Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656
10 illum | Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet FLAĦĦAR jiem tqajmu diversi argumenti dwar il- barranin f 'Malta, anke fejn jidħol it-tagħlim tal-lingwa, b'ħafna jargumentaw li l-lingwa hija ċ-ċavetta tal- inklużjoni. Filwaqt li hawn min jagħmel l-argument li l-barranin se jisirqu lill-Maltin mill-identità tagħhom, il-Kulleġġ Santa Klara biddel din id-diversità f 'għadd ta' attivitajiet biex jiġu ċċelebrati, apprezzati u aċċettati kulturi differenti. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Keith Bartolo, il-prinċipal ta' dan il-kulleġġ, li spjega kif fl-iskejjel li jiffurmaw il- Kulleġġ Santa Klara jattendu studenti li ġejjin minn 86 pajjiż differenti. Fil-fatt, minn total ta' 3,054 student, 1,054 minnhom huma studenti barranin. Bartolo spjega kif dan ifisser li b'mod globali, il-medja ta' studenti barranin fil-kulleġġ, hija ta' 35%. Il-Kulleġġ Santa Klara jiġbor fih l-iskejjel primarji tal-Gżira, Pembroke, San Ġwann, Tas- Sliema u San Ġiljan u l-iskola sekondarja ta' Pembroke. X'inhuma l-isidi li ġġib magħha din id-diversità? Din hija realtà li qed jaffaċjaw għadd ta' skejjel f 'Malta, iżda x'inhuma l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-istudenti u anke l-għalliema? Keith Bartolo spjega kif meta l-istudenti jkunu żgħar fl-età, l-isfidi jkunu ħafna inqas għax dawn jintegraw, jissetiljaw u jitgħallmu aktar malajr minn studenti kbar. L-isfida tkun ħafna akbar meta dawn studenti barranin jidħlu fl-iskejjel ta' età akbar, bil-prinċipal jispjega kif apparti l-kulturi differenti, uħud minn dawn l-istudenti jidħlu fil-klassijiet mingħajr ma jkunu jafu la bl-Ingliż u wisq inqas bil-Malti. Fil-fatt, din hija l-isfida ewlenija li jħabbtu wiċċhom magħha l-għalliema. Mhux faċli tikkomunika ma' tfal li la jkunu jafu bl-Ingliż u lanqas bil-Malti. Iżda din il-problema kif tiġi indirizzata? Bla dubju, din l-isfida trid tiġi megħluba, kemm minħabba l-istudenti nfushom u anke għall-għalliema. Iżda x'jista' jsir? Hawnhekk id-diskors minnufih waqa' fuq il- proposta tal-Ministeru għall- Edukazzjoni li jkun introdott sillabu ta' tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija li se jiġi mgħallem lit-tfal barranin. Ħmistax ilu, il-gazzetta ILLUM tkellmet mas- Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall- Edukazzjoni li spjega kif dan is-sillabu se jkun mmirrat biss għal dawk l-istudenti li l-ġenituri tagħhom huma t-tnejn li huma barranin. Il-ġimgħa li għaddiet, diversi esperti tal-Malti u tal-lingwa saħqu ma' din il-gazzetta li l-Ministeru għandu jiċċara min se jkun jista' jistudja dan is-sillabu, għax fi kliemhom, ingħataw ħafna verżjonijiet. Frank Fabri kien qal mal- ILLUM li jista' jkun hemm xi eċċezzjonijiet u staqsa x'se jiġri minn student, li jkollu ġenitur wieħed biss Malti u ma jkunx jista' jaqbad art tal- Malti mgħallem bħala lingwa nattiva. Fi kliem Fabri: "Irridu nkunu saqajna mal-art." Il-KE qed tiżviluppa programm virtwali għat- tagħlim tal-Malti Bartolo fakkar li diġà jeżistu programmi simili, fosthom għat-tfal ta' Maltin li jaħdmu f 'istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell u fil-Lussemburgu u li għal dan kien hemm qbil unanimu għad-dħul fil- korsijiet fl-Università ta' Malta. Fakkar ukoll li jeżistu korsijiet ta' injunction, biex tfal barranin jitħarrġu fil-ħiliet bażiċi fil-Malti bħala lingwa barranija. Apparti minn hekk, bħalissa l-Kummissjoni Ewropea qed tiżviluppa programm virtwali għat-tagħlim tal-Malti għal dawk l-istudenti tal-Erasmus li jiġu jistudjaw Malta għal xi żmien. Ħafna kulturi...kulħadd jitgħallem minn xulxin Staqsejna wkoll lil Keith Bartolo x'inizjattivi jieħdu l-iskejjel f 'dan il-kulleġġ bil-għan li l-istudenti jgħixu flimkien anke jekk ġejjin minn varjetà ta' nazzjonalitajiet. Fil-fatt, Bartolo spjega kif fil-kulleġġ jiġu organizzati diversi attivitajiet biex jiġu ċċelebrati, apprezzati u aċċettati kulturi differenti, biex fi kliemu, "kulħadd jitgħallem mingħand xulxin." Apparti minn hekk, isiru wkoll għadd ta' laqgħat u workshops mal-ġenituri fuq drittijiet, dmirijiet u obbligazzjonijiet li l-partijiet għandhom lejn xulxin. Imniedi ktieb trilingwali... Fost l-inizjattivi, Bartolo spjega kif dan l-aħħar, ġie mniedi ktieb trilingwali bit- titlu 'Kellimni, Let's Talk.' Dan jinkludi