Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum Intervista 13 l-kriminalità qed tiżdied' traċċati l-movimenti ta' ċertu persuni. "Il-kriminalità organizzata hija n-norma f 'soċjetajiet moderni," saħaq il- kriminologu. 'Irridu niġru fejn s'issa ma morniex' Kien hawn li Saviour Formosa saħaq li jeħtieġ nibdew naħsbu qabel il-kriminal, biex inkunu hemm bil-pulizija. "Kif għidtlek suppost li l-kriminalità żdiedet bi 3,000, jiġifieri qed inkunu xi ftit jew wisq effettivi imma mhux biżżejjed biex inaqqsu r-rata." Tiżdied il-vjolenza fuq l-uffiċjali pubbliċi... Fid-dawl ta' dan, il- kriminologu spjega li skont kif tinbidel u tiżviluppa s-soċjetà, se tinbidel ukoll il-kriminalità u anke l-mezzi li jwasslu għaliha (mhux biss l-armi). Semma l-eżempju ta' cybercrime. B'mowbajl faċli tagħmel theddida. "Faċli nsib kompjuter miftuħ ix-xogħol u nibgħat imejl jew theddida minn fuqu." Fost il-reati l-aktar li qed jiżdiedu hemm dawk marbuta ma' vjolenza u theddid fuq uffiċjali pubbliċi. F'sena waħda biss, dawn żdiedu bi 12% jew inkella b'238 każ. Veru li aktar ma jkun hawn barranin aktar se tiżdied il- kriminalità? Mal-kriminologu tkellimna wkoll dwar il-barranin u l-argument ta' ħafna li aktar mhu se jkun hawn barranin, aktar se tiżdied il-kriminalità. Filwaqt li saħaq li l-maġġoranza tal-barranin mhux se jiġu Malta bl- intenzjoni li jwettqu xi reat, semma d-differenza li wieħed jinnota meta janalizza n-nazzjonalità tal-priġunieri tul medda ta' snin. Fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet, ħafna mill-priġunieri kienu Ingliżi, minħabba l-fatt li konnha kolonja. Fl-aħħar tas-sittinijiet u fis-sebgħinijiet ftit li xejn kien hawn kriminalità, kemm għax ma kienx hawn affluwenza u anke għax kien hawn ħafna Maltin li emigraw u allura magħhom emigrat wkoll il- kriminalità. Fit-tmeninijiet bdew jiżdiedu l-priġunieri mill-Afrika ta' Fuq, minħabba r-relazzjoni tal-pajjiż mal-Libja u t-Tuneż, biex sas- sena 2000 kien hawn massa ta' priġunieri Libjani. Fl-aħħar snin, in-nazzjonalità tal-priġunieri saret ħafna aktar wiesgħa, b'ħafna persuni mill-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Italja. Magħhom hemm ħafna Afrikani, l-aktar mis-Somalja. Iżda, minkejja dan, il-barranin fil-ħabs huma biss madwar 30%. Il-bqija huma Maltin. 'Jekk tkun barrani aktar għandek ċans li teħel il-ħabs' Madanakollu, il-kriminologu spjega li persuna barranija għandha ħafna aktar ċans li teħel il-ħabs milli tingħata sentenza sospiża jew inkella tinħeles mill-arrest. Fil-fatt, ħafna persuni fil-ħabs li għadhom qed jistennew li jgħaddu ġuri jew li tinqatgħalhom is-sentenza huma barranin. "Għandek aktar ċans li tħalli l-pajjiż allura ċ-ċans li tingħata l-ħelsien mill-arrest huwa inqas għall-persuna barranija." Minħabba f 'hekk ir-rata ta' barranin fil-ħabs se togħla. 