur mil- Lbiċ forza 3 għal 4 BAĦAR Qawwi "Pajjiżna ma jridx jikkuntenta ruħu biss bil-parteċipazzjoni imma jimmira għas-suċċess" Trump jaħtar ambaxxatriċi ġdida għal Malta ILWHITEHOUSE ħabbret li l-President Amerikan Donald J Trump ħatar lil Christine J. Toretti bħala l-Ambaxxatriċi l-ġdida tal- Istati Uniti f 'Malta. Fil-passat Toretti kienet il-President u ċ-Chairman tal-S.W. Jack Drilling Company għal aktar minn għoxrin sena. Hija serviet ukoll bħala viċi president tar-Rural Telephone Bank u d-Dipartiment tal- Agrikoltura tal-Istati Uniti, membru tan-National Petroleum Council u kif ukoll membru fuq il-bord konsultattiv għas-Segretarju tal-Enerġija tal-Istati Uniti. Toretti kienet membru tat-tim ta' tranżazzjoni presidenzjali ta' Donald Trump, grupp ta' madwar 100 espert tal-politika, uffiċjali tal-affarijiet tal-gvern u uffiċjali tal- gvern li kienu inkarigati li jindagaw, jintervistaw u jirrakkomandaw individwi għal rwoli kbar fl- amministrazzjoni ta' ġdida Trump.