Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1066820
2 Aħbarijiet RAPPORT ippubblikat minn Transcrime jgħid illi diversi fatturi qed jagħmlu lil Malta pajjiż ideali biex fih jaħarbu membri tal-Mafja Taljana. Ir-rapport jgħid illi pajjiżna sar destinazzjoni għal kriminali mafjużi li qed jaħarbu u post fejn ikunu stabbiliti negozji li huma użati biex jinħaslu l-flus. Ir-rapport isemmi diversi eżempji ta' meta l-awtoritajiet Taljani sabu li kien hemm infiltrazzjoni tal-mafja Taljana fis-settur tal-'gaming' fl-aħħar snin. Ifakkar f 'Operation Jonny, li wera kif l-'Ndragheta infiltraw fil-kumpaniji tal-gaming, 'Operation Jamm Jamm' li żvelat kif il-Camorra Taljana u l-'Ndragheta stabbilixxew pjattaforma tal-gaming f 'pajjiżna u 'Operation Jackpot' li sabet pjattaforma tal-gaming illegali b'servers mhux awtorizzati f 'Malta u r-Rumanija. Ir-rapport ta' Transcrime jagħti tliet raġunijiet għall- preżenza tal-Mafja f 'pajjiżna. L-ewwel nett jgħid illi l-fatt li Malta hija qrib Sqallija jgħin ħafna kif jgħinu r-rabtiet kulturali u lingwistiċi u l-fatt illi b'ekonomija b'saħħitha Malta qed toffri aktar opportunitajiet ta' negozju. Transcrime huwa ċentru ta' riċerka konġunt bejn l-Università Kattolika tal- Qalb Imqaddsa, l-Univerità ta' Bologna u l-Università ta' Perugia. illum | Il-Ħadd 30 ta' Diċembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Gużepp, Ħamrun Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi Mackie's Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara St. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Pietà Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings Vjal ir-Rihan, San Ġwann Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja C/W Triq Santa Katerina, Attard Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kosti- tuzzjoni, Mosta Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Tarxien Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kottonera, Birgu St. Anne Pharmacy, Triq il-Qalet, Marsascala Beta Pharmacy, 190, Dawret Ħal- Għaxaq, Għaxaq Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi Imtarfa Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria Għajnsielem Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 10 ˚Ċ TEMP: Imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita iżolati li jistgħu jkunu bir-ragħad għall-ewwel, li jsir pjuttost imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Grieg it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jsir forza 5 BAĦAR Ħafif għal moderat li jsir moderat għal qawwi L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 9˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir imsaħħab u bil- ħalbiet tax-xita iżolati mal-lejl VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Punent Majjistru forza 3 għal 4 li jsir forza 4 għal 5 BAĦAR: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-ekonomija u Sqallija wara biebna jagħmlu lil pajjiżna 'ideali għal Mafja Taljana' OFFICE OPENING HOURS Identity Malta Agency Would like to inform the general public that the Passport Unit, Public Registry Unit & Identity Cards Unit will remain open till 14:00 on the; 26th December 2018 & 2nd January 2019 季 Normal office hours outside these dates will not be affected. Identity Malta Agency, Onda Building, Aldo Moro Street, Marsa MRS 9065, Malta Apologies for any inconvenience caused. "HEKK kif Malta u l-Ewropa kienu qed jiċċelebraw il-Milied 32 persuna kienu qegħdin fuq il-baħar, jistennew lil xi ħadd biex idaħħalhom. Il-verità traġika hija li l-ebda Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ma daħal għal dawn ir-refuġjati. Din hija travestija tal-umanità." Hekk sostnew grupp ta' Għaqdiet mhux Governattivi (NGO) dwar il-fatt li numru ta' immigranti tħallew fuq il-baħar. ILGRUPP ta' għaqdiet appellaw lill-Gvern biex iħalli lin-nies li jinsabu bejn sema u ilma biex jiġu Malta, anke jekk pajjiżna mhux legalment responsabbli li jagħmel dan. "Pajjiżna, bħal kull stat Ewropew ieħor, għandu l-obbligu legali li joffri refuġju lil dawk li qed jaħarbu mill- persekuzzjoni." Huma sostnew illi l-argument li dawn għandhom jerġgħu jmorru l-Libja huwa perikoluż għaliex hemmhekk dawn ikunu arrestati, ittorturati, stuprati u mibjugħin bħala skjavi, sostnew l-għaqdiet. Fakkru wkoll illi l-obbligu ta' pajjiżna huwa morali wkoll, apparti legali. L-għaqdiet huma; Aditus Foundation, African Media Association, Allied Rainbow Communities, Christian Life Community (CLC) Malta, Cross Culture International Foundation (CCIF), Department for Inclusion and Access to Learning - Faculty of Education University of Malta, Integra Foundation, JRS Malta, Kummissjoni Ġustizzja u Paċi, Malta Emigrants Commission, Malta LGBTIQ Rights Movement, People for Change Foundation, Platform of Human Rights Organisations in Malta (PHROM), Solidarity with Migrant Group, SOS Malta, Spark 15, The Critical Institute, Women's Rights Foundation. 18-il għaqda titlob lill-Gvern jaċċetta f 'pajjiżna 32 immigrant Is-Suncrest evakwta wara li l-kċina tinħakem minn nirien ILLUKANDA Seashells Resort Suncrest kellha tkun evakwata wara li l-kċina nħakmet minn nirien, ilbieraħ għall-ħabta tal- 10am. Ilbieraħ fuq il-post marru membri tad-Diprtiment tal- Protezzjoni Ċivili biex jitfu n-nar. Il-Pulizija kkonfermat ma' din il-gazzetta li ħadd ma weġġa' fl-inċident.