'Aktar ma jkun hawn barranin aktar diffiċli għall-pulizija biex issolvi każ' Apparti minn hekk, il- kriminologu spjega għaliex aktar ma jkun hawn persuni ta' nazzjonalità differenti, aktar ser issir diffiċli għall-pulizija biex isolvu każ. Formosa ta l-eżempju ta' hold-up. Fl-imgħoddi, persuna kienet tidħol u tisraq. Minkejja dan, mid-djalett ħafna drabi kienu jindunaw mil-liema parti ta' Malta kien ġej. Illum id-dinamika hija totalment differenti għax min iwettaq reat ma tafx jekk hux Malti jew barrani għax x'aktarx li anke tal-ħanut ma jkunx Malti. "Aktar mhu se ninbiddlu, aktar se jsir diffiċli għall-pulizija biex tagħlaq il-każijiet," saħaq il-kriminologu. "Għalhekk il-pulizija trid tinvestiga aktar fir-riżorsi tagħha. Insista li l-kriminal huwa ħafna aktar 'makkak' mill- pulizija jew mill-policy maker u hawn mhux qed jirreferi għal min inqabad u qiegħed il-ħabs, għax dak x'aktarx li għamel xi żball oħxon. Għandek grupp ta' kriminali Maltin u jibqa' jdur l-istess ċirku Hawnhekk, il-kriminologu saħaq li fejn jidħlu l-kriminali Maltin, ħafna drabi tinduna li għandek grupp partikolari u jibqa' jdur dejjem l-istess ċirku. "Hawn fejn vera rridu naħdmu," saħaq Formosa. Eks priġunier, f 'intervista li kienet għamlet il-gazzetta ILLUM, kien saħaq li l-ħabs jeħtieġ jaħdem biex inaqqas ir-rata ta' persuni li jispiċċaw jerġgħu jaqgħu wara li joħorġu mill-ħabs. Kien saħaq li fil-ħabs dejjem tara l-istess persuni, fejn ġieli ħareġ xi ħadd u reġa' daħal wara erbat ijiem, jew inkella joħroġ il-missier u jidħol l-iben. Ma għandniex niffokaw biss fuq detenzjoni "L-istat ma għandux jiffoka fuq l-individwi, imma fuq il-komunità," insista Saviour Formosa. "Jeżistu erba' żoni u trid tiffoka fuqhom. Trid tiġbed fuq in-naħa tiegħek lill-persuna, lill-familja tiegħu u lill-komunità. Għalxejn tiġi lura u tmur fl-istess komunità mhux mibdula. Aħna żgħar wisq, fejn se taqbad tmur?" Kien għelhekk li saħaq li l-istat ma għandux jiffoka biss fuq id-detenzjoni. Waqt li persuna qiegħda fil-ħabs trid tingħata taħriġ u edukazzjoni u mhux sempliċiment tingħata xogħol. 'Ħdejn pajjiżi oħra Malta pajjiż sigur' Ma stajniex intemmu l-intervista mingħajr ma nsaqsu lill-kriminologu jgħidilna kif Malta tikkumpara ma' pajjiżi oħra. Minkejja li xi drabi tinħass il-perċessjoni li Malta ma għadux pajjiż sigur, saħaq li l-verità hi li Malta huwa pajjiż ħafna aktar sigur. L-inqas pajjiżi siguri, fejn tidħol il-kriminalità huma l-Ingilterra u l-Finlandja u hawn reġa' semma r-rabta li hemm bejn l-ekonomija, il-flus fl-idejn u l-opportunitajiet u l-kriminalità. "Londra sar l-aktar post perikoluż biex tgħaddi minnu. Is-sena li għaddiet biss kellhom madwar 50 omiċidju, fosthom anke tat-tfal," saħaq il-kriminologu. "Londra tikkumpara mal-agħar bliet fl-Amerika." Temm jisħaq li f 'Malta għandna tendenza li niffukkaw fuq każ serju li jkun ġara mingħajr ma nħarsu lejn l-istampa l-wiesgħa. Insista li wieħed jeħtieġ iħares lejn din l-istampa, biex jifhem u jnaqqas ir-rata tal-kriminalità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018