l-istorja bil- Malti u bl-Ingliż u spazju fejn it-tfal barranin ikollhom l-opportunità li jiktbu bil- lingwa nattiva tagħhom. Studenti minn 86 pajjiż differenti Fil-Kulleġġ Santa Klara, 35% tal-istudenti huma barranin. X'inhuma l-isfi di li jiff aċċjaw dawn l-istudenti u l-għalliema tagħhom? Ippreparati biżżejjed għal din ir-realtà? Yendrick Cioffi jitkellem mal-Prinċipal tal-Kulleġġ u mal-Professur Carmen Sammut 'Sibna ruħna mhux ippreparati biżżejjed' Iżda mhux kollox huwa ward u żahar u l-isfida tidher li hija kbira. Dwar dan il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Professur Carmen Sammut, Pro Rettur tal-Università, li saħqet li l-iżviluppi tant seħħew malajr li s-sistema edukattiva sabet ruħha mhux ippreparata biżżejjed biex tilqa' lil dawn l-istudenti minn varjetà kbira ta' pajjiżi. "Qed nitgħallmu mill- esperjenza biex nippruvaw inkampaw ma' din is-sitwazzjoni," saħqet il-Professur Sammut. "L-għalliema għandhom bżonn ħiliet ġodda." Fil-ġimgħat li għaddew, din l-isfida kienet diskussa waqt konferenza organizzata mill-uffiċċju tal-Pro Rettur tal-Università ta' Malta għall-Affarijiet tal-Istudenti, il-Fakultà tal-Benessri tas-Soċjetà, il-Fakultà tal- Edukazzjoni u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, bil-għan li twassal għall-politika nazzjonali li tindirizza din ir- realtà fl-iskejjel. Sfida anke fl-Università... Din il-konferenza saret wara laqgħa li l-Professur Sammut kellha mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar id-diffikultajiet li jiffaċjaw refuġjati u persuni li qed ifittxu l-ażil, biex jidħlu jistudjaw fl-Università ta' Malta. Sammut semmiet esperjenzi ta' żgħażagħ li spiċċaw jiġru min-naħa għall-oħra u minn dipartiment għal ieħor bit-tama li ċ-ċertifikati tagħhom ikunu rikonoxxuti anke f 'Malta. Id-diffikultà hija akbar għal dawk iż- żgħażagħ li waslu Malta fuq biċċa dgħajsa u li ftit li xejn inkwetaw biex iġibu magħhom iċ-ċertifikati. Il-lingwa tibqa' ostaklu prinċipali anke f 'dan il-livell. Fost dawn, spjegat li biex jidħlu l-Università dawn iż-żgħażagħ jeħtieġ iġibu dak magħruf bħala 'English Language Proficiency', eżami li jiswa l-flus kemm biex toqgħod għalih u anke biex tistudjah u għalhekk ħafna minn dawn iż-żgħażagħ ikollhom jiddependu fuq għalliema voluntiera. Il-problemi finanzjarji ma jonqsux... Kien hawn li tkellmet dwar il-problemi finanzjarji li jaffaċċjaw studenti refuġjati jew li qed ifittxu l-ażil. Immaġina żagħżugħ li għandu biss €300 fix-xahar u jkun irid jistudja. Kif se jirnexxilu jgħix mingħajr ma jaħdem? L-akbar diffikultà, biex jidħlu jistudjaw l-Università, jaffaċjawha persuni li qed ifittxu l-ażil u persuni oħra li qed jingħataw protezzjoni umanitarja temporanja. Is- sitwazzjoni hija ftit aktar faċli għar-refuġjati, ġaladarba dawn igawdu mill-istess drittijiet tal-Maltin. Forsi nstabet soluzzjoni? Kompliet ukoll ma' dak li qal ir-Rettur tal-Università Alfred J. Vella u spjegat kif jeżistu mekkaniżmi li jistgħu jintużaw biex ikunu mgħejjuna dawk li jixtiequ jistudjaw l-Università iżda ma għandhomx iċ-ċertifikati x'juru. Wieħed minn dawn il-mekkaniżmi huwa dak magħruf bħala Recognition of Prior Learning (RPL). Teżisti l-possibilità li l-esperjenza u t-taħriġ li persuna tkun akkummulat matul is-snin, meta kienet taħdem f 'settur, jagħmlu tajjeb f 'każ li jkollha xi kwalifika nieqsa biex tidħol fl-Università Għalhekk, il-Pro Rettur saħqet li dan l-istess mekkaniżmu jista' jintuża biex jgħin lil dawk l-immigranti li għandhom ċertu esperjenza u taħriġ iżda ma għandhomx magħhom iċ-ċertifikati x'juru. "Konna qed inħarsu biss lejn vagun u mhux lejn il- ferrovija" Iżda hawn il-kliem reġa' waqa' fuq l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom ta' kuljum l-għalliema tal- primarja u tas-sekondarja. Fi kliem Sammut, waqt il- laqgħa li kellha fil-Ministeru biex tiddiskuti l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom żgħażagħ immigranti biex jidħlu l-Università, irrealizzat li l-problema hija ferm aktar wiesgħa. "Konna qed inħarsu biss lejn il-vagun u mhux lejn il- ferrovija" Kien għalhekk li fi kliemha kienet organizzata din il- konferenza li ġabet flimkien lill-istakeholders kollha, mill- għalliema u kapijiet ta' skejjel sa immigranti u studenti, bil- għan li tinħoloq stampa aktar ċara tal-isfidi li jeżistu u dak li hemm bżonn isir.