Illum previous editions

illum 20 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/984656

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet din l-istess ansjetà. Jeħtieġ li nitkellmu rigward il- pornografija b'mod apert," sostna Briffa. Minkejja dan, is- sesswologu kien ċar fi kliema, "li tiddiskuti u tinormalizza l-affari, ma jfissirx li tagħmel tajjeb, jew li tħeġġeġ biex in- nies jagħmlu użu mill- pornografija, iżda jeħtieġ li nammettu li din hi realtà u għandna bżonn spazji ta' diskussjoni fejn noħolqu djalogu biex niddiskutu l-ħames punti ewlenin li l-pornografija taffettwa s-soċjetà, ir- rwol tas-sess fil-ħajja tagħna, l-immaġni tal-ġisem, il-funzjoni sesswali psikofiżjoliġika (edukazzjoni dwar il-pjaċir sesswali, il- fantażija sesswali u ċ-ċiklu tar-risposta sesswali -orġażmu) u fl-aħħar nett il-prattika ta' sess protett li ħafna mid-drabi ma tkunx inkluża fil-pornografija," spjega Briffa. Apparti minn hekk hu sostna wkoll li dan il-litteriżmu għandu mhux biss ikun offrut liż-żgħażagħ iżda wkoll lill-adulti. Apparti minn dan, Briffa emfassiza wkoll l-importanza li l-Gvern jikkrea programmi edukattivi għall-ġenituri, biex jkunu huma l-eduktauri primarji fejn tidħol is- sesswalita, "ir-riċerka turi li kieku ż-żgħażagħ kellhom l-opporunita kienu jiprefferu jitgħallmu l-edukazzjoni sesswali minn għand il-ġenituri tagħhom," temm jgħid Briffa. Il-Maltin x'tip ta' pornografija jfittxu? Skont l-aħħar informazzjoni maħruġa minn Pornhub is-sit ewlieni fid-dinja tal-pornografija: • Il-proporzjon tal-viżitaturi nisa fil-website f 'Malta kien ta' 33%, 7% ogħla mill-medja globali. • Skont l-istess informazzjoni, Malta kklassifikat fis-96 post tal-aktar pajjiżi li jidħlu fil-website. • L-aktar affarijiet li ġew imfittxija fuq il-website kienu, 'Malta' segwita minn milf, giantess u vore (xewqa erotika li tiġi kkunsmata minn, jew li tikkonsma persuna jew kreatura oħra.) • Il-ħin medju għal kull żjara fis-sit tul is-sena 2016 kien 8 minuti u 38 sekonda, kważi minuta inqas mill-medja globali ta' 9 minuti u 36 sekonda. spazji ta' diskussjoni fejn tan-nisa Maltin jaraw il-pornografija 'Is-soċjetà u l-ġenituri jeħtieġ irawmu fit-tfal dixxiplina u rispett lejn l-awtoritajiet' ŻEWĠ żgħażagħ, wieħed minnhom taħt l-età, inżammu arrestati wara li nstabu fil- pussess tad-droga. L-Ispettur Priscilla Caruana spjegat lill-Maġistrat Joe Mifsud kif il-koppja twaqqfet waqt ronda li kienet qed tagħmel il-pulizija. Fil-handbag tat-tfajla mill-Belt, li għandha 20 sena nstab "ammont konsiderevoli" ta' droga. Kien għalhekk li l-Pulizija ssoktat bi tfittxija fid-dar tagħha fejn instabet aktar droga. Iż-żewġ żgħażagħ qed ikunu akkużati b'pussess aggravat tad- droga, biż-żagħżugħ, li għandu 17-il sena, residenti l-Furjana, qed ikun akkużat ukoll bit-traffikar. Huma qed iwieġbu mhux ħatja. Qabel iddeċieda dwar il-ħelsien mill-arrest, il-Maġistrat saħaq li jeħtieġ isir xi ħaġa, għax fi kliemu ma jistax ikun li tfal ikollhom fuqhom 450 gramma droga. Insista li l-Qorti ma tistax issolvi l-problema waħedha u jeħtieġ li l-forzi kollha jingħaqdu u jaħdmu flimkien. "Is-soċjetà u l-ġenituri jeħtieġ irawwmu dixxiplina u rispett lejn l-awtoritajiet fost it-tfal," kompla l-Maġistrat. Iż-żagħżugħ ħareġ mill-ħabs jibki waqt li l-Maġistrat saħaq li se jkun qed jinżamm fil-ħabs tal-minuri fl-Imtaħleb "għall-arja friska."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 May 2018