Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet Liema każini jipproteġu l-emendi? Dan l-abbozz ta' liġi, jekk jidħol fis-seħħ, se jkun qed joffri protezzjoni lil dawk il- każini tal-banda li • mill-1 ta' Jannar 2018 ikunu ilhom jeżistu għal aktar minn 50 sena, • ikunu ilhom jokkupaw il-fond għal aktar minn 50 sena, kemm jekk b'kirja, b'ċens jew b'kombinazzjoni tat-tnejn, • ma jkollhom l-ebda proprjetà oħra ħlief imħażen jew fondi simili, u • kif spjegat aktar 'il fuq, l-ordni ta' żgumbrament ma tkunx minħabba nuqqas ta' ħlas ta' kera. L-abbozz joffri 'serħan tal-moħħ għal ħafna każini' Mal-gazzetta ILLUM, il-President tal-Għaqda Każini tal-Baned, Noel Camilleri saħaq li dan l-Abbozz huwa pass importanti li joffri serħan tal-moħħ lill-dawk il-każini tal-banda li bħalissa jinsabu mhedda bi żgumbrament. Fakkar li diġà hemm soċjetajiet mużikali li qed jaffaċċjaw każijiet il-Qorti għax is-sidien tal-proprjetà li mingħandhom qed jikru s-sede, mhumiex kuntenti bil-ħlas li qed jirċievu. Camilleri fakkar li fi stadju ta' kumitati fil-Parlament, fejn l-Abbozz jiġi diskuss fid-dettall, kemm il-Gvern u anke l-Oppożizzjoni jistgħu jressqu aktar emendi. Minkejja dan saħaq li jinsab fiduċjuż li l-każini se jingħataw il-protezzjoni li tixraqilhom għax qal li fil- Parlament jidher li hemm qbil dwar l-irwol importanti li l-każini tal-banda joffri fis-soċjetà, b'mod volontarju. Il-kuntest li wassal għall- emendi... • Il-Qorti tordna lil ta' De Paule biex jiżgumbraw mill-każin wara li nifdu l-binja mingħajr ma informaw lis-sidien • Il-gazzetta ILLUM tirrapporta kif '20 każin jinsabu taħt il-mannara' • Tirrapporta wkoll kif uħud mill-każini li jikru diġà qed jaffaċjaw każijiet il-Qorti • Tiżvela kif wara li tilfu l-każ f 'Malta, is-sidien tal-King's Own ħadu lill-Gvern quddiem Qorti Ewropea • Ta' Stella Maris ukoll qed jistennew li tinqatgħalhom kawża minħabba 'xogħlijiet' • Ta' San Gejtanu u ta' Duke of Connaught's b'każijiet pendenti • Sorsi jgħidu mal-ILLUM li l-kirja tal- każini tista' togħla (kif jistipula l-abbozz) • Aktar dettalji fuq is-sit illum.com.mt jipproteġi lill-każini mill-iżgumbrament jkunu jikkonsistu f 'xogħlijiet "relatati ma' attivitajiet filarmoniċi jew soċjali tal-każin tal- banda." Jipproponi wkoll li ordni ta' żgumbrar ma tinħariġx meta x-xogħlijiet ikunu "miljorament tal-fond u l-każin tal-banda jipprovdi garanzija... li tkun biżżejjed biex tħalli lis-sid jirrestawra l-fond għall- kundizzjoni li kien fiha qabel." L-abbozz jisħaq li din 'il-garanzija' msemmija għandha tagħmel tajjeb ukoll għal kwalunkwe telf li jsir waqt l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, iżda l-ammont għandu jkun iffissat abbażi ta' prezzijiet li jkunu kurrenti fiż-żmien meta tingħata s-sentenza miżjuda bl-10%. Żagħżugħ iweġġa' wara li jaqa' għoli ta' żewġ sulari ŻAGĦŻUGĦ ta' 20 sena minn San Ġwann weġġa' wara li waqa' minn għoli ta' żewġ sulari f 'Tas-Sliema. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.30am fi Triq Sir Arturo Mercieca, Tas- Sliema. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018