Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656
illum | Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 Intervista 12 S tħarriġ tal- Ewrobarometru, ippubblikat Frar li għadda, poġġa l-kriminalità fuq nett tal-lista tal-aktar aarijiet li qed jinkwetaw lill-Maltin. Fil-fatt, 45% tal-Maltin li ħadu sehem f 'dan l-istħarriġ semmew il-kriminalità bħala l-akbar problema li għandu l-pajjiż bħalissa. Iżda s-sitwazzjoni hija gravi daqskemm tidher? Din il-ġimgħa, il-gazzetta ILLUM iltaqgħet mal- kriminologu Saviour Formosa li ftit tal-jiem ilu ppubblika r-rapport annwali dwar il- kriminalità rrappurtata f 'Malta. Mistoqsi dwar dan l-istħarriġ, Formosa spjega kif mill-2009 Malta bdiet tesperjenza żieda fil-kriminalità kull sena. Minkejja dan, fl-aħħar sentejn din ir-rata bdiet tistabilizza fl- istess livell. "Din mhijiex l-aktar ħaġa sorprendenti." Kompla jispjega li skont dak li jiġri normalment, meta tiżdied il-popolazzjoni, kemm lokali u kemm internazzjonali, ir-rata suppost baqgħet tielgħa b'rata mgħaġġla. Il-kriminologu spjega kif Malta għandha rata medja ta' 17,000 każ ta' kriminalità għal kull 400,000 persuna. Iżda mbagħad hemm dik magħrufa bħala 'expected crime rate.' Hawn spjega kif jekk il- popolazzjoni żdiedet b'50,000 (bejn turisti u ħaddiema li ġew Malta), suppost kellhom jiżdiedu l-każijiet ta' kriminalità. "F'Malta suppost li l-kriminalità qed tiżdied b'1,500 każ kull sena, xi ħaġa li ma ġratx," spjega Formosa. "Jista' jkun hemm ħafna fatturi li setgħu wasslu għal dan. Fosthom pulizija aktar effettiva u aktar kuxjenza u edukazzjoni fost il-Maltin." 'Hemm differenza bejn il- perċessjoni u r-realtà' Dan ifisser li matul is-sena li għaddiet, suppost ġew irrappurtati 3,000 każ aktar ta' kriminalità, xi ħaġa li ma ġratx. Saħaq li jekk wieħed iħares fit-tul, jinnota kif ir-rata ta' kriminalità mhux talli mhux tiżdied, talli nieżla 'l isfel. Kien hawn li Formosa saħaq li "bejn il-kriminalità rrappurtata u l-perċezzjoni tal-kriminalità hemm baħar jaqsam," waqt li insista li l-perċessjoni hija dettata minn kemm in-nies jisimgħu li qed tiżdied il- kriminalità. Hawnhekk ikkritika politiċi li mingħajr ma jkunu jafu l-fatti, jaqbdu u jfajru li l-kriminalità qed tiżdied. "Persuna waħda hija influwenti biżżejjed biex tbiddilek trend," saħaq Formosa. Ikkritika wkoll persuni influwenti li ma jaħsbux fil- konsegwenzi ta' dak li jgħidu. Insista li meta jinħoloq 'moral panic,' issir aktar ħsara milli ġid u appella biex il-Pulizija titħalla tagħmel xogħolha. Fost oħrajn, ikkritika kumment li għamel pulizija fuq programm televiżiv meta qal li sħabu l-pulizija 'qed jitwerwu,' imorru Paceville. "Dan huwa moral panic," li fi kliemu ma jagħmilx ġid għax inaqqas il- possibilità tal-edukazzjoni fost in-nies. Dwar l-ewrobarometru saħaq li wieħed irid iħares lejn il-kuntest li fih ikun sar l-istħarriġ. Fi kliemu seta' kien hemm reat partikolari li jkun affettwa r-riżultat u allura stħarriġ simili ma għandu qatt iseħħ wara li jkun sar każ kbir ta' kriminalità jew inkella xi elezzjoni. "Fi żmien elezzjoni jista' jkollok mexxej li jgħid xi ħaġa u kulħadd jemmnu u jgħid bħalu," saħaq Formosa. Dan l-isħarriġ li semmejna aktar 'il fuq, kien sar f 'Novembru tas-sena li għaddiet, ftit ġimgħat biss wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 'Jekk se toffri l-opportunità, il-predatur se jiġi' Fid-dawl ta' dan, spjega kif kieku wieħed kellu jħares lejn il-kriminalità minn perspettiva partikolari, jista' jiddefinixxiha bħala l-opportunità li l-vittma joffri lil min iwettaq ir-reat. "Meta l-vittma jew l-entità (għax il-vittma tista' tkun familja, komunità jew l-istat) se toffri l-opportunità, il-predaturi se jiġu," saħaq il-kriminologu u hawn ta eżempju bil-frodi u l-pickpocketing. 'Il-frodi qed jisplodi' Jekk skont ir-rapport is-serq naqas, mhux l-istess jista' jingħad għall-frodi. Fi kliem Formosa, il-każijiet ta' frodi qed jiżdiedu drastikament. Fil-fatt, f 'sena waħda biss, il-każijiet ta' frodi, jiġifieri reati li permezz tagħhom persuna tagħmel il-flus minn fuq dahar ħaddieħor, żdiedu b'238 każ jew inkella b'57%. Kien hawn li spjega kif il- frodi qed jiżdied għax hawn l-opportunitajiet. Ta l-eżempju ta' persuni li jidħlu f 'negozju ma' persuni oħra, għax ikunu jifilħu iżda ma jwasslux għal dak li jkun ippjanat u li qablu fuqu. "Il-frodi qed jiżdied għax hemm l-opportunità u nies li għandhom biżżejjed ġid li ma jindunawx li jkunu ġew iffrodati," saħaq Formosa. "Aktar ma jkun hawn flus fl- idejn aktar se jiżdiedu l-każijiet ta' frodi." Jonqos is-serq... il- pickpocketing l-aktar komuni Tkellem ukoll dwar il- 'pickpocketing' u kif madwar 15-il sena ilu, kien l-aktar komuni fil-Belt Valletta. Dawn il-każi bdew jiżdiedu sena wara sena, tant li sar wieħed mir- reati l-aktar komuni. Mill-ġdid hawn tidħol il- kwistjoni tal-opportunità. "Dan juri li ma hemmx biżżejjed edukazzjoni u kuxjenza. Ħafna Maltin iħallu l-handbag miftuħ, il-mowbajl jew il-kartiera fil-but ta wara... dawn kollha huma opportunitajiet għall- predatur." Jekk wieħed iħares lejn il-kategoriji tal-kriminalità, is-serq inġenerali jibqa' fuq nett tal-lista u jammonta għal 48.2% tar-reati kollha rrappurtati. Il-pickpocketing huwa inkluż ma' din il-kategorija u jammonta għal 12.5% tar-reati kollha mwettqa fl-2017, jew inkella 2,144 każ. Minkejja dan, għall-ewwel darba f 'seba' snin, il-pickpocketing naqas b'303 każi meta wieħed iqabbel mal-2016. "Din hija xi ħaġa pożittiva," saħaq il- kriminologu. F'Novembru tas-sena li għaddiet, din il-gazzetta kienet irrappurtat kif l-għassa ta' Tas- Sliema tirċievi mal-10 rapporti kuljum ta' 'pickpocketing.' Pickpocketing... katina ta' nies Għalkemm ħafna jaħsbu li 'pickpocketing' ifisser li persuna waħda, teħodlok mowbajl jew kartiera minn but jew baskett, ir-realtà hija ħafna aktar differenti. Filwaqt li l-ġlied qed jonqos (ara aktar 'l isfel) għax ġlieda ddumm aktar u faċli tkun irrekordjata, każijiet ta' 'pickpocketing' huma ħafna aktar diffiċli biex ikunu solvuti u għalhekk, għall-ħalliel, huwa reat ħafna aktar sigur. Formosa spjega li ħafna drabi, wara pickpocketing ikun hemm katina ta' ħafna aktar nies. Persuna waħda tisraqlek l-oġġett minn fuqek iżda malajr jgħaddi minn idejn 10 persuni. Semma każ riċenti ta' iPad li nsteraq iżda kellu ċippa u seta' jiġi ttraċċat. Sakemm il-pulizija waslet għall-iPad, dan kien diġà għadda minn erba' jdejn, allura min kien arrestat, ma kienx dak li serqu. Aktar spazji ta' divertiment... inqas vjolenza Fost l-aktar reati li qed jonqsu hemm dawk marbuta ma' vjolenza fiżika (Bodily Harm). Sal-2007, f 'din il-kategorija kien hemm inkluża l-vjolenza domestika, iżda wara li nbiddlet il-liġi, din bdiet tiġi meqjusa bħala kategorija għaliha u llum hija t-tielet l-aktar kategorija ta' kriminalità komuni. Saviour Formosa nnota kif il-vjolenza fiżika qed tonqos drastikament sena wara sena biex issa qed tammonta biss għal 5% tal-kriminalità f 'Malta. X'qed iwassal għal dan. Għall- kriminologu r-risposta hija waħda sempliċi: aktar postijiet ta' divertiment u għalhekk in- nies jinfirxu. Huwa xjentifikament ippruvat li l-paċenzja tonqos meta tiżdied is-sħana. "Tmur tiddeverti ġo post wieħed, allura hemm aktar ċans li xi ħadd jaħbat miegħek jew jinvadilek l-ispazju personali tiegħek. Faċli tinqala' ġlieda u normalment dawn ir-reati se jiżdiedu fis-sajf," saħaq Formosa. "Imma llum kullimkien bl-arja kkundizzjonata u hawn aktar postijiet ta' divertiment u allura jonqos l-iffullar." Apparti minn hekk, Formosa saħaq li aktar preżenza, mhux biss ta' pulizija, imma anke ta' sistemi ta' sorveljanza, jaffettwaw ukoll. 'Bżonn ta' aktar edukazzjoni' Fid-dawl ta' dan, il- kriminologu saħaq li għandu jkun hawn aktar edukazzjoni, għax aktar ma jkun hawn kuxjenza, aktar se tnaqqas il- possibilitajiet għall-kriminal. Fost dawn appella lill-anzjani u mhux biss, biex ma jagħmlux dejjem l-istess rutina. "Seħħew anke omiċidji minħabba f 'hekk." Staqsa jekk min insteraq installax kameras tas-sigurtà. Insista li minn ġie misruq, faċli jerġa' jinsteraq għax jidher bħala soft target. Waqt li rrefera mill-ġdid għall-każijiet ta' pickpocketing qal li huwa l-aktar komuni fuq tal-linja, fejn l-ispazju huwa limitat u għalhekk importanti li tiżdied l-edukazzjoni fost il-pubbliku. Il-kriminalità naqset minn Paceville...u żdiedet il-Belt? Waħda mis-sejbiet ewlenin ta' dan ir-rapport huwa li l-kriminalità f 'San Ġiljan, l-iżjed f 'Paceville, naqset bin- nofs, biex is-sena li għaddiet kien hemm l-inqas ammont ta' rapporti mill-2014 'l hawn. Iżda dan ma jfissirx li dik il-kriminalità li naqset minn Paceville sparixxiet. Il-probabbilità hi li din imxiet f 'żoni li splodew fil-kummerċ, fosthom fil-Belt Valletta. "Inti tmur fejn hemm l-opportunità," tenna l-kriminologu. "La r-rata tal- kriminalità baqgħet fl-istess livell, imma naqset minn Paceville, xi mkien marret." Il-kriminalità organizzata... dawn iridu jwieġbu għal min hu fuqhom Hawnhekk il-kliem waqa' fuq il-kriminalità organizzata. Spjega kif jeżistu każijiet ta' persuni li jiġu Malta (jew pajjiż ieħor), bħala turisti, anke bil- familja, iżda fiż-żmien li jkunu hawn ikunu jrid jisirqu €10,000 għax hekk tqabbdu jagħmlu ta' fuqhom. Saħaq li jekk dawn se jsibu ammont ta' pulizija f 'post partikolari, bħal fil-każ ta' Paceville, fejn żdiedet il- preżenza tal-pulizija u anke l-kameras tas-sigurtà, il- kriminali se jmorru xi mkien ieħor, fejn hemm l-opportunità biex iwettqu dak li tqabbdu jagħmlu. "Dik hi l-kriminalità organizzata," saħaq Formosa u hawn tidħol ukoll il- koperazzjoni ma' pulizija internazzjonali, fosthom l-INTERPOL, biex ikunu 'Nirrabja meta jingħad li l-kriminalità ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Aktar ma jkun hawn barranin aktar se jsir diċli biex il-pulizija ssolvi l-każijiet